Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 ISSUWIĊIDJU ta' Robin Williams (63) f 'Kalifornja lejn nofs Awwissu jerġa' jiffoka fuq il-fenomenu ta' personalitajiet kreattivi li jagħżlu li jtemmu ħajjithom: Van Gogh, Mayakovski, Virginia Woolf, Sylvia Plath, Sarah Kane, Ernest Hemingway, Kurt Cobain u tant oħrajn mill-oqsma tal- arti plastika, it-teatru u l-mużika. Kull sena, miljuni ta' persuni madwar id- dinja jippruvaw itemmu ħajjithom. Persuna minn kull miljun jirnexxielha. Hemm awtoritajiet li jippruvaw joħolqu mezzi ta' prevenzjoni, bħal xbieki taħt il-pontijiet jew "ċnut għoljin" fuq in-naħat ta' pontijiet għoljin, biex persuni vulnerabbli ma jaqbżux għal isfel. Is- suwiċidju jiġi fil-ħdax-il post tal-lista tal-kawżi tal-imwiet fl-Istati Uniti. U issa sseħħet traġedja, il-każ riċenti ta' Williams, il-kummidjant eċċentriku li "ried jgħin lil nies komuni jsibu lilhom infushom" permezz ta' Mrs Doubtfire, Good Will Hunting jew Good Morning Vietnam, issettjat f 'Saigon. Williams kien artist li, minkejja riservatezza interjuri, kien jisfida l-konvenzjoni. Il-film tiegħu Dead Poets' Society jattakka s-sistema riġida edukattiva, iżda fl-istess waqt dak kien xogħol profetiku, jintemm b'suwiċidju. It-traġedja personali ta' Robin Williams kienet żvelata b'aktar intensità meta martu ħabbret li kien inħakem mill-Parkinsons. U l-enerġija tiegħu ma kinitx tippermetti mewt bil-mod, devastanti. Il-mistoqsija: l-artisti għandhom il-poter li jisfidaw il-konvenzjoni? U dik l-isfida twassal x'imkien? Fil-każ ta' suwiċidju, jirnexxielhom jassumu li t-tmiem tal-ħajja hu d-dritt inaljenabbli ta' min jippossjedi dik il- ħajja? X'inhi sewwasew ir-relazzjoni tal-artisti mas-soċjetà? Xi jfissru l-ambivalenzi? Mayakovski kien stmat bħala l-eroj tal-kitba rivoluzzjonarja tal-epoka Sovjetika tat- tletinijiet; imbagħad deluż, ikkommetta suwiċidju. Virginia Woolf, minkejja l-interjorità tagħha, kienet tħobb torganizza festini estravaganti għall- ħbieb. Imnejn titnissel din l-ambivalenza? Fin-nofs hemm jaħdem xi tip ta' mekkaniżmu difensiv? Hemm xi forma ta' rabja diretta lejn l-intern tal- artist/i? Robin Williams żgur kellu taqbida dwar dan. Kien ta' natural melankoniku li seta' wasslu għal nevrożi serja (fis-snin sebgħin spiċċa fuq l-alkoħol u l-kokaina) u ra lil sieħbu intimu, John Pelushi, imut taħt għajnejh, b'doża eċċessiva. Williams ma kienx jagħti krettu lill-'muża'. Għalih kienet 'demonju intern.' Dwar is-suwiċidju ta' Robin Williams għad iridu joħorġu r-raġunijiet veri għall-mottivi. Nafu li kien kritiku ta' politiċi bħal Ronald Reagan u nafu li kien jopponi l-gwerra u l-miżerja li tħalli warajha. Kien bniedem li jempatizza bil-qawwa mal-vittmi tal-gwerra u l-emerġinati fit-triq. Kien jemmen fis- saħħa emottiva u razzjonali tan-nisa: "Li kieku jmexxu d-dinja n-nisa, gwerer ma jkun hemm qatt; ikun hemm biss negozjati tmienja u għoxrin ġurnata kull xahar." Fl-2011 Williams għamel stqarrija b'saħħitha kontra l-gwerra meta deher fi Broadway jaħdem f 'Bengal Tiger at the Baghdad Zoo, dramm rebbieħ tal-Pulitzer Prize. Il-kummidjant li tant ferraħ nies x'kien jaħseb dwar l-istat psikiku personali? "M'iniex iddispjaċut li m'iniex kuntent. Għalija dan virtù." Mhux faċli tiżvela l-misteri tal-artisti. Tgħid is-suwiċidju ta' Williams u tant artisti oħra għandu x'jaqsam mal-"att ta' sagrifiċċju", mar-"rigal qaddis", mas- "saċerdozju" b'messaġġ intensiv għall-umanità, ma' att drammatiku li jnaddaf? Biex nuża l-ideal ta' Artaud dwar it-teatru li jqaddes. Kull suwiċidju hu quddiesa f 'ritwal straordinarju. Forsi l-aħħar kelma trid tkun dwar meta fl-1988 Robin Willliams ħa sehem f 'Waiting for Godot ta' Samuel Beckett fil-Lincoln Centre fil-parti ta' Estragon. Godot, meqjusa minn bosta kritiċi bħala l-aqwa kummiedja serja tas-seklu għoxrin, titkellem dwar żewġ vagabondi li qed jistennew lil xi ħadd li ma jitfaċċa qatt. Ix-xenarju hu vojt u stramb u jissuġġerixxi xebh mal-Golgota. It-tnejn li huma jidħlu f 'argumenti bibbliċi, ngħidu aħna, dwar il-ħalliel it-tajjeb u l-ħalliel il-ħażin. Analisti minn kullimkien interpretaw lil Godot bħala l-assenza ta' Alla, li fil-mument ta' kriżi ma jitfaċċa qatt. Donnu li lanqas fil-kriżi dipressiva intensa ta' Robin Williams ma tfaċċa. Anki f 'Godot iż-żewġ vagabondi kummidjanti jixhdu turment moħbi, xi ħaġa li Williams kien magħruf għaliha, kif in- niket stramb kien iżommu għalih u fil-frattemp joħloq benevoliżmu feddej favur dawk li l-aktar għandhom bżonnu. IS-SUWIĊIDJU TAL-ARTISTI MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Ittri Robin Williams: l-artist li interjorizza d-dwejjaq tiegħu għal ħaddieħor bħal saċerdot komiku DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Tifkiriet Festa kbira ad unur tal- Karmnu fiż-Żurrieq EDWARD TORPIANO FLORIANA NIXTIEQ ngħaddi kumment dwar serje ta' artikli bl-isem, "Mill-Ħażna tat-Tifkiriet" miktuba minn Joseph Micallef Stafrace f "sezzjoni oħra tal-istampa lokali (Leħen is-Sewwa) b'mod partikulari dwar il-kummenti li kultant iżerżaq dwar il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Donnu qed jipprova jerġa' jikteb l-istorja ta' Malta kif irid hu u kif jaqbel lilu biss. Lil dan l-artikolista nfakkru biss fi kliem il-Papa Gwanni Pawlu II li, waqt żjara li Dom Mintoff għamel f 'Ruma fit-12 ta' Novembru 1981, qallu: "Hu għalhekk li l-Knisja Kattolika bil-ħidma tagħha toffri kontribut siewi ħafna għall- ħajja tas-soċjetà ċivili kif jixhed l-għadd kbir ta' istituzzjonijiet fil-kamp edukattiv, assistenzjali u karitatevoli u l-wirt li ma jitkejjilx ta' valuri li għandhom x'jaqsmu mas-sbuħija tal- familja. Biex tkun tista' twettaq is-servizz tagħha, il-Knisja Kattolika titlob il-libertà li tmiss lilha għax irċeviet mingħand Alla l-mandat li hu dmir u dritt li xxandar il-Vanġelu f 'forom adegwati għall-istess natura ta' dan il-messaġġ u għad-dinjità umana ta' dawk li lilhom dan il-messaġġ hu dirett." Għaldaqstant, nistaqsi x'kienet ir-raġuni li taħt Gvern Mintoffjan, (li, għal xi żmien, Joseph Micallef Stafrace kien parti minnu), il-Knisja Kattolika sabet ruħha fi stat miskin li kellha titlob il-libertà li hi dritt tagħha! JOE CHETCUTI ĦAŻŻEBBUĠ NIXTIEQ permezz ta' din il-gazzetta nwassal l-apprezzament tiegħi lill- Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u magħhom inżid liż-Żrieraq kollha għall- festa kbira u sabiħa li huma organizzaw fiż-Żurrieq f 'ġieħ il-Madonna tal-Karmnu, festa kompluta minn kollox, purċissjoni devota, nar eċċellenti, armar sabiħ u banda kbira u organizzata. Ħadt gost immens ħafna naqra l-ktieb tal-festa tal- istess soċjetà, li tista' tgħid li huwa wieħed mill-aqwa pubblikazzjonijiet tax-xorti tiegħu fil-pajjiż. B'mod partikolari ħadt gost immens naqra l-artiklu 'Bl- iswed fuq l-abjad'. Tista' tgħid li f 'kull raħal jew inkella belt fejn hemm żewġ baned teżisti wkoll il-kontroversja ta' min kien l-ewwel. Jekk hemm xi ħaġa li wieħed bir-raġun kollu jista' jikkonkludi minn dan l-artiklu, irriċerkat, irraġunat u bbażat fuq il-provi hija bla dubju ta' xejn il-primat fejn tidħol il-mużika fiż-Żurrieq. Dan qiegħed f 'idejn il-Banda Queen Victoria bħala l-kontinwazzjoni ta' La Filarmonica Del Zurrico. Ma' dan l-artiklu jidher biċ-ċar li m'hemm xejn li kien jeżisti qabel is-sena 1865, sew jekk orkestra u anke jekk soċjetà, hi x'inhi, u għadha teżisti sal-lum! Prosit mill-ġdid u grazzi tal-festa unika, kbira u sabiħa f 'ġieħ il-Beata Verġni Marija Reġina tal-Karmelu Protettriċi Ewlenija taż-Żrieraq. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014