Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 31 SPORTSillum u Mark Abela/Sam Cassar spiċċaw fit- tielet post fl-U13 Doubles tas-subien. L-aħħar ħaġa li xtaqt insemmi hi li Sarah Fava rnexxielha tidħol fl-Iskola tal-Isport. Din hi l-ewwel darba li atleta tal-badminton ħa tkun parti minn din l-iskola u m'għandi l-ebda dubju li se tmur tajjeb f 'kull qasam. Għandkom xi pjanijiet jew proġetti mħejjija għall-futur ta' dan l-isport? Il-futur ta' dan l-isport jiddependi minn kif tmexxih l-għaqda. L-għan tal- kunsill huwa wieħed - dak li nkabbru l-isport tal-badminton f 'Malta u li nagħtu l-opportunità lil kulħadd; jekk naħdmu flimkien, mela allura nirnexxu. Irridu nkabbru dan l-isport billi l-klabbs kollha jkollhom dak il-grupp ta' tfal/żgħażagħ li jitħarreġ u jilgħab regolarment. Irridu naraw kif se nifirxu dan l-isport iżjed fl-iskejjel u fl-irħula. Qegħdin naraw kif liż-żgħażagħ nistgħu nagħtuhom taħriġ iżjed intensiv, biex intejbu l-livell tal-logħob, u dan jista' jsir biss billi ntejbu l-livelli tal-kowċis Maltin u billi l-plejers stess jieħdu sehem b'mod regolari f 'kompetizzjonijiet barra minn xtutna. Fil-qasam tal-kbar, qegħdin inħejju u naħdmu bla heda biex 2 plejers jikkwalifikaw għall-ewwel edizzjoni tal-European Games li se jsiru f 'Ġunju tal-2015 fl-Ażerbajġan. Hawnhekk ukoll hemm ħafna preparazzjoni x'issir min-naħa tal-plejers/kowċis kif ukoll min-naħa tal-amministrazzjoni. B'dan f 'moħħna, din is-sena se jkollna kowċis barranin li se jżuruna u jagħmlu kampijiet ta' taħriġ għall-plejers tagħna b'mod iżjed intensiv mis-soltu, bi tħejjija għal dawn l-avvenimenti tant importanti. Fl-2016 hemm il-possibbiltà li jiġu organizzati f 'Malta l-ISF World School Championships tal-Badminton. Din hi l-ikbar attività li badminton Malta se tkun organizzat f 'dawn l-aħħar 35 sena u li normalment tiġbed mal-20 pajjiż biex jieħdu sehem. Għal Badminton Malta din hi opportunità tad-deheb u rridu naħdmu bla heda biex ma nitilfuhiex, għax Malta trid terġa' tpoġġi l-marka tagħha fuq il-mappa internazzjonali tal-badminton. L-aħħar proġett li nixtieq insemmi, li hu pjuttost fit-tul, hu dak li ħafna minna ilna noħolmu bih snin twal, dak li jkollna kumpless iddedikat għall- badminton. Hija ħolma li nħossu xi darba ssir realtà, bl-għajnuna ta' ħafna nies. Din tkun żvolta għall-isport tagħna għaliex id-diffikultajiet dwar fejn jintlagħbu l-kompetizzjonijiet nazzjonali/internazzjonali u fejn isir it-taħriġ tal-klabbs jonqsu mhux ftit. It-taħriġ tal-plejers u tal-kowċis ikun jista' jsir bl-apparat u l-ambjent adattat għall-badminton. Anke t-tmexxija tal-għaqda stess tkun aħjar għax ikollha post ċentrali minn fejn tista' tmexxi. L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hi li dan kollu li semmejt ma setax ikun possibbli li kieku ma kienx hemm grupp ta' nies jaħdem għal għan wieħed. B'hekk nixtieq ngħid grazzi lil kull min ta kontribut biex din is-sena kienet waħda ta' suċċess kbir għall-badminton f 'Malta kif ukoll lill-isponsors, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lill-Kunsill Malti għall-Isport. Twieldet -4 ta' Lulju 1971 f'Tas-Sliema Hija s-Segretarju Ġenerali ta' Badminton Malta Bdiet tilgħab il-badminton -età ta' 18-il sena u għadha attiva -istess sport sal-lum il-ġurnata Joanne Cassar "Għandna żewġ membri fl- assoċjazzjoni, wieħed ta' 75 sena u ieħor ta' 80 sena" għall-badminton lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014