Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 13 Ġermanja. X'inhi l-opinjoni tiegħek fuq dan il-mertu? M'għandhomx jikkmandaw l-istati imma ċ-ċittadini li leħinhom hu fil-parlament Ewropew. Mhux sew li neħduha kontra Merkel għal dan kollu. Iżda mhux aċċettabbli li jkollna Ewropa bbażata fuq il-politika Ġermaniża. Diżokkupazzjoni u faqar qed jikbru fiż-żona Ewro speċjalment fejn ġew imposti mezzi ta' awsterità biex jiġġieldu l-kriżi ekonomika. Kif tista' tintervjeni l-Ewropa biex tnaqqas din il- problema, dejjem jekk tista' tagħmel xi ħaġa? Bilfors trid tintervjeni. Kien għalhekk li l-partit tagħna S&D appoġġja lil Juncker għax irridu nibdlu l-politika Ewropea u noħolqu investimenti governattivi/ privati biex inqajmu l-ekonomija fl-Ewropa. Qed naħdmu għall- Ewropa aktar flessibbli. U dawk il-pajjiżi li ħadmu tajjeb hu doveruż li nagħtuhom marġni ta' flessibbiltà għal investiment. Fil- fatt il-parlament Ewropew ivvota 300 biljun ewro fi tliet snin għal dan il-għan. Iżda taħseb li l-politika Ewropea tista' tinbidel waqt li l-PPE baqgħu l-akbar forza fil- Parlament Ewropew? Għandek raġun. Però l-PPE tilfu ħafna deputati u aħna żidna. Fil- parlament m'hemmx maġġoranza mingħajr is-soċjalisti. U aħna se nibdlu l-politika Ewropea. X'taħseb dwar il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat u l-politika tiegħu? Jeżisti xebh bejnu u bejn il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, fl-attitudnijiet tagħhom u fl-ideoloġiji politiċi tagħhom? Għandi rapport kbir ta' ħbiberija ma' Joseph minn meta konna flimkien fil-Parlament Ewropew. Dwar il-politika li qed imexxi biha lil Malta ma nitkellimx jien iżda jitkellmu ċ-ċifri li tjiebu ferm minn meta beda jiggverna hu fi żmien meta fl-Ewropa hemm staġnar. Malta taħt Muscat uriet lill-Ewropa l-aqwa prattika kif taffronta l-kriżi. Il-politika ta' Muscat hi eżempju għall-Ewropa. Hemm xebh bejn iż-żewġ prim ministri, jiġifieri dak Malti u dak Taljan. Huma żewġ prim ministri moderni, żgħażagħ u mimlija entużjażmu. Mexxejja politiċi hawn ftit fid-dinja u Joseph u Matteo huma mexxejja li rridu nappoġġjawhom għax huma mexxejja mimlija passjoni u intelliġenza. Ninsabu f 'camp site fejn mijiet ta' żgħażagħ soċjalisti qed jiddevertu waqt li jiddiskutu l-politika soċjalista demokratika. Meta tara lil dawn iż-żgħażagħ tara futur aħjar għall-Ewropa? Iż-żgħażagħ huma l-isperanza tal-Ewropa. Darba waħda jien kont wieħed minnhom. Ta' 13-il sena kont membru tal-partit soċjalista u kont nipparteċipa f 'kampjijiet bħal dawn regolarment. Meta ż-żgħażagħ jitħalltu jitgħallmu kulturi u ideat differenti u b'dawn il-kampijiet jitwieled l-umaniżmu soċjalista. Fejn il- prijorità hi l-valuri tal-persuna. Meta nattendi għal kampijiet bħal dawn aktar inkun ottimist li nibdlu d-dinja. U għal dan kollu rrid nagħti l-kumplimenti kollha tal-organizzazzjoni kbira u perfetta li kapaċi jagħmlu ż-żgħażagħ Maltin. Ilhom sitt xhur jaħdmu b'entużjażmu kbir għal dan li qed naraw iseħħ illum. U nieħu gost nara li ż-żgħażagħ tagħna jagħmlu ġieħ lill-Ewropa t'isfel u lill- Mediterran. Int tabib u kirurgu iżda għażilt li taħdem aktar fil-politika. Tara xebh f 'dawn iż-żewġ professjonijiet. Hu possibbli bħala politiku li tfejjaq l-Ewropa mill- mard soċjali tagħha? Ix-xebh hu wieħed kbir. Għax tabib tajjeb ma jfejjaqx bil- mediċina biss, iżda billi kultant jgħaddi kelma ta' faraġ lill-pazjent. Hekk ukoll politiku jrid ifejjaq is-soċjetà billi kultant ukoll joffri kliem ta' faraġ u ta' tama. Il- professjoni ta' politiku hi bħal dik ta' tabib, hi missjoni aktar minn professjoni. Tabib u politiku m'għandux vaganzi pubbliċi jew ħin stipulat sa xħin irid jaħdem. Politiku bħal tabib irid ikun hemm f 'kull ħin għal kull min għandu bżonnu. Kelma waħda tista' tgħin ħafna lil persuna bi problemi soċjali. M'iniex ingerger għax jien għażilt dil-ħajja u ħadd m'għażilhieli. L-aħħar domanda u din inħossni obbligat li nistaqsihielek. Ħassejtek deluż mill-avventura Azzurra fit-Tazza tad-dinja? U liema hu t-tim favorit? Diżappuntat bir-riżultat iva, iżda mhux deluż għax minn dak it-tim ma stennejtx wisq. Issa nispera li b'Conte fit-tmun u bi plejers ġodda nerġgħu nsibu l-post fejn jixirqilna fuq quddiem tal-isfera dinjija. M'hemmx dubju min hu t-tim ta' qalbi. Napoli. Kważi nqis l-imħabba li għandi lejn il-club Partenopeo daqs l-imħabba li għandi lejn il-politika. Rajthom din il-ġimgħa kontra l-Atletico u nħoss li kellna nirbħu. Iżda nemmen li nirbħu lil sħabi l-Ispanjoli f 'darhom. bbażata fuq il-Ġermanja" "Politiku jrid ifejjaq is-soċjetà billi kultant ukoll jori kliem ta' faraġ u ta' tama" "Kien għalhekk li l-partit tagħna appoġġja lil Juncker, għax irridu nibdlu l-politika Ewropea" - Pittella "Bl-awsterità ok taw tama liċ- ċittadin naqqsulu l-kwalità tal-ħajja u s-servizzi soċjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014