Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 Fid-diskorsi tiegħek ssemmi ħafna l-paċi. Imma l-vera paċi teżisti? Skont int x'tista' tagħmel verament l-Ewropa favur il-paċi barra l-paroli? L-objettiv paċi ma ntlaħaqx u għadna ferm 'il bogħod. Madwarna hemm diversi kunflitti u dan hu inaċċettabbli. L-Ewropa trid bilfors tintervjeni u b'hekk kont wieħed minn ta' quddiem biex mexxejna kampanja msejħa 'EU Wake Up'. Mhux possibbli li nħallu dak li qed jiġri fil-Libja, Iraq u l-Palestina fejn eluf qed imutu u l-Ewropa tibqa' siekta. Hemm bżonn miżuri ta' volontà li nagħmlu dak kollu possibbli favur il-paċi. Innutajt ukoll li ħafna drabi tagħmel riferenzi favur l-umanità. Ta' min jgħid li l-immigranti irregolari huma wkoll esseri umani, safrattant iċ-ċittadini Ewropej ftit jew xejn huma kuntenti bihom li jiġu fil-kontinent tagħna. Kif tirreaġixxi għal dan il-fenomenu? Għalik dawk l-Afrikani li jiġu fl-Ewropa mingħajr passaport għandhom jieħdu preċedenza fuq il-bżonnijiet taċ-ċittadini Ewropej? Kull ċittadin ta' kull kontinent hu uman. Kull esseru uman għandu d-drittijiet tiegħu u rridu nieħdu ħsieb kull min isofri u l-preċedenza għandu jeħodha min qed isofri l-aktar. Dawn in-nies qed jaħarbu minn gwerer, esterminazzjoni etnika, dittatorjati u ġuħ. Inutli li l-Ewropa tagħlaq il-bibien għalihom. L-aktar ħaġa bis-sens li tista' tagħmel l-Ewropa ta' Brussell hi li nqassmu lil dawn l-imsejkna madwar l-Ewropa kollha u mhux jieħdu kollox fuqhom l-Italja, Malta u l-Greċja. Barra hekk irridu naraw il-bżonnijiet vera ta' dawn il-popli u għalhekk irridu mmorru aħna naraw eżatt x'qed jiġri u naffaċċjaw il-problemi qabel jibdew it-traġitti tal-mewt. Għaliex l-ewroxettiċiżmu għolla rasu daqshekk? Taħseb li hu tort tal-politika ta' awsterità ta' Barroso u s-sostenituri tiegħu, tipo Merkel u l-bella kumpanija? Ukoll. L-awsterità kienet ir- risposta żbaljata għall-kriżi Ewropea. Il-kriżi tefgħuha kollha fuq id-djun nazzjonali u ftit taw każ it-tkabbir fix-xogħol taċ- ċittadini. Bl-awsterità flok taw tama liċ-ċittadin naqqsulu l-kwalità tal-ħajja u s-servizzi soċjali. U dan kollu ġġenera rabja u ċ-ċittadin kien deluż bl-Ewropa u għalhekk ħa l-attitudni anti Ewropa. L-iżball hu li d-deċiżjonijiet fl-Ewropa qed jeħodhom il-Kunsill tal-Ewropa, jiġifieri l-gvernijiet tal-istess stati u mhux il-Parlament Ewropew kif għandu jkun. Huma l-ħafna li jaħsbu li l-Ewropa hi ddominata mill- Gianni Pittella Twieled fid-19 ta' Novembru 1958 Għandu 55 sena Tabib u kirurgu Iżomm man-Napli "Ma naċċettawx Ewropa bbażata Gianni Pittella. Politiku Taljan ta' 55 sena mwieled f'Basilicata. Membru tal-partit demokratiku Taljan u tal-grupp parlamentari tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). F'Ġunju li għadda ġie elett b'96% tal-voti bħala President tal- Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (PASD) li hu t-tieni l-akbar grupp l-Parlament Ewropew u l-uniku wieħed li għandu membri minn kull stat tal-UE. ILLUM iltaqgħet miegħu din il-ġimgħa waqt żjara li għamel f'pajjiżna. John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014