Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 15 Il-Punt Illejla għall-Imġarr? KULL min hu tal-affari tiegħu u għandu tikka melħ f 'moħħu jfittex imkejjen tal-mistrieħ għax hemm jaf li moħħu joqgħod hemm jistrieħ u jimraħ u jkun qrib il- Ħallieq u l-ħlejjaq tiegħu. F'Malta, l-Imġarr, raħal il-frawli, minn dejjem kellu din ix-xeħta u nies ta' ċertu kobor intelletwali u kalibru dejjem fittxewh. Qassisin u kappillani li nxteħtu l-Imġarr ħassewhom ixxurtjati jgħixu qrib in-natura qalb il- bdiewa u f 'parroċċa mħeġġa għall-għajxien nisrani. Il- kappillan kien jgħid "għall- erwieħ m'għandix inkwiet għax qed ngħix f 'parti mill-ġenna." Kien għalhekk li kienet qatgħa, ħasda, daqqa, theżżiża u tregħida meta qalb il-parruċċani tal- Imġarr seħħet din il-mewġa ta' tisfija tal-ambjent. Tassew għandhom rabta l-Imġarrin ta' Malta ma' Alla? Iħossuhom qrib it-twemmin nisrani dawn il-bdiewa u oħrajn li ħadmu fl-għalqa u fittxew l-ambjent tal-Mulej fil- Knisja? Is-snin passati kif ukoll qassisin li ħadmu hemm jixhdu għal dan. Din l-imħabba tidher u tinħass fis-simboli, tifsira ta' mħabba li għandhom l-Imġarrin għall-għaqda mal-Knisja u ma' Alla. Għalhekk l-insara Imġarrin tal-galbu mill- ħaqq imqanqlin ħarġu b'devozzjoni dawk l-erba' ġabriet ta' mħabba li juru lil Ġesu mgħobbi bis-salib, Marija qalbha maqsuma żżomm ġisem binha mejjet, Ġesu minxur fuq l-għuda u taħtu ommu u d-dixxiplu li kien iħobb u Kristu mejjet f 'urna mżejna b'erba' anġli jibku u fissru t-twemmin tagħhom b'dil-mixja u l-ilbies. Inħasset stramba l-idea li bniedem, sejjaħlu qassis bil-kariga ta' tmexxija, jintbagħat biex inixxef u jsodd din in-nixxiegħa ta' mħabba fost l-Imġarrin. Kien għalhekk li l-Imġarrin ħassew li kellhom jibqgħu għaddejjin. Kieku ġie xi barrani ma jemminx jew li taparsi jemmen xorta kienu jfissru bil-qawwa u għożża t-twemmin tagħhom. Nemmen li kieku l-Imġarrin jistgħu jmorru l-Iraq jiddefendu l-insara li qegħdin jinqatlu u jinħaqru. Kieku l-għemil ta' ċensura sar minn xi ħadd bla qalb kien jidher il-kruha tiegħu imma meta jsir minn ġewwa u donnu għandu l-barka ta' fuq, ikun min ikun la l-ħaġa m'għadhiex tfuħ, allura kollox kien jibqa' għaddej. Imma l-Imġarrin li jħossu fin għax l-imħabba tagħhom hi nadifa, għax m'għandhomx mutetti, għax għandhom l-imgħażqa f 'idejhom u l-kruxxun, għax jafu x'inhi l-verità u jirrispettaw il-ħolqien bhejjem u mhumiex, dan riedu jfissruh b'mod pubbliku. Għalhekk l-Imġarrin tal-affari tagħhom jifhmu li l-Imġarr irid jibqa' safi, post ta' mistrieħ u twemmin li jingħoġob mill-barrani u mill-fin. Lesti li jagħmlu minn kollox biex it-twemmin tagħhom jibqa' sħiħ u jgħadduh lill- uliedhom bla mittiefes. Il-bniedem fl-ajru ma jimxix. Irid il-puġġaman, il-knejjes tal-ġebel, il- purċissjonijiet, il-briju, is-santi, l-innijiet, il-ħidma li tgħin biex tgħaqqad il-poplu. Meta theddida anke meta tiġi minn ġewwa trid tagħraf tiqfilha għax jew tbati int jew ibatu ta' madwarek jew ibatu il- mexxejja b'xi deċiżjoni jew ibatu t-tlieta f 'daqqa. U min imur minn taħt? Il- Knisja li hu int, jien, intom u aħna flimkien. Kemm- il darba kont imdejjaq għax ħbiebek m'għarfukx, qrabatek m'għenukx u għax kienet il-Ġimgħa Mqaddsa xrift minn ġot-tieqa u rajt l-istatwa tad-Duluri għaddejja bin-nies warajha jnisslu r-rużarju u qabżitlek demgħa? Għalkemm kont ilek snin ma tmur il-knisja u kont tiddieħaq f 'qalbek waħdek u mal-klikka b'dan- nies rashom marbuta, sibt wara kollox li huma ħielsa għax l-uġigħ tagħhom qed ifissruh fil-beraħ wara Marija qalbha maqsuma. U int li mingħalik ħieles għandek ktajjen ta' dwejjaq, qrusa u nkwiet. Jalla nies bħall-Imġarrin li jgħixu f 'roqgħa tad-divin ikomplu fi triqithom lejn Alla bil-ħeġġa u l-ħerqa ta' nsara ta' galbu. L-Imġarrin urew li huma nies li jemmnu meta għamlu dak li għamlu dawn l-aħħar ġimgħat. Ir-rewwixta tagħhom għandha l-għeruq fi twemmin missirijietna li sa minn żmien Ħaġar Qim u l-Ġgantija twemminhom iridu juruh bid-dieher. Għalihom reliġjon nisranija privata ma teżistix għax hija l-għażla tal-kodard. Baqa' rokna fl-Ewropa li ċaħdet lil Alla li trid tibqa' tperreċ bla mistħija x-xbihat ta' Kristu u ommu fit-toroq ta' din l-art ħelwa li monsinjur f 'ismu jew f 'isem Alla bagħat ħaruf tas-sagrifiċċju/ miskin biex jeqred. Ix-xokk kien kbir għax Dun Manwel Camilleri mhux il-mażun tal-fardal bagħtu fl-Imġarr ta' Malta imma ta' madwar il-Monsinjur twajjeb tal- mitra. Jalla l-insara fl-Iraq li qed ibatu u jinħaqru jsibu id ta' twemmin li toħroġ għalihom, li taqbeż għalihom biex twemminhom jibqa' jitfisser fil-kotra mingħajr ma jaqilgħu ġo ġisimhom u ġo rashom il-balal tal- mibgħeda. Illejla mmorru l-Imġarr? IVAN BARTOLO YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt maltatoday "Għalhekk l-Imġarrin tal-affari tagħhom jifhmu li l-Imġarr irid jibqa' safi, post ta' mistrieħ u twemmin li jingħoġob mill-barrani u mill-fin"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014