Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 Kif iltqajt mal-isport tal-badminton? Jien bdejt nilgħab il-badminton pjuttost tard, fl-età ta' 18-il sena, meta kont l-aħħar sena tas-sixth form, fl- 1989. Kelli ħabib tiegħi, Karl Gambin, li kien ilu jgħidli biex immur nipprova nilgħab fil-free lessons li kien ikollna. Fl-aħħar ċedejt u mort nipprova. Meta tikkunsidra li l-iskola fejn kont immur jien, id-Dorotej tal-Imdina, ma tantx konna nagħmlu sports, għax ma tantx kellna fejn, ħlief għal bitħa fejn kien jintlagħab il-volleyball, ma domtx wisq biex qbadt il-badminton. Fil-fatt l-isports master kien ħeġġiġni nissieħeb ma' xi klabb biex inkun nista' nitħarreġ iżjed. Ftit xhur wara kont bdejt nattendi s-sessjonijiet ta' taħriġ mal-klabb ta' St Andrews. L-istaġun ta' wara kont isseħibt mal-Klabb Valletta Badminton, u minn hemm nista' ngħid li l-karriera sportiva tiegħi bdiet. Ħadt it-taħriġ bis- serjetà ħafna u tista' tgħid li fi żmien tliet snin irbaħt l-ewwel minn 11-il titlu nazzjonali tas-Singles tan-Nisa. X'jogħġbok l-iktar f 'dan l-isport tista' tgħid uniku? Jien dejjem kont nippreferi sport individwali u non-contact sport. Kont niddejjaq meta kienu jdaħħluni f 'xi logħba basketball jew futbol, fejn kulħadd jimbotta u jagħti bl-idejn jew bis-saqajn u tispiċċa tweġġa'. L-isport tal-badminton huwa uniku ħafna. Il-fatt li ma jintużax ballun, imma 'shuttlecock', li ma jistax imiss mal-art, jagħmlu inimitabbli. Il-fatt li huwa "the fastest racket sport", b'rekord dinji ta' smash speed li jilħaq 493 km fis-siegħa. Jaffaxxinawni l-aqwa atleti fid-dinja ta' dan l-isport bil-fiżiċità tagħhom, il-ħeffa, imma fl-istess ħin is-saħħa li għandhom bżonn għal- logħba. Jogħġobni ħafna l-fatt li tista' tilgħab tliet logħbiet differenti, Singles, Doubles u Mixed Doubles. Huwa sport li jista' jintlagħab f 'kull età; fil-fatt għandna żewġ membri fl-assoċjazzjoni, wieħed ta' 75 sena u ieħor ta' 80 sena, li jiġu jilagħbu regolari. Inti kont waħda mill-aqwa plejers femminili li qatt rat Malta. Fost l-oħrajn irbaħt għal 11-il darba t-titlu tas-Singles tan-Nisa u t-triple crown għal 3 darbiet. X'inhu l-iktar unur li huwa għal qalbek? Kull titlu nazzjonali huwa speċjali, imma t-triple crowns għandhom valur iżjed partikolari. Dan għaliex fis-singles tirbaħ bil-ħila tiegħek, imma fid-doubles hemm ukoll plejers oħrajn involuti. Dan juri li atleta jkun kommess fit-taħriġ mhux għalih biss imma anke ma' ħaddieħor biex jintrebħu dawn it-titli. Juri element ta' team work ukoll. Madankollu l-aħħar titlu li rbaħt tas-Singles huwa speċjali wkoll, għax irbaħtu wara li kont għamilt iżjed minn sena wieqfa b'injury f 'dahri. Kont ippreparajt ruħi ħafna fiżikament biex żgur ma jerġax ikolli problemi, u dan swieni ħafna meta ġejt għal din il-kompetizzjoni tant importanti għalina l-plejers. U fix-xena internazzjonali għandek xi rikordju partikolari li tgħożż? L-iżjed rikordju li jiena ngħożż huwa dik id-darba meta, bħala t-tim nazzjonali, ħadna sehem fil-kampjonati tad-dinja f 'Lausanne, l-Isvizzera fl-1995. Konna fi grupp flimkien mal-Arġentina, Brażil, Marokk u s-Slovakkja. Irbaħna 3 logħbiet minn erbgħa, u dan fisser li aħna ġejna t-tieni fil-grupp. Kien riżultat li dejjem ħlomna li nġibu, u din id-darba l-ħolma saret realtà. Il-badminton kien wieħed mill-ftit sports lokali li kellu x-xorti u l-opportunità li jkun fil- kampjonati tad-dinja għal erba' darbiet: fl-1991 f 'Copenhagen id-Danimarka, fl-1993 f 'Birmingham l-Ingilterra, fl-1995 f 'Lausanne l-Iżvizzera u fl-1997 fi Glasgow l-Iskozja, u dan grazzi wkoll għall-ħidma tal-President ta' dak iż-żmien Joe Seychell u l-kowċ tat-tim nazzjonali Martin Farrugia, li ħadmu ħafna biex dan is-suċċess jasal. Rikordju ieħor li ngħożż ħafna huwa meta fl-istess kampjonati tad-dinja fl-1993, f 'Birmingham, jien u Aldo Polidano (Mixed Doubles Partner – irbaħna darbtejn il-Kampjonati Nazzjonali), it-tnejn debuttanti, ġarrejna l-bandiera ta' Malta fiċ- ċerimonja tal-ftuħ. Naħseb għal kull atleta dan hu mument speċjali ħafna, fejn int tħossok kburija bl-identità tiegħek u, żgħar kemm aħna żgħar, xorta qegħdin nieħdu sehem ma' dawk il-pajjiżi kollha. Joanne, għalkemm int għadek tikkompeti fil-badminton sal-lum il- ġurnata, l-irwol tiegħek f 'dan l-isport illum inbidel kemxejn għaliex sena ilu ħadt il-kariga ta' Segretarju Ġenerali. Għaliex tħajjart tidħol għal din l-isfida ġdida? Iva, sena ilu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali jien ġejt eletta mid-delegati tal-klabbs biex nieħu r-rwol ta' Segretarju Ġenerali ta' Badminton Malta. Għalija din ma kinitx deċiżjoni faċli, għaliex huwa rwol impenjattiv ħafna, imma ħassejt li kien wasal iż- żmien li l-badminton f 'Malta għandu jitmexxa b'mod differenti minn kif tmexxa f 'dawn l-aħħar 20 sena. Kien wasal iż-żmien li nieħdu dan l-isport f 'livell ogħla, li nbiddlu l-istruttura tal- għaqda. Fl-indirizz tiegħi lill-membri tal-għaqda u lid-delegati tal-klabbs, jien għidt li l-pjan tiegħi kien li Badminton Malta għandha titmexxa b'mod modern, trasparenti u effiċjenti. Jiena nemmen li l-iżjed ħaġa importanti bejn l-Għaqda, il-Klabbs u l-Membri tagħhom hija l-komunikazzjoni. Irridu nkunu qrib il-plejers, inkunu nafu x'jixtiequ u huma jkunu jafu aħna x'qegħdin nagħmlu, x'inhuma l-għanijiet tagħna u fejn irridu naslu. Taħseb li saret xi bidla fid-direzzjoni fit-tmexxija ta' Badminton Malta? Semmili x'kienu l-kisbiet ewlenin ta' Badminton Malta tul dan l-istaġun? Jien naħseb li saret bidla drastika fit- tmexxija ta' Badminton Malta, tant li l-ewwel artiklu li deher fil-gazzetti kien intitolat "Bidu Ġdid għal Badminton Malta". Għamilna rebranding tal- Għaqda, tajna dehra ġdida u moderna, b'logo ġdid, ħloqna paġna fuq Facebook li llum il-ġurnata għandha 'l fuq minn 600 like u l-posts tagħha jilħqu mal-4,000 ruħ fil-ġimgħa. Kull ġimgħa kellna l-Polidano Press Big Match, fejn urejna fuq Youtube u fuq Facebook l-aħjar logħba tal-ġimgħa. Ħloqna kompetizzjoni tal-fotografija, AtoZ Photo of the Month, fejn kull min ħa xi ritratti waqt attivitajiet tal-badminton seta' jibgħathomlna u aħna tellajniehon fuq Facebook, biex dak ir-ritratt li jġib l-iżjed "likes" jirbaħ premju ġentilment mogħti mill-AtoZ. Kellna artikli regolari fil-gazzetti lokali kollha. Bdejna nużaw software ġdid, ġentilment mogħti minn Fort Blocks, għall-kompetizzjonijiet kollha, fejn il-parteċipanti setgħu japplikaw online u r-riżultati jidhru online wara ftit ħin li tkun għaddiet il-kompetizzjoni. Il- parteċipazzjoni f 'kull kompetizzjoni rat żieda fil-plejers; dan ifisser li l-interess f 'dan l-isport reġa' qam. Għall-ewwel darba wkoll organizzajna Junior Mixed Team League li ħadu sehem fih 4 timijiet, u l-għan tagħna hu li nkomplu nżidu fil-qasam taż-żgħażagħ. Ħa jkollna wkoll l-opportunità li l-finali tal-Kampjonati Nazzjonali se jintwerew fuq GO Sports fil-ġranet li ġejjin, opportunità unika oħra. Fuq livell internazzjonali nixtieq insemmi li kienet sena attiva ħafna. L-ewwel li nixtieq insemmi hi l-esperjenza li ż-żewg plejers, Fiorella M. Sadowski u Samuel Cali kellhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej. Din kienet l-ewwel darba għall-plejers Maltin. Għal dan nixtieq nirringrazzja lill- Kumitat Olimpiku Malti li, bis-saħħa tal-għajnuna tiegħu, din il-mawra kienet possibbli. Dawn l-istess plejers ħadu sehem f 'turnaments oħrajn taċ- ċirkwit Ewropew l-Irlanda, l-Italja u l-Greċja. Fil-qasam taż-żgħażagħ kellna lil Kyle Sciberras li ħa sehem f 'turnament fil-Lussemburgu, waqt li Matthew Abela, Mark Abela u Sam Cassar ħadu sehem fiż-Żagreb Youth Open, u dawn tal-aħħar, flimkien ma' Sarah Fava, ħadu sehem riċentement fil-Merano Youth Tournament, fejn ġabu riżultati tajbin ħafna. Matthew Abela spiċċa fit-tieni post fl-U15 Singles tas-subien SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Joanne Cassar – Segretarju Ġenerali ta' Badminton Malta li imkien ma' persuni oħra -istess assoċjazzjoni għenet bis-sħiħ biex din l-assoċjazzjoni tagħmel passi ta' ġgant 'il quddiem f'dawn l-aħħar xhur. "Irridu naraw kif se nifirxu dan l-isport iżjed fl-iskejjel u fl- irħula" "Il-futur ta' dan l-isport jiddependi minn kif tmexxih l-għaqda" Impenn sħiħ għall-badminton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014