Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 29 SPORTSillum Shawn Buttigieg jirreġistra l-aħjar ħin l-Ġermanja FLAĦĦAR jiem l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi segwiet dak li kien qed jiġri ġewwa l-Korsa tad-Drag Racing f 'Hockenheim fil-Ġermanja fejn l-Assoċjazzjoni għandha żewġ kompetituri Maltin liċenzjati minnha li jistgħu jieħdu sehem fil-Kampjonat FIM Europe Super Street Bike Cup. Għal din il-kompetitzzjoni fil-Ġermanja kien hemm diversi timijiet Maltin li ħadu sehem f 'kategoriji oħra li wkoll spiċċaw rebbieħa tal-ġurnata. Kalanċ Racing Team li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jirreġistra riżultati tajbin. Dan issa rreġistra rekord ġdid fil- kategorija Super Street Bike. Intant, nagħtu ħarsa lejn x'ġara matul it-tiġrijiet kollha. Shawn Buttigieg fuq Mutur Suzuki Hayabusa 1300cc li jagħmel parti mit- tim Kalanċ Racing kompla jirreġistra iktar records. Din id-darba rreġistra l-aħjar ħin ta' 7.213 sekondi b'veloċità ta' 318.93 kilometri fuq distanza ta' kwart ta' mil. Buttigieg beda bl-ewwel ħin tiegħu ta' 7.493 sekondi b'veloċità ta' 306.17kph. Huwa kompla javvanza matul l-ewwel rawnd tiegħu fejn il-ħin kompla jinżel sakemm irreġistra l-aħjar ħin f 'din il-kategrija. Sfortunatament Buttigieg waqa' lura minħabba żball żgħir tekniku min-naħa tat-tim waqt is-semifinali tal-ġurnata fejn irreġistra ħin ħażin ħafna ta' 8.027 sekondi b'veloċità ta' 260.59km. Dan il-ħin ħalla lil Buttigieg barra mill-finali biex kienet faċli għal Mogens Lund, sewwieq mid-Danimarka jikkompeti fil-finali tal-ġurnata u għamel ħin ta' 7.687 sekondi b'veloċità ta' 301.62kph. Il-finali kienet bejn is- Sewwieq Danis Mogens Lund u l-Ingliż Bradley O'Connor li ħadd minnhom ma rnexxielu jwaqqa' l-ħin taħt dak tas- sewwieq Malti taħt is-7.213 sekondi. O'Connor rebaħ il- finali b'ħin ta' 7.409 sekondi b'veloċità ta' 323.64kph. Lund spiċċa fit-tieni post b'ħin ta' 7.578 sekondi u b'veloċità ta' 273.49kph. Is-sewwieq Malti Shawn Buttigieg għalaq il- ġurnata fit-tielet post. Ħarsa ħafifa lejn il-klassifika ġenerali nsibu li minkejja li O'Connor sewwieq Ingliż rebaħ din il-kompetizzjoni fil-Ġermanja jinsab fil-ħames pożizzjoni tal-klassifika minħabba li dan kien l-ewwel sehem tiegħu f 'dan il- kampjonat. Bħalissa wara dan ir-riżultat insibu lid-Daniż Mogens Lund fil-quċċata b'142 punt segwit mill-Malti Shawn Buttigieg b'141 punt u punt inqas minn Lund. Fit- tielet post insibu lill-Ingliż Garry Bowe b'119-il punt. Luke Farrugia li wkoll qed jikkompeti f 'dan il-kampjonat minkejja li ma kkompetiex f 'din l-aħħar attività, bħalissa jinsab fit-tnax-il post tal- klassifika bi 62 punt. Dan il-Kampjonat se jkompli bejn nhar l-4 u s-7 ta' Settembru fuq it-trakka ta' Santa Pod fl-Ingilterra. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Shawn Buttigieg -azzjoni "Qed nistenna esperjenza ta' suċċess ma' Hibs" – Henry Bonello L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa' mal-GFA u mal-Gozo Sports Board "QED nistenna esperjenza ta' suċċess ma' Hibs" – dawn kienu l-ewwel kelmiet li lissen il-goalkeeper internazzjonali Henry Bonello malli dan il-ġurnal talbu kummenti rigward kif qed iħares lejn l-avventura ġdida ma' dan il-klabb wara li ngħaqad magħhom wara numru ta' snin jiddefendi l-lasti ta' Sliema Wanderers. B'hekk bħal donnu Henry Bonello miexi fuq il-passi ta' missieru John li fil-passat niftakruh goalkeeper kemm ta' Hibernians kif ukoll tat- tim nazzjonali Malti. F'iktar kummenti li Bonello għadda lil dan il-ġurnal huwa saħaq li f 'Hibs sab tim magħqud waqt li xtaq jirringrazzja lil kulħadd li għamel dan it-trasferiment faċli u possibbli. Irringrazzja wkoll lin-nies ta' Raħal Ġdid li fi kliemu laqgħuh b'idejhom miftuħa! Bħala parti minn dan il-ftehim il-goalkeeper żagħżugħ ta' Hibernians Daniel Balzan ingħaqad ma' Sliema Wanderers għal sena b'self. Bonello huwa prodott tan-Nursery ta' Sliema Wanderers u ddebutta magħhom fil-Kampjonat BOV Premier lura fl-istaġun 2006/07. Fl-istaġun 2009/10 kien ingħaqad għal sena b'self ma' Vittoriosa Stars qabel ma reġa' libes il-flokk numru 1 tal-Blues fl-istaġun ta' wara. Il-goalkeeper Henry Bonello bil-okk il-ġdid ta' Hibernians FC LEŻEKUTTIV tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fl-aħħar jiem kellu tliet laqgħat fil- Gżira Għawdxija. L-ewwel laqgħa kienet mal- Gozo Football Association fejn l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqa' mal-Eżekuttiv tal-GFA liema delegazzjoni tal-GFA kienet immexxija mill-President Alvin Grech u mis-Segretarju Ġenerali Joe Bajada. Fil-laqgħa ġew diskussi diversi materji fosthom il-faċilitajiet tal-media fil-Gozo Stadium li tjiebu drastikament u faċilitajiet fi stadia oħra. Iż-żewġ naħat qablu wkoll li għandu jitwassal il-messaġġ lill- ġurnalisti Maltin sabiex jippruvaw jagħtu iktar spazju lill-futbol Għawdxi fuq il- mezzi tax-xandir speċjalment waqt programmi televiżivi u anke tar-radju. Laqgħa oħra separata kienet mal-Gozo Sports Board fejn Alvin Grech huwa wkoll il- Kap Eżekuttiv ta' dan il-bord. Grech f 'din il-laqgħa għamel preżentazzjoni dettaljata tal-proġett li mbarka fuqu l-Ministeru ta' Għawdex sabiex jagħti dimensjoni oħra lill-iSport f 'Għawdex permezz ta' struttura ta' amministrazzjoni b'saħħitha fid-diversi assoċjazzjonijiet sportivi Għawdxin. Laqgħa oħra saret mal- Assoċjazzjoni tal-NGO's Għawdxin li fiha hemm affiljati l-NGO's kollha inklużi dawk b'rabta diretta jew indiretta mal-isport. Id-delegazzjoni tal-GħĠS waqt dawn il-laqgħat tmexxiet mill-President Charles Camenzuli u mill-Viċi President Mario Bonnici. Intant Mark Cini ġie maħtur uffiċjalment ir-rappreżentant tal-GħĠS f 'Għawdex u ġie magħżul b'effett immedjat fil-Kumitat Eżekuttiv.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014