Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 27 SPORTSillum Chelsea u Swansea City l-quċċata u Arsenal jirbħu punt -aħħar sekondi CHELSEA u Swansea City jinsabu fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra b'6 punti jiġifieri punti massimi minn żewġ logħbiet. L-attakkant prolifiku Spanjol Diego Costa rnexxielu jiskorja fid- debutt tiegħu fi Stamford Bridge biex għen lil Chelsea jiksbu rebħa ta' 2-0 kontra t-tim inferjuri ta' Leicester City li kollox ma' kollox kellhom logħba tajba fejn f 'xi drabi l-goalkeeper Belġjan ta' Chelsea Courtois kien fundamentali biex iċaħħad lill-plejers ta' Leicester City milli jsibu x-xibka. Il-gowl l-ieħor għall-Blues wasal minn Eden Hazard fis-77 minuta. Fl-ewwel logħba li ntlagħbet fil-programm tas- Sibt, Aston Villa u Newcastle United temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Southampton u West Bromwich Albion. F'logħba oħra West Ham United kisbu tliet punti prezzjużi meta barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Crystal Palace bl-iskor ta' 3-1 bil- gowls għalihom jaslu minn Mauro Zarate, Downing u Carlton Cole waqt li l-uniku gowl għal Crystal Palace wasal minn Chamakh fid-49 minuta. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl għalihom jasal minn Nathan Dyer fit-23 minuta. Arsenal rebħu punt fl- aħħar sekondi tal-konfront tagħhom kontra Everton barra minn darhom f 'Goodison Park meta sa 7 minuti mit-tmiem tal-logħba sorprendentament kienu qed jitilfu bl-iskor ta' 2-0, bil-konfront ta' bejniethom jintemm bl-iskor finali ta' 2-2. Għal Arsenal skorjaw Ramsey u Giroud fit-83 u fid-90 minuta rispettivament waqt li għal Everton irnexxielhom isibu x-xibka Coleman u Naisimith fid-19 u fil-45 minuta rispettivament. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 23 ta' Awwissu Aston V. vs Newcastle U. 0-0 Chelsea vs Leicester C. 2-0 Crystal P. vs West Ham U. 1-3 Southampton vs WBA 0-0 Swansea C. vs Burnley 1-0 Everton vs Arsenal 2-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 14:30 Hull C. vs Stoke C. 14:30 Tottenhham H. vs QPR 17:00 Sunderland vs Manchester U. It-Tnejn 25 ta' Awwissu 21:00 Manchester C. vs Liverpool DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014