Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 9 fil-Mosta fl-1992 kollox imma ma qalet xejn quddiem għajnejh ix-xena u l-ħarsa tal-ġar tiegħu hu u jitkaxkar mal-ħajt. Fil-ħin tal-isparatura fid-dar ta' Gauci kien hemm martu Josephine u bintu Vanessa. Kif il-mara ta' Gauci semgħet l-isparaturi ħarġet tara x'ġara. Hija marret fil-garaxx fejn sabet lil Joe Mifsud qrib żewġha. Fi ftit ħin ħarġu xi ġirien li marru jassistu lil Josephine li żammewha u daħluha lura d-dar. Madwar 20 minuta wara waslet l-ambulanza, iżda Gauci kien laħaq miet kawża tal-feriti gravi li sofra u l-kwantità kbira ta' demm li tilef. Aktar tard marru fuq il-post diversi uffiċjali tal-Pulizija, fosthom il-Kummissarju ta' dak iż-żmien Alfred Calleja flimkien mas-Supretendent Joe Cachia, illum Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, u l-Ispetturi Pierre Calleja, illum Deputat Kummissarju, u Paul Sammut li rtira mill-Korp bħala Assistent Kummissarju u uffiċjali oħrajn. Tagħrif li wasal għand il- Pulizija "Jiena rajt min kien li spara u naf min qatel lil Victor Gauci… aktar tard nerġa' nċempel u ngħidilkom." Dan kien bejn wieħed u ieħor il-messaġġ li tħalla fuq l-answering machine tal- Pulizija sitt ijiem wara l-qtil ta' Victor Gauci b'vuċi ta' mara. Iżda t-tieni telefonata mingħand din il-mara baqgħet qatt ma saret. Għal xi żmien wara din it- telefonata l-Pulizija żammew din il-linja taħt sorveljanza stretta b'xi ħadd magħha 24 siegħa kuljum bit-tama li din il-mara terġa' ċċempel u twassal l-informazzjoni li allegatament kienet taf u li l-awtoritajiet kellhom bżonn biex jagħmlu l-arresti. Wara aktar investigazzjonijiet l-investigaturi kienu sabu min kienet il-mara li għamlet it-telefonata. Iżda minkejja li kienet mitkellma mill- Pulizija, il-mara ma tat l-ebda informazzjoni min kien li spara u qatel lil Gauci. Nifhmu li kien hemm persuna qrib tagħha li taha parir biex ikun aħjar jekk ma tgħid xejn biex ma tipperikolax lilha nnifisha jew lil xi ħadd minn tal-familja. Lill-qattiel kien hemm min rah tant li l-Pulizija ngħataw deskrizzjoni tiegħu, iżda mhux dettaljata biżżejjed li seta' b'xi mod ikun identifikat. Dak iż-żmien l-inħawi 'l fejn ħarab il-qattiel kienu mudlama u għaldaqstant ma kienx faċli li jingħaraf. Xi ħadd kien qal lill- investigaturi li meta l-qattiel ħarab minn fuq il-post deher iġorr senter f 'idejh u telaq bil- mixi iżda b'pass mgħaġġel u mhux jiġri. Iżda dan ix-xhud ma setax jiġri warajh x'aktarx minħabba xi problema fiżika li kellu. X'sabet il-Pulizija fuq il-post Il-qattiel ma ħalla ebda evidenza warajh u l-ebda traċċa li biha l-investigaturi setgħu b'xi mod ikollhom xi tarf dwar min seta' kien il-qattiel. Kien stabbilit li l-arma li ntużat kien senter tal-kaċċa b'żewġ kanen, magħruf bħala ta' b'żewġ. Din jew kienet b'kanna ħdejn oħra jew żewġ kanen fuq xulxin. B'hekk l-iskrataċċ baqgħu fil-kanna u l-Pulizija ma sabux l-iskrataċċ fl-art. L-unika ħaġa li l-Pulizija elevaw minn fuq il-post tad-delitt kienet it-takka tal- plastik li jkun hemm mal- iskartoċċ. Din instabet taħt il-karozza ta' Gauci li kienet ipparkjata fil-garaxx. B'hekk kien ġie stabbilit li l-qattiel kien uża senter tal-kaċċa u li wieħed mill-iskrataċċ kien numru 12 mimli biċ-ċomb u li dan kien mit-tieni tir. L-ewwel tir l-iskartoċċ kellu fih 'slug', jew balla waħda tal-marka Brenekke. Din ħalliet ferita ta' madwar 3.5 ċentimetri f 'dahar Gauci filwaqt li kellu wkoll feriti oħrajn magħmulin miċ-ċomb. Ferita oħra li nstabet fuq il-kadavru ta' Gauci kienet f 'subgħu l-werrej ta' idu l-leminija. Dan x'aktarx li ntlaqat wara li Gauci ntlaqat bl-ewwel tir u poġġa idu ma' dahru u l-qattiel spara t-tieni tir. Aktar minn hekk l-investigaturi ma kellhom xejn iżjed u l-każ kien jidher wieħed ikkumplikat u professjonali. Il-Pulizija baqgħu qatt ma waslu għall- mottiv dwar dan id-delitt. Ftit wara l-qtil ta' Victor Gauci, l-Ispetturi Pierre Calleja u Paul Sammut, kienu għamlu xi arresti, iżda ma kien irriżulta xejn. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Victor Gauci Triq il-Waqqafa 'il fejn ħarab il-qattiel Minkejja li Gauci kien ferut gravi xorta waħda kien fadallu s-saħħa biex ikompli jiftaħ il- bieb tal-garaxx u jidħol f 'tentattiv li jitbiegħed mill-aggressur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014