Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 illum | Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 Kummercjali Middlesea Insurance tippremja l-lealtà tal-klijenti Uniformi ġdida għall-impjegati ta' HSBC MIDDLESEA Insurance riċentament nediet programm ta' lealtà għall- klijenti: Insure and Save. Permezz ta' kard, il-klijenti se jkollhom aċċess għal diversi skontijiet minn negozji lokali, filwaqt li jkollhom aċċess għal bosta offerti esklussivi. B'din il-kard il-klijenti ta' Middlesea Insurance se jkollhom l-opportunità li jiffrankaw il-flus hekk kif jistgħu jibbenefikaw minn skontijiet sa 35% f 'diversi ħwienet inklużi dawk relatati mad-dar, akkomodazzjoni ġewwa lukandi, prodotti tas- saħħa u tas-sbuħija, apparat elettroniku u ristoranti, fost l-oħrajn. Iktar minn 70 stabbiliment diġà qed joffru skontijiet lill-klijenti ta' Middlesea Insurance, b'iktar ħwienet jiġu miżjuda kull xahar. Fernando Docampo, Assistent General Manager ta' Middlesea Insurance qal, "Aħna nemmnu li l-klijenti qed ifittxu kumpanija ta' assigurazzjoni li tippremja l-lealtà tagħhom. Il- klijenti jixtiequ li jkunu meqjusa ta' individwi u mhux sempliċiment bħala numru. L-għan tagħna hu li nipprovdu serħan il- moħħ mhux biss permezz tal-prodotti tagħna iżda anke b'modi oħra. Dan hu l-mod tagħna kif nirringrazzjawhom tal-lealtà tagħhom lejna." Min jixtieq iktar informazzjoni hu mħeġġeġ iċempel fuq in-numru 22480222. Għal-lista kollha tal-ħwienet li qed jipparteċipaw f 'din l-iskema wieħed għandu jaċċessa s-sit www.middlesea.com. IT850 impjegat ta' HSBC Bank Malta se jkollhom dehra aktar professjonali u komda bl-introduzzjoni tal-kollezzjoni l-ġdida ta' uniformijiet. Din se tipprovdi lill-impjegati għażla usa' ta' ħwejjeġ maħsubin apposta. Bi prova, l-uniformijiet diġà ntlibsu minn qabel mill-impjegati f 'ċerti fergħat. Dawn jikkonsistu minn għażla wiesgħa ta' ħwejjeġ li jkopru anki l-ħwejjeġ ta' dawk li jaħdmu wara l-kwinti. Il-bank iddisinja l-uniformijiet apposta għal Malta, b'attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-materjal li hi tajba għall-klima ta' Malta. Iċ-Chief Operating Officer ta' HSBC Bank Malta, Decca Fan, qalet: "Fid-disinn il-ġdid, indirizzajna l-istil, il- kwalità u l-kumdità kif ukoll li l-uniformijiet ikunu aktar adattati għat-temperaturi ta' Malta. Numru ta' impjegati ħadmu mill-qrib mal-fornitur tal-uniformijiet u kien hemm fażi ta' prova li saret f 'ċertu fergħat f 'Malta. Smajna mill- qrib ir-rispons tal-ħaddiema biex niżguraw li l-għażla tkun l-aħjar waħda possibbli. Hu importanti li huma jidhru u jħossuhom tajjeb waqt il-ħin tax-xogħol." Iktar minn 70 stabbiliment diġà qed joffru skontijiet lill-klijenti ta' Middlesea Insurance Il-kollezzjoni l-ġdida ta' uniformijiet tal-HSBC toffri lill-ħaddiema għażla wiesgħa ta' ħwejjeġ disinjati għall-klima ta' Malta Total ta' 3,925 sena ta' servizz ma' BOV DIN is-sena grupp ta' 148 impjegat se jkun qed jiċċelebra l-20, il-25, it-30, il-35 u l-40 sena servizz mal-Bank of Valletta. Bħala rikonoxximent, il-bank stieden lil dawn l-impjegati għal avveniment li matulu ġie mfakkar dan il-punt importanti fil-karriera tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Charles Borg kien preżenti wkoll filwaqt li laqa' u indirizza lill-mistednin billi qal "Dan l-avveniment jenfasizza l-kontribut twil tagħkom lejn is-suċċess kontinwu ta' din l-istituzzjoni. Huwa grazzi għall-isforzi ddedikati u l-lealtà tagħkom, li l-bank irnexxielu jikber għal-livell li jinsab fih illum," temm Borg. Il-ħaddiema li għalqu l-anniversarju tagħhom ma' Bank of Valletta Malta f 'festival tal-poeżija fil-Maċedonja MALTA se tkun rappreżentata f 'wieħed mill-festivals l-aktar popolari tal-poeżija dinjija. Bejn l-20 u s-26 ta' Awwissu, Charles Flores se jkun qed jieħu sehem fil-festival "Struga Poetry Evenings" li jsir ta' kull sena fil-belt qadima ta' Struga u nħawi oħra tal-Maċedonja. "Struga Poetry Evenings" huwa esperjenza poetika li tlaqqa' fost l-aqwa ilħna minn ħafna pajjiżi madwar id-dinja f 'inħawi differenti tal-belt, mill- ġonna, il-palazzi u l-wesgħat sax-xtut u l-attrazzjonijiet naturali u arkitettoniċi madwar l-għadira sabiħa ta' Oħrid. Charles Flores se jkun qed jieħu sehem b'għażla personali ta' poeżiji bil-Malti waqt li l-verżjoni bil-Franċiż tagħhom tinqara minn qarrejja professjonali li se jkunu qed jieħdu sehem fil-festival. Għall-festival, li għalih jattendu diversi personalitajiet nazzjonali u reġjonali, se jkun hemm bħala mistednin tal-unur il-poeti magħrufin internazzjonalment George Ferenczi, Byungsoon Yun, Geoffrey E. Taylor and Tziona Shamay. L-organizzaturi tal-festival jieħdu ħsieb ukoll jippubblikaw antoloġija bix-xogħlijiet - fl- ilsien oriġinali u fil-Franċiż u fl-Ingliż - tal-poeti kollha mistiedna. Is-sehem ta' Malta f 'dan il-festival rinomat huwa parzjalment appoġġjat mill- Malta Arts Fund.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014