Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 Id-Dar ta' Karmni Grima KARMNI Grima hi x-xebba mill-Għarb li meta kellha 45 sena fit-22 ta' Ġunju tal- 1883 hi u sejra lura d-dar mill-għelieqi tal-familja tagħha semgħet il-leħen tal- Madonna ta' Pinu ssejħilha u tgħidilha 'Ejja, Ejja' biex tidħol fil-kappella ċkejkna magħrufa dak iż-żmien bħala 'Tal-Ġentili'. Kif daħlet quddiem l-inkwatru talbitha tgħid tliet Ave Marijiet f 'ġieħ it-tlitt ijiem li l-ġisem tal-Madonna dam fil-qabar. Din il-ġrajja sawret kult ta' devozzjoni lejn il-Madonna ta' Pinu fejn eluf ta' pellegrini minn Malta u Għawdex u anke barranin bdew jintasbu quddiem dan l-inkwatru mirakoluż jittamaw f 'serħan tal-qalb jew anke xi miraklu li jeħlishom mill-imrar li taf toffri l-ħajja minn żmien għal żmien. Grazzi għal din ix-xebba din il-kappella tal-Ġentili nbidlet fis-santwarju l-ġdid fit-13 ta' Diċembru 1931. Santwarju mfittex minn eluf bil-Madonna tiġi nkurunata fl-1935 mill-Kardinal Alessio Lecipier. Iżda biex wieħed jifhem kif inbeda dan il-kult Marjan f 'Għawdex, wieħed irid bilfors iżur din id-dar sempliċi li fiha twieldet, trabbiet u mietet meta kellha 84 sena, din ix-xebba. Anke jekk int persuna li ma temminx fil-ġrajjiet li jingħad li seħħu f 'din id-dar, xorta l-mużew innifsu hu interessanti. Għax barra l-ġrajja li wieħed jista' jgħixha b'mod mill-aktar dettaljat, wieħed isib kif kienet il-ħajja tal-bdiewa Għawdxin fis-seklu 19. Iddeċidejt li mmur nagħmel żjara lil din id-dar fejn biex idawwarni magħha kien hemm il-persuna li reġa' fetaħ din id-dar għal pubbliku f 'April li għadda, Dun Gerard Buhagiar li għal dawn l-aħħar sitt snin hu r-rettur tas-Santwarju ta' Pinu. Mhux għax kelli bżonn il-gwida ta' Dun Gerard biex inżur din id-dar, għax fil-fatt min jiddeċiedi li jżur id-dar kulma għandu jagħmel hu li jħallas €3 u jkollu gwida ta' awdjo inkluż li bi kliem mirqum tajjeb, miktub mill-istess Dun Gerard, ikun jista' jsegwi l-ħajja storika u l-ħajja tal-bidwi Għawdxi. Iżda Dun Gerard għeni nifhem eżatt dak li qed nara u dak li hemm f 'dan ir-razzett li jkolli nammetti li hu mdaqqas sew. Wieħed ma jridx jinsa li Tumas u Antonja Grima (il-ġenituri ta' Karmni) kellhom ħames ulied oħra li kienu jgħixu kollha f 'dan ir- razzett. Wieħed jista' jara l-attrezzamenti kollha li wieħed seta' jsib f 'razzett fejn kienet tgħix familja tal-bdiewa. L-għodda tal- bdiewa, il-kċina u l-forn, l-għamara tas-seklu 19, is-sodda ta' Karmni u s-siġġu minfejn kienet toqgħod meta tkellimha l-Madonna. Xi ħaġa li laqtitni ferm kienu l-istatwetti u l-pasturi li Karmni kienet tagħmel, fejn kellha talent sabiħ biex tiskultura wkoll. Il-magna tan-newl li biha Karmni kienet taħdem il-ħwejjeġ tal- familja tagħha. Filwaqt li x-xenarju li kienet imdawra bih il- familja ta' Karmni hu wieħed li jagħtik nifs ġdid, speċjalment laqtitni pittura li hemm fil-kamra tas-sodda tagħha ta' kif kienet tara l-kappella meta tqum mis- sodda. Illum wieħed jista' jara l-istess veduta (anke l-fanal tal-Ġordan) bid- differenza li flok kappella Id-dar ta' Karmni Grima, bidwija li mietet ta' 84 sena John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt 3,000 persuna jżuruha f 'erba' xhur - 300 il-Ħadd Avviż Pubbliku - Maltese Cross Financial Services Limited Dan l-avviż jipprovdi aġġornament dwar diversi żviluppi marbuta mal-investigazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, wara l-Avviżi Pubbliċi maħruġa mill-Awtorità fis-7 ta' Awwissu u l-12 ta' Awwissu 2014. Fis-7 ta' Awwissu 2014, l-operazzjonijiet tal-Kumpanija kienu sospiżi b'effett immedjat. Minn hemm 'il quddiem, fil-12 ta' Awwissu 2014, l-Awtorità ħadet azzjoni regolatorja kontra s-Sur Jean Claud Bugeja, wieħed mit-tliet Diretturi tal-Kumpanija, fejn l-approvazzjonijiet mogħtija lilu biex jaġixxi bħala Direttur, Compliance Officer u Money Laundering Reporting Officer tal-Kumpanija, kienu revokati. L-Awtorità rrevokat ukoll l-approvazzjoni tagħha lis-Sur Jean Claud Bugeja biex jipprovdi servizzi ta' investiment. Aktar minn hekk, l-Awtorità ħarġet ukoll Direttiva skont it-termini tal- Artikolu 16 tal-Att dwar Awtorità għas-Servizzi FInanzjarji ta' Malta u l-Artikolu 15 tal-Att dwar is- Servizzi ta' Investiment, indirizzata personalment lis-Sur Jean Claud Bugeja, fejn idderiġietu biex jirriżenja minn Direttur tal-Kumpanija, jieqaf milli jipprovdi kull tip ta' servizz finanzjarju, inkluż pariri ta' investiment; biex jieqaf milli jwettaq kull tip ta' funzjoni fil-Kumpanija; u biex ma jaċċessax ir-rekords, is-sistemi tal-IT u l-uffiċċji tal-Kumpanija. L-Awtorità stabbiliet ukoll li l-Kumpanija għandha nuqqas materjali fl-assi tal-klijenti, b'liema nuqqas jidher li rriżulta mill-possibilità ta' użu ħażin u manipulazzjoni ta' tali assi. Bħala konsegwenza ta' dan, ċertu investimenti li kienu jappartjenu għall-klijenti, iżda li kienu miżmuma mill-Kumpanija, jista' jkun li ntilfu. L-Awtorità ħadet u se tkompli tieħu l-azzjoni neċessarja bl-għan primarju li tissalvagwardja u tipproteġi l-interessi tal-klijenti tal-Kumpanija bl-aktar mod wiesa' possibbli. L-MFSA qed tikkoordina l-isforzi tagħha mal-awtoritajiet tal-Pulizija u infurmathom dwar is-sejbiet tagħha. Iċ-ċirkostanzi li wasslu għal din is-sitwazzjoni għadhom is-suġġett tal-investigazzjonijiet uffiċjali intensivi u għadhom għaddejjin. Dawn l-investigazzjonijiet se jieħdu ammont ta' żmien qabel ma jkunu jistgħu jaslu fi tmiemhom. Filwaqt li tfakkar lill-investituri li użaw is-servizzi tal-Kumpanija li l-Iskema ta' Kumpens lill- Investitur riċentement ippubblikat sejħa għas-sottomissjoni tat-talbiet tal-investituri, l-Awtorità tirrakkomanda li l-investituri jfittxu parir legali biex jidentifikaw kull azzjoni legali oħra li tista' tħarsilhom aħjar id-drittijiet tagħhom quddiem il-liġi. Taqsima tal-Komunikazzjoni L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta MFSA Ref: 67-2014 22 ta' Awwissu 2014 Il-veduta li kienet tara filgħodu Karmni, flok il-kappella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014