Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 Il-qtil ta' Victor Gauci fil-Mosta Tgħid li rat kollox SITT ijiem wara li Victor Gauci ta' 34 sena mill-Mosta nqatel b'tir ta' senter ħdejn id-dar tiegħu, mara ċemplet lill-Pulizija fejn qaltilhom li kienet rat dan il-qtil iseħħ u li kienet se terġa' ċċempel. Iżda aktar minn 22 sena wara din it-telefonata qatt ma reġgħet saret. Victor Gauci nqatel nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 1992, kif kien dieħel fil-garaxx li hemm mal-ġenb tad-dar tiegħu fi Triq l-Antinni fil- Mosta li tinsab fil-Qasam tad- Djar, magħruf bħala Ta' Mlit fejn id-djar imissu ma' xulxin u t-triq hija wiesgħa madwar tliet metri. Minkejja dan u minkejja li kienu għadhom it-8.15pm b'ħafna min-nies ikunu għadhom imqajmin, xorta waħda ftit kienu dawk il-ġirien li ħarġu jittawlu biex jaraw x'ġara meta l-ħoss ta' żewġ tiri ta' senter venvnu l-inħawi. Kien wara li ħarġu l-ewwel ftit nies li ħafna mill- ġirien ħarġu jaraw x'kien ġara. Qtil premedidat Persuni li kienu jafu sew lil Victor Gauci, qaluli li r-raġel kien mibni sew. Iżda minn ġimgħat qabel ma nqatel kien jidher li kien qed jibża' minn xi ħadd. "Spiss kont tarah iħares madwaru biex jara jekk hemmx xi ħadd. Kien qisu qed jistenna li xi ħadd kien ġej minn warajh," qalli wieħed li kien jaf sew lil Victor. Huwa kompla jgħidli li veru li Victor kien bniedem mibni, imma qatt ma jafu li daħal f 'xi inkwiet jew xi ġlied. Il-qtil ta' Gauci kien wieħed premedidat. Min ried joqtol lil Gauci, jew min qabbad biex Gauci jinqatel, kien jaf sew lill-vittma. Mhux biss kien jaf fejn joqgħod, iżda kien jaf il-passi tiegħu. Kien jaf fejn jaħdem, fejn imur wara x-xogħol u fi x'ħin jasal id-dar. Il-qattiel x'aktarx li kien diġà qrib ir-residenza ta' Gauci fi Triq l-Antinni qabel ma Victor wasal id-dar. Peress li mill- investigazzjonijiet tal-Pulizija kien ġie stabbilit li l-qattiel ma kellux karozza fil-viċinanzi, allura l-probabbiltà hija li dan staħba wara xi ċint, fejn illum hemm triq. Dak iż-żmien, 22 sena ilu, f 'dik il-parti kien hemm sqaq li kien jagħti għal parti mħarbta u għaldaqstant kienet faċli għall-qattiel biex jistaħba. Gauci wasal id-dar għall- ħabta tat-8.12pm bil-mutur tiegħu tal-għamla Honda magħruf aħjar bħala tal- fardal. Kif Gauci waqaf eżatt quddiem il-garaxx, il-qattiel ħareġ minn fejn kien. Dak il-ħin kien id-dlam u għaldaqstant Gauci ma setax jara lill-qattiel riesaq lejh. Dan ma marx dirett għal fuq il- vittma iżda baqa' fuq in-naħa l-oħra tat-triq, distanza ta' madwar żewġ metri jew inqas. Kif Gauci niżel minn fuq il- mutur u beda jiftaħ il-garaxx biċ-ċavetta, il-qattiel spara tir u laqat lil Gauci f 'dahru. Minkejja li Gauci kien ferut gravi xorta waħda kien fadallu s-saħħa biex ikompli jiftaħ il-bieb tal-garaxx u jidħol f 'tentattiv li jitbiegħed mill- aggressur. Kif il-qattiel ra li Gauci kien għadu fuq saqajh u kompla dieħel fil-garaxx, spara tir ieħor u Gauci waqaf jistrieħ dahru mal-ħajt bid- demm ħiereġ minn dahru. Ħarba Il-qattiel ħarab minn fuq il-post bil-mixi lejn fejn illum hemm Triq il-Waqqafa u ħarab qalb l-għelieqi lejn Triq id-Durumblat, li ħafna jafuha bħala "t-triq tal-Flower Power." Qatt ma kien eskluż li l-qattiel seta' kellu karozza f 'din it-triq jew kellu xi kompliċi jistennieh lest biex jaħarbu. Il-ħoss taż-żewġ tiri ħasdu lil Joe Mifsud, kollega fil- ġurnaliżmu u llum avukat. Dak iż-żmien Joe Mifsud kien għadu joqgħod mal- ġenituri tiegħu fl-istess triq fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn seħħ id-delitt. Kif ħareġ mid-dar, Dr Mifsud sab lil missieru barra fejn qallu li kienu sparaw għal Victor tan- Naxxar. Wara li ċempel lill- Pulizija, Mifsud mar fil-garaxx fejn sab lil Victor Gauci għadu qed jitkaxkar mal-ħajt u wara spiċċa bilqiegħda fl-art u bid- demm ħiereġ minn dahru. "Sa dak il-ħin Gauci kien għadu qed jieħu n-nifs iżda ma kienx jiflaħ jitkellem," qalli Joe Mifsud li għadu sal- lum ma jistax ineħħi minn Daqqa ta' mus lil kuġinuh minħabba tfajla Uffiċjal tas-sigurtà f 'Mater Dei spiċċa bil-punti Qassis akkużat b'abbuż fuq minorenni Mill-Qorti ĠUVNI ta' 19-il sena mill- Ħamrun ġie miżmum taħt arrest wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda f 'Wied il-Għajn ħebb għal kuġinuh u kkaġunalu feriti gravi permezz ta' daqqiet ta' mus. Sorsi qalu li l-imputat, Brandon Pace, kien qed joħroġ ma' tfajla, u din tal-aħħar issa qiegħda toħroġ ma' kuġinuh, Ivan Farrugia. Pace u kuġinuh ilhom jargumentaw għal ħafna żmien, u nhar il-Ħadd li għadda l-kuġini reġgħu tlewmu dwar it-tfajla u allegatament Pace ta daqqiet ta' mus lil Farrugia. Il-vittma sofra ġrieħi gravi wara li waħda mid-daqqiet tal-mus nifdet il-pulmun tal-vittma. Huwa għamel tlitt ijiem l-isptar. Min-naħa tagħha, id-difiża rrappreżentata mill-Avukat Joe Giglio qal li ma kienx se jagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat peress li l-akkuża kienet "serja" u li jkun inutli li jagħmel it-talba. Madankollu, l-Avukat Giglio talab lill-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Robert Said Sarreo, sabiex fl-ewwel seduta tal- kumpilazzjoni jtella' x-xhieda pajżana. Il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale ordna li Brandon Pace jinżamm taħt arrest u ordna wkoll lill- Ispettur sabiex itella' x-xhieda pajżana malajr kemm jista' jkun. JOSEF Friggieri, ta' 30 sena minn Birżebbuġa, ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li tah daqqa ta' ponn u fera uffiċjal tal- parkeġġ tal-Isptar Mater Dei. Il-Qorti semgħet kif nhar l-Erbgħa għall-ħabta tad- 9.30am, l-imputat wassal lit-tfajla tiegħu, li qiegħda tistenna tarbija, Mater Dei. Il-prosekuzzjoni, mmexxija minn Spettur Jason Francis Sultana, spjega kif hekk kif Friggieri wasal fil-parkeġġ, huwa ħalla l-vettura tiegħu pparkjata quddiem electrical fire panel. Malli ġie avviċinat minn Raymond Leonardi, uffiċjal tas-sigurtà li jidderieġi l-vetturi fil- parkeġġ tal-isptar, it-tnejn bdew jargumentaw. Minn tagħrif li ġbarna l-qorti, jidher li ż-żewġt irġiel bdew joffendu lil xulxin, u l-imputat spiċċa jagħti daqqa ta' ponn lill-vittma. Tabib tal- isptar iċċertifika li Leonardi sofra ġrieħi gravi f 'xufftejh, tant hu hekk li kellu bżonn jagħmel il-punti. Min-naħa l-oħra d-difiża qalet li l-akkużat kien fi stat ta' paniku minħabba li t-tfajla tiegħu qed tistenna tarbija. L-Avukat Jason Grima spjega kif l-inċident kien wieħed "sfortunat", filwaqt li l-imputat talab skuża ta' għemilu. Friggieri ammetta għall- akkużi miġjuba kontrieh, li kkaġuna feriti gravi u li kiser l-ordni pubblika. Huwa ngħata ħelsien bil- kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin u ġie ordnat li ma jersaqx lejn il-vittma. Il-pulizija mistennija tieħu passi wkoll kontra l-vittma. FR Jesmond Gauci, qassis ta' 40 sena mix-Xagħra, Għawdex, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li abbuża minorenni. Il-qassis, li huwa magħruf bħala 'Il-Papa', ngħata ħelsien mill-arrest kontra depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €5,000. Nhar it-Tlieta, il-Qorti ta' Għawdex, ippreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini, laqgħet it- talba tad-difiża u ordnat il-ġurnalisti joħorgu mill- awla, sabiex il-każ jinstema' fil-magħluq. Il-Qorti ordnat ukoll sabiex ikun hemm divjett fuq isem il-qassis. Però, il-Pulizija resqu appell quddiem il-qorti, fejn qalu li minkejja li hu qassis, l-imputat u l-każ innifsu m'għandhom xejn speċjali u għalhekk l-isem m'għandux jibqa' mistur. Il-pulizija qalet ukoll li l-vittmi u Fr Jesmond Gauci ma jiġux minn xulxin, u għalhekk id-deċiżjoni tad-divjett ma kinitx iġġustifikata. Nhar il-Ġimgħa, il- Maġistrat tal-Għassa ta' Għawdex Neville Camilleri laqa' l-appell tal-pulizija u ordna li l-isem ta' Fr Gauci ma jibqax mistur. Minkejja li l-appell kontra divjett ġie milqugħ, sorsi qrib il-pulizija qalu li mhumiex beħsiebhom jagħmlu appell sabiex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jisimgħu l-kumpilazzjoni kontra l-qassis Għawdxi – deċiżjoni li fl-opinjoni tal-pulizija "hija ġġustifikata minħabba n-natura sensittiva tal-każ." Minkejja li d-dettalji dwar il-każ innifsu u l-allegazzjonijiet ma jistgħux jiġu żvelati mill- prosekuzzjoni, sorsi qrib din il-gazzetta qalu li l-imputat huwa mixli li kkorrompa tlett ibniet. Huwa mifhum li l-bniet għandhom madwar 15-il sena, però sorsi oħra qalu li l-iżgħar vittma kellha biss tmien snin. L-allegat abbuż seħħ f 'dawn l-aħħar xhur. Intant, din il-gazzetta hija infurmata wkoll li l-qassis huwa magħruf bħala 'Il- Papa,' u li ilu qassis bejn għaxar snin u tnax-il sena. Huwa mifhum ukoll li l-qassis huwa "magħruf mal-familji Għawdxin," u li meta tfajliet minuri ġew interrogati huma kienu jafu "mal-ewwel fuq min qed jiġu mistoqsija." Fr Jesmond Gauci huwa wkoll għalliem tar-reliġjon fi skola sekondarja tas- subien fil-Ħamrun. Sorsi qrib il-gazzetta ILLUM qalu wkoll li l-Avukat Ġenerali appella sabiex il-ħelsien mill-arrest tal-qassis jiġi rrevokat minħabba biża' ta' intralċ ta' provi. L-appell mistenni jinstema' nhar il-Ħamis quddiem l-Imħallef Michael Mallia fil-qorti ta' Malta. Il-prosekuzzjoni hija mmexxija mill-Ispettur Sylvana Briffa. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014