Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

0.90 24 ta' Awwissu 2014 • Nr 410 Tel: 2122 3999 Muscat jevita l-Malti fi l-Kunsill Ewropew NEWSPAPER POST "Il-baġit għall-2015 se jikkonsolida r-riżultati ekonomiċi li ksibna fl-ewwel sena u nofs" – Joseph Muscat Il-qtil ta' raġel fil-Mosta L-Editur Maniġerjali Saviour Balzan jaċċetta l-isfida wkoll Ara paġni 8-9 Ara l-aħħar paġna Republic Street, Valletta next to the Courts MARA ċemplet lill-Pulizija u qaltilhom li kienet rat il- qtil iseħħ u li kellha terġa' ċċempel. 22 sena wara din it-telefonatza għadha ma saritx. "Hemm xebh bejn Muscat u Renzi" – Gianni Pittella "ILPOLITIKA li qed imexxi biha lil Malta l-Prim Ministru Joseph Muscat ma nitkellimx fuqha jien iżda jitkellmu fuqha ċ-ċifri li tjiebu ferm minn meta beda jiggverna hu fi żmien meta fl-Ewropa hemm staġnar. Malta taħt Muscat uriet lill-Ewropa l-aqwa prattika ta' kif taffronta kriżi. Il-politika tiegħu hi eżempju għall-Ewropa." Dan qalu l-President tal-Grupp tas-Soċjal-Demokratiċi tal-Parlament Ewropew Gianni Pittella f 'intervista esklussiva ma' din il- gazzetta. Pittella, li din il-ġimgħa kien Malta jattendi l-Festival Internazzjonali taż-żgħażagħ soċjalisti, il-IUSY 2014 li qed isir f 'Għajn Tuffieħa, qal li hemm xebh bejn il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi fejn jiddeskrivihom bħala żewġ Prim Ministri moderni, żgħażagħ u mimlija entużjażmu. "Mexxejja politiċi hawn ftit fid-dinja u Joseph Muscat u Matteo Renzi huma żewġ mexxejja li rridu nappoġġjawhom għax huma mexxejja mimlija passjoni u intelliġenza" jgħid Pittella. Ara l-intervista f 'paġni 12 u 13 MINKEJJA li fl- istituzzjonijiet Ewropej dejjem kien hemm servizz ta' interpreti għall-Malti, persuni tkellmu mal-ILLUM qalu li riċentament f 'laqgħa tal-Kunsill Ewropew, Joseph Muscat ma użax il-Malti fl- intervent tiegħu. Dan wara li fi żmien l-elezzjoni tal-2013 kien inxtered vidjo ta' Muscat li kien infexx jgħajjat f 'nofs plenarja wara li ma kienx hemm servizz ta' interpreti matul din il-laqgħa. Il-vidjo kien intitolat 'Joseph Muscat standing up for the Maltese language.' Dakinhar kien anke waqaf mid-diskors tiegħu u ma kompliehx. Jidher iżda li waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew minkejja l-preżenza tal-interpreti, Muscat evita li juża l-Malti u minflok tkellem bl-Ingliż. Il-ġurnal ILLUM staqsa lil Kurt Farrugia, Kap tal- Komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru rigward dan. Farrugia qal li "l-Prim Ministru juża numru ta' lingwi, inkluż Malti, Ingliż, Franċiż u Taljan u jiddependi mid- diskussjoni u natura tagħha waqt il-Kunsill Ewropew." Skont il-politika tal-UE kulħadd għandu dritt jitkellem bil-lingwa tiegħu u s-servizz tal-interpreti għandu jiġi offrut la darba l-kelliema jagħmlu rikjest għalih. Fil-każ tal- Kunsill Ewropew is-servizz tal-interpreti qatt ma jkun imwarrab, anzi hu ta' prijorità li jkun hemm interpreti tal-24 lingwa uffiċjali fl-UE. Din it-tendenza li jitkellmu bl-Ingliż qed tiżdied ukoll qalb id-delegati Maltin u anke xi Membri Ewro Parlamentari Maltin li qed jagħżlu li jitkellmu bl-Ingliż minflok bil-Malti. Sorsi qalu lil ILLUM li anke l-awtur tal-Malti u politiku Alfred Sant intervjena bl- Ingliż, waqt li qalulna wkoll li Roberta Metsola hija l-unika waħda li dejjem qed tuża l-Malti. Apparti minn hekk interpreti li tkellmu mal- ġurnal jinsabu ferm imbeżża' bis-sitwazzjoni preżenti hekk kif qed jibżgħu li jiġu fi stat fejn l-interpreti Maltin ma jibqax ikun hemm bżonnhom u jispiċċaw lampa stampa. L-interpreti Maltin b'xogħol skars

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014