Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529
0.90 12 ta' Ottubru 2014 • Nr 417 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Franco Mercieca jixtieq jirritorna fil-kabinett Min għandu jkun jaf, jaf F'INTERVISTA esklussiva li kellu mal-ILLUM, id- deputat Parlamentari Laburista Għawdxi, Franco Mercieca qal li hu jixtieq li jerġa' jkun fil-kabinett Laburista, basta jkun dekasteru differenti minn dak li kellu. Mistoqsi liema dekasteru jixtieq, mingħajr tlaqliq wieġeb, "Min għandu jkun jaf x'nixtieq jaf." Franco Mercieca qal li hu qatt ma kien kuntent jaħdem bħala Segretarju Parlamentari għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva u kien għalhekk li għażel li jkompli jipprattika l-professjoni tiegħu. "Meta kont immur nidħol naħdem l-isptar, il-Ħadd volontarjament u mingħajr ħlas kont inkun qisni qed nieħu injezzjoni ta' adrenalina wara ġimgħa xogħol li xejn ma kienet tagħtini sodisfazzjon." Mistoqsi għaliex aċċetta d-dekasteru meta ġie offrut lilu, qal li dak il-ħin lanqas kien jaf x'qed jiġri u ma kellux għażla għal xi dekasteru ieħor. Franco Mercieca qalilna wkoll li hu jiċħad kull għajdut li mhux interessat li jerġa' jikkontesta elezzjoni oħra, "definittavament iva se nerġa' nikkontesta" qal l-oftamologu Franco Mercieca. Fl-istess intervista qal li hu rebaħ ħafna voti mil-Laburisti moderati u minn dawk li qabel kienu jivvutaw lil partit Nazzjonalista. U dan il-fattur ifisser li kellu mertu kbir fir- rebħa Laburista f 'Għawdex. 20 miljun inqas f 'telf għall-Enemalta LENEMALTA se tkun qed tirreġistra riżultati finanzjarji "aħjar" fejn għall-ewwel darba f 'ħafna snin, it-telf tal-kumpanija se jkun €20 miljun inqas minn dak previst. Skont il-Ministru għall- Enerġija Konrad Mizzi, dan it-titjib ma kienx ikun possibbli mingħajr l-investiment ta' aktar minn €300 miljun mill-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric Power (SEP). Mizzi bħalissa jinsab iċ- Ċina fejn qiegħed jiffinalizza n-negozjati mal-kumpanija Ċiniża biex takkwista 33% sehem fl-Enemalta. "Il-proġett li għandu l-Gvern fis-settur tal- enerġija huwa wieħed kumpless. Ma kienx ikun possibbli għall-Enemalta li tibqa' tiffunzjona mingħajr l-investiment taċ-Ċiniżi. Il-proġett kollu ma jiddependix biss mill-bini tal-power station bil-gass iżda jinkludi titjib fil-qagħda finanzjarja, investiment fid-distribuzzjoni tad-dawl, tnaqqis fis-serq tal-elettriku u li l-ARMS Ltd tiġbor il- flus li huma dovuta lilha," qal il-Ministru. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-binja tal- power station il-ġdida mhux se tkun kompluta sa Marzu 2015. Imma skont Mizzi, il-gvern se jżomm il-wegħda tiegħu man-negozji li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b'25%. Skont il-Gvern, dan se jkun possibbli grazzi għall- pjan ta' negozju li għandha l-Enemalta. Mistoqsi minn ILLUM jekk il-Gvern hux se jkun qiegħed iżid is-suvvenzjoni biex jagħmel tajjeb għal dan ir-roħs, Mizzi ċaħad li dan se jkun il-każ. "Grazzi għall- pjan tan-negozju tal-Enemalta, il-kumpanija se tkun qed tagħti rimborż fuq medda ta' snin. Minkejja li għall-ewwel tliet snin il- kumpanija se tibqa' tagħmel it-telf, is- sitwazzjoni se tinbidel għal waħda ta' profitt mar- raba' sena," temm jgħid il-Ministru Mizzi. Illum.com.mt minn nħar l-Erbgħa META bdejna Illum bħala ġazzetta ta' nhar ta' Ħadd tmien snin ilu, kien hemm il-ħolma li jkollna preżenza bil- Malti għall-udjenza differenti minn dik tal-MaltaToday. Kif ukoll li nippreżentaw stejjer b'togħma pjuttost varji u b'temi soċjali. Bla dubju ta' xejn il-gazzetta wkoll għandha għeruq li huma fuq ix-xellug tal-politika, imma mhux b'mod partiġġjan. Issa ħassejna l-ħtieġa li nirritornaw bis-sit elettroniku li nemmnu għandu jkun forum ta' dibattitu u diskussjoni. Illum għandu tim ġdid, Frederick Attard fit-tmum bħala editur, mgħejjun minn Jean Pierre Cassar, bl-appoġġ ta' żewġ veterani John Pisani ġurnalist magħruf fil-qasam tal- pulizija u reati u John Busuttil li jġib miegħu esperjenza u stil inimitabbli. Illum.com. mt tkompli tkabbar il-prodott tal-MediaToday f 'mument fejn il-mezzi tax-xandir bil-Malti qed jaffaċċjaw intoppi kbar. Iżda f 'mument meta dħalna b'ruħna u ġisimna fuq it-televixin u b'sit ieħor, www.gourmettoday. recipes. Huwa fil-maltemp li aħna bħala Kumpanija tax-Xandir immorru aħjar u aħna ċerti li eluf ta' segwaċi se jirrispondu billi jaqrawna u jimxu warajna f 'dan l-episodju ġdid tagħna. Saviour Balzan Editur Maniġerjali Minn nhar L-Erbgħa 15 ta' Ottubru .COM.MT