Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 Ir-roħs fil-kontijiet tal-enerġija se joffri iktar nifs u kompetittività Ir-roħs ta' 25% fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-kumpaniji f 'Marzu li ġej se jagħti aktar spazju, nifs u kompetittività lill- kumpaniji Maltin. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan meta żar il-fabbrika tal-kumpanija De La rue f 'Bulebel li ilha f 'Malta għal dawn l-aħħar 40 sena fejn iltaqa' mal-ħaddiema. Dr Muscat qal li l-familji Maltin diġà gawdew minn dan ir-roħs matul din is- sena u l-ħajja m'għolietx daqskemm togħla s-soltu u b'hekk bdejna nikkonverġu ma' dak li jiġri fil-pajjiżi Ewropej. Il-pjan tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija huwa wieħed ħolistiku. Il-Prim Ministru qal li hemm djalogu kontinwu mat-tmexxija tal-kumpanija biex ma jkunx hemm sorpriżi u l-kumpanija tibqa' għaddejja kif għamlet matul is-snin. Huwa qal li l-lealtà tal-ħaddiema Maltin tattira ħafna l-investituri barranin u dan bil-kontra ta' dak li jiġri f 'pajjiżi oħrajn. Meta mistoqsi mill- ġurnalisti dwar l-inċentivi tal-Gvern għal min għandu jew jitħajjar ikollu pensjoni privata, il-Prim Ministru qal li l-Gvern irid jinċentiva lin-nies. Il-Gvern huwa kommess li s-sistema tas- saħħa f 'Malta tibqa' b'xejn. Rigward ir-riżultati dwar Malta fl-istħarriġ tal-Ernst and Young, il-Prim Ministru qal li l-indikazzjonijiet huma pożittivi ħafna u hemm kwistjonijiet li mhux se nagħlqu għajnejna għalihom. Meta mistoqsi dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, il-Prim Ministru qal li fil-jiem li ġejjin se jiġi kkomunikat il-punt ta' konverġenza kważi totali li wasalna għaliha wara diskussjoni mal-istakeholders kollha dwar x'għandu jsir bejn issa u l-2019. L-Iskwadra tal-RIU se tibqa' b'xift ġdid Konfermat dak li qalulna s-sorsi tagħna John Pisani Filwaqt li l-Ministeru tal- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali uffiċjalment ċaħad ix-xnigħat li l-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit (RIU) se tiżżarma u minflok jerġgħu jiġu fis-seħħ l-Iskwadri tal-SAG u dik mobbli, ġie kkonfermat dak li qalulna s-sorsi tagħna dwar ix-xift il- ġdid li bdew jaħdmu l-Pulizija fl-Iskwadra tal-RIU. B'reazzjoni għall-artiklu li deher fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda fil-faċċata ta' din il-gazzetta dwar l-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit, li tista' tinqasam u jerġgħu jkunu introdotti l-iskwadri tal-SAG u dik mobbli, il-Ministeru tal- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ċaħad li hemm dan il-ħsieb. Kelliema għall-Ministeru f 'risposta li bagħtet lil din il-gazzetta b'reazzjoni għall- artiklu qalet li "M'hemm l-ebda ħsieb li l-RIU terġa' tinqasam f 'SAG u skwadra mobbli." L-istudji fil-Korp tal-Pulizija huma kontinwi sabiex dejjem ikun hemm titjib. Dan żgur ma jfissirx li l-RIU se terġa' tinqasam," ittemm tgħid ir- risposta tal-Ministeru. Ta' min ifakkar li l-istess artiklu mill-paġna tal- faċċata jkompli f 'paġna 3 fejn irrapportajna li "fl-istess ħin sorsi qrib il-Ministeru tal-Intern ċaħdu li l-RIU se tiżżarma." Konferma oħra li żvelajna fl-artiklu tagħna tal-Ħadd li għadda hija dwar ix-xift il- ġdid li bdew jaħdmu l-Pulizija tal-RIU. Fl-artiklu semmejna li x-xift il-ġdid li kien qed ikun studjat għal din l-iskwadra kien se jkun "fuq bażi ta' Day- Night-Rest-Off u jaħdmu 13-il siegħa kull xift." Se jerġa' jibda wkoll it-taħriġ f 'Ta' Kandja li se jkun parti mill-ħin regolari tal-Pulizija u li se jkun hemm xift apposta għat-taħriġ. Dawk li jkunu qed jattendu t-taħriġ se jkunu wkoll fuq standby f 'każ li tinqala' xi emerġenza u l-Korp ikollu bżonn aktar Pulizija. Fil-fatt minn nhar l-Erbgħa li għaddew il-Korp introduċa dan ix-xift u jidher li ntlaqa' tajjeb mill-maġġoranza tal- Pulizija tal-RIU. Fejn qabel ix-xift ta' filgħodu kien jibda fl-4am, issa l-ħinijiet tax-xift se jkunu mis-7am sat-8pm u mit-8pm sas-7am. Se jkun hemm bejn tmienja u għaxar vetturi jduru ma' Malta meta qabel kien qed ikun hemm ħames vetturi. Waqt il-bidla bejn xift u ieħor xorta se jkun hemm karozzi jduru għax il-bidla ssir waqt li jkunu għadhom waqt ir-ronda u mhux kulħadd jidħol fil-Kwartieri f 'Ta' Kandja u jinbidlu hemmhekk. Min-naħa l-oħra hemm min ilmenta fuq punti oħrajn li nifhmu li għad iridu jiġu diskussi. L-istess sorsi qalulna li l-Aġent Kummissarju Ray Zammit mistenni anke jiltaqa' mal-membri tal-RIU fejn għandhom jiġu spjegati ċerti regolamenti biex is-servizz li huwa mistenni minnhom ikun l-aħjar fl-interess ta' kulħadd, b'mod speċjali għaċ- ċittadin. Novità oħra fl-Iskwadra tal- RIU hija parti mill-uniformi. Minflok il-beritta issa l-Pulizija tal-RIU qed jilbsu beret. Sadanittant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil ILLUM li jixtiequ jaraw spettur ma' kull xift biex b'hekk l-operat ta' din l-Iskwadra tkun aktar effiċjenti. Huma spjegaw li jekk tinqala' sitwazzjoni, b'mod speċjali matul il-lejl, ikun hemm uffiċjal b'awtorità li jkun jista' jieħu deċiżjoni. Novità oħra fl-iskwadra tal-RIU hija parti mill-uniformi, beret minflok beritta Ritratt: John Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014