Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 23 ma' Pamela Bezzina PAMELA BEZZINA m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni ma' dawk li jsegwu x-xena tal- kant f 'pajjiżna. Hija Għawdxija, mir-Rabat iżda issa qed toqgħod Birkirkara. Għandha 32 sena u gradwata bħala Speech and Language Pathologist. Illum taħdem bħala kantanta u għalliema tal-kant ġol-istudjos tagħha stess VocalBooth Studios. JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek li dħalt fid-dinja tal-kant? Bdejt mill-kor tal-knisja fejn kont noqgħod meta kont żgħira, però kantajt l-ewwel darba bħala solista fuq palk meta kelli 12-il sena. Minn fejn bdiet il-ħajra li tibda tkanta? Minn dejjem kont inħobb il-mużika, u bdejt nitgħallem il-mużika ta' 5 snin. Ommi kienet tkanta ħafna wkoll u dejjem esponietni għall- mużika. Qatt ikkunsidrajt xi dixxiplina teatrali oħra minbarra l-kant? Bħar-reċtar jew iż-żfin? Qabel bdejt inkanta jien kont immur nitgħallem iż-żfin u kien għal qalbi ħafna. Wara ċertu żmien l-għalliema taż- żfin kellha ssiefer għal kollox u kelli nieqaf u kien propju f 'dan iż-żmien li bdejt inkanta. Però ż-żfin jogħġobni ħafna u d-drama taffaxxinani ħafna. Nixtieq għandi iktar ċans li nkun nista' mmur nerġa' nitgħallem għaliex jibqgħu dejjem għal qalbi. X'inhi l-quċċata li kantant Malti jista' jilħaq f 'pajjiżna? Naħseb kull kantant jagħmel il-quċċata tiegħu hu. Dak li huwa l-quċċata għalija ma jfissirx li jkun il-quċċata ta' kantanti oħra jew tan-nies inġenerali. Għalija l-quċċata tilħaqha meta permezz tal- kant tkun sodisfatta mil-lati kollha mużikali. Għalija li nirbaħ xi kompetizzjoni mhux il-quċċata imma li nagħmel mużika tiegħi, naqsamha ma' kantanti oħrajn u li nħoss emozzjoni kbira kull darba li nkanta. Pamela u l-Eurovision? Mhux se narawk dis-sena… Il-Eurovision huwa esperjenza sabiħa immens u vetrina kbira għal kantant. Però xorta mhix l-unika ħaġa li tista' tagħmel fil-karriera. Hija esperjenza unika però waħda… hemm ħafna iktar affarijiet x'wieħed jista' jagħmel bil-mużika. Jien ma nixtieqx li nidħol kull sena sabiex niffoka fuq affarijiet oħra tal-karriera tiegħi… però fil-futur min jaf? Tul is-snin kellek diski mill-isbaħ li għaddewlek għall-finali, però jekk mhux sejjer żball qatt ma rajnik tikklassifika fl-ewwel tliet postijiet, x'taħseb li kienet ir-raġuni? Għandek żball! Ikklassifikajt fit-tielet post mal-Grupp Q fl-2009. Il-bqija ma nistax ngħidlek jien x'kienet ir- raġuni! Dejjem emmint fil-kanzunetti li kelli u dejjem tajt l-aħjar li stajt. Kif jarawha n-nies jew il-ġurija mbagħad hija storja oħra. Għalija xorta kollha kienu esperjenzi sbieħ li tgħallimt ħafna minnhom. Liem kienet id-diska favorita li qatt kellek tul dawn is-snin? Kollha kienu għal qalbi però żewġ favoriti huma Whisper fl-2008 u Take Me fl-2014. Pamela u Animae? Pamela l-omm u Animae t-tarbija! Animae huwa parti kbira minn ħajti u minn ħini… il-membri huma kollha qishom ħuti, naqblu ħafna flimkien u naħseb li nagħmlu xogħol tajjeb ħafna flimkien. F'Animae nħoss li qed naqdi l-missjoni tiegħi u għalhekk is-sodisfazzjon li jagħtini mhuwiex komparabbli ma' mużika oħra li nagħmel. X'limitu joffri Għawdex għal kantanti u għal dawk fix-xena tal-ispettaklu? Sfortunatament minħabba raġunijiet ta' loġistika hemm ftit limitazzjonijiet, però naf fiċ-ċert li ħafna Għawdxin ma jaqtgħux qalbhom daqshekk malajr u jirnexxu xorta! Ħafna mill-Għawdxin iridu jiġu Malta biex ikomplu jistudjaw anke l-mużika. Jien għandi ħafna studenti Għawdxin li jiġu jitgħallmu l-kant u jitilqu minn ħafna qabel biex jaslu għal-lezzjoni u jaslu ħafna aktar tard mill-Maltin, xita u xemx. Però meta hemm ambizzjoni, l-ebda ostaklu ma jtellef. Jien naf x'jiġifieri għax għaddejt minnha, però l-mużika ma tħallikx bi kwietek u tagħtik is-saħħa li tkompli mingħajr xkiel. X'ifisser għalik Għawdex? Għawdex huwa pajjiżi; huwa l-post li fih trabbejt; huwa l-familja tiegħi, sħabi u demmi. Huwa l-post ideali ħafna għal meta nkun irrid naqta' mir-rutina tax-xogħol u djamant fil-vera sens tal- kelma! X'inhi din l-ossessjoni li għandek bil-minions? Ma nafx għalfejn però l-ewwel darba li rajt il-film animat Despicable Me tant iggustajthom lil dawn il- kreaturi li ffissajt fuqhom. U bdejt kollezzjoni tagħhom u ħafna nies jixtruli affarijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom! Jerġgħu jeħduni fi lura fi tfuliti! Wisq ħelwin! Kif tħares lejn il-ħajja? Il-ħajja hija rigal kbir u tiddependi totalment minn kif nagħmluha aħna. Jien persuna li nimxi ġurnata b'ġurnata u ma tantx inħobb nippjana għal futur. Nipprova nagħmel li nista' biex ingawdi n-nies ta' madwari u ngħix ħajja sempliċi ħafna kemm jista' jkun! Pamela u l-imħabba? L-imħabba hija l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja tal- bniedem għax mingħajrha ma jkollokx saħħa tiġġieled biex tibqa' tgħix. Jien kont iffortunata ħafna li għandi familja li tagħtini mħabba infinita u mingħajr ebda kundizzjoni u jien nista' nagħti l-istess ħaġa lin-nies ta' madwari. Qiegħda f 'relazzjoni sabiħa ħafna mal-partner tiegħi Alex u nħoss li fih sibt is-soulmate tiegħi, appoġġ enormi u l-paċenzja li jieħu bija hija inkredibbli! Bis-saħħa tiegħu u tal-familja tiegħi sirt naf xi tfisser meta vera tkun tħobb lil xi ħadd. Pamela u l-familja? Ommi, missieri, oħti tmien snin ikbar minni, ir-raġel tagħha u ż-żewġt itfal tagħha, li huma l-anġli tiegħi! Ifissru kollox għalija hu huma l-pedament u r-raġuni ta' dak li jien illum. Xi tfisser għalik li tkun kuntenta? Li nkun kuntenta jfisser li ngħix ħajja sempliċi bl- isbaħ affarijiet li toffri l-ħajja – imħabba, rispett, valuri, familja, mużika tajba, ħbieb, xogħol u ħin għalija nnifsi. Il-flus ma tantx jagħmlu bija u m'iniex materjalista! Inħobb inkun f 'kumpanija ta' nies sinċieri u veri u 'l bogħod mis- superfiċjalità! X'ifisser suċċess għalik? Suċċess huwa meta jirnexxielek tagħmel dak li dejjem ħlomt li tagħmel! Mhux bilfors li ssir popolari u li n-nies jagħrfuk jew li tagħmel karriera kbira. Imma li dak li tagħmel ikun tassew dak li dejjem xtaqt tagħmel! Diska favorita? Kantanta favorita? Diska favorita tibqa' dejjem 'I dreamed a dream' mill- musical Les Miserables. Kantanti favoriti għandi ħafna ma nistax nagħżel wieħed jew waħda biss. Fost l-oħrajn hemm Bobby McFerrin, Beyoncè, Sam Smith, Ella Fitzgerald, Brian McKnight u ħafna u ħafna oħrajn! X'inhi l-cover version li l-iktar tħobb tagħmel? Read All About It ta' Emile Sande. Meta ma tkunx qed tkanta tkun qed… Ngħallem il-kant, nikteb il- mużika jew rieqda! Bħala Għawdxija x'taħseb li hi l-aħjar soluzzjoni għal Għawdex? Pont jew mina? Pont. X'taħseb fuq l-idea li jinbena ajruport f 'Għawdex? Kieku jkun komdu ħafna għall-Għawdxin però naħseb jikkawża ftit tal-kaos. Naħseb li jkun hemm università bil- korsijiet kollha bħal Malta tagħmel ħafna iktar sens u inqas skariġġ għall-istudenti Għawdxin li jitilqu l-familja tagħhom ta' 18 il-sena! Ħames Minuti www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014