Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 33 SportSillum Balzan jibqa' ggranfat mas-Super Cup Balzan rebħu l-ewwel unur tal-istaġun fil-futsal meta għelbu lil luxol bl-iskor ta' 3-1 fil-finali tas- Super Cup. Għal Balzan din kienet it-tielet darba konsekuttiva li rebħu din it-tazza li tiftaħ l-istaġun tal-kampjonat premier tal-futsal lokali. Kienet finali bilanċjata, b'Balzan li dehru aktar perikolużi u kien jimmeritahom li jirbħu dan il-konfront. Għal din il-finali Balzan iddebuttaw lil Carl Azzopardi, Mark Zammit, Marco Conti, Matthew Attard u Frane Despotovic. Ta' min jgħid li l-plejer Kroat Frane Despotovic kien is-surmast fil-piċċ u wera l-perfezzjoniżmu u l-esperjenza li għandu. Luxol li żammew ħafna mill-plejers li kellhom matul l-istaġun li għadda u bħala akkwisti ġodda kellhom lil Peter Pullicino, Celino Alves, Reuben Grech u Omar Toutoungi. Balzan fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti u nofs meta Frane Despotovic qassam direttament lejn Nicola del Re li sab l-ispazju biex jiskurja. Żewġ minuti wara Balzan irduppjaw l-iskor meta Nicola del Re ħa vantaġġ minn żball difensiv ta' Luxol u poġġa lil Boycho Marev żmarkat, b'dan tal-aħħar kien pront tefa' l-ballun fix-xibka. Fis-seba' minuta, Luxol kellhom l-ewwel azzjoni perikoluża meta Dale Camilleri dar tajjeb, ixxuttja għeleb lil gowlkiper Matthew Xerxen, iżda Frane Despotovic irnexxielu jsalva l-ballun minn fuq il-linja. Żewġ minuti wara reġgħu kienu Luxol, hekk kif ix-xutt ta' Florin Anton għadda jmelles il-mimduda. Imbagħad kien imiss lill-gowlkiper ta' Luxol Reuben Grech li wettaq żewġ salvataġġi fuq Mark Zammit ta' Balzan. Minn naħa l-oħra William Barbosa ta x'jagħmel lil Xerxen, b'dan tal-aħħar isalva ż-żewġ tentattivi. Minuta mit-tmiem tal- ewwel taqsima, reġa' kien Barbosa li din id-darba laqat il-lasta. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima rajna lil gowlkiper ta' Balzan li rnexxielu jsalva ballun mdendel ta' Celino Alves. Balzan għal ftit ma sabux it-tielet gowl kmieni fl-ewwel taqsima, meta Marev ta ballun tajjeb lil Glenn Bonello, b'dan tal-aħħar tefa' l-ballun bi ftit barra. Matul it-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet naqsu xi ftit teknikament, hekk kif l-għeja u t-tensjoni bdew jagħmlu tagħhom. Tmien minuti mit-tmiem Celino Alves prova jaħsad lil Xerxen li b'diffikultà rnexxielu jitfa' l-ballun f 'korner. Minuta wara mill-istess korner mogħti minn Peter Pullicino, Celino Alves naqqas l-iskor għal 2-1. Alves li ma tantx kellu logħba tajba, il-gowl ma tantx għenu għax ġie muri l-karta l-ħamra wara żewġ karti sofor f 'qasir żmien. Balzan ħadu vantaġġ mis- sitwazzjoni u għal darb'oħra Marev bix-xutt qawwi tiegħu għamel l-iskor finali 3-1. Luxol setgħu naqsu d-distakk meta Peter Pullicino mix-xutt tiegħu laqat il-lasta. Żewġ minuti mit-tmiem, Luxol tefgħu kollox fuq l-attakk u Florin Anton ħareġ bħala flying keeper biex jagħfsu aktar lil Balzan. Finalment Balzan ikkontrollaw tajjeb is-sekondi finali u wara tmiem il-partita, il-President tal-Futsal Malta Association ippreżenta s-Super Cup lill-captain ta' Balzan, Carlo Scicluna. Luxol: Jose Manuel da Silva, Celino Alves, Dale Camilleri, Dean Gera, William Barbosa, George Frendo, Peter Pullicino, Adrian Attard, Matthew Camilleri, Omar Toutongi, Florin Anton, Liam Cachia, Reuben Grech. Kowċ: Florin Anton Balzan: Nicholas Farrugia, Matthew Xerxen, Glenn Bonello, Frane Despotovic, Nicola Del Re, Matthew Attard, Carl Azzopardi, Adrian Lia, Mark Zammit, Boycho Marev, Carlo Scicluna, Marco Conti. Kowċ: Boycho Marev Karti Sofor: Celino Alves, Reuben Grech(L) Marco Conti, Adrian Lia (B) Karti Ħomor: Celino Alves (L) Referì 1: Franco Cachia Referì 2: Roberto Darmanin Referì 3: Jonathan Balzan Time Keeper: Mark O'Neill Balzan Futsal jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tas-Super Cup għat-tielet darba konsekuttiva Ħal Qormi jerġa' jirbaħ is-Super Cup tal-Hockey Qormi rnexxielhom jerġgħu jirbħu s-Super Cup meta għelbu lill-Young Stars bl-iskor miminu ta' 1-0 bil- gowl għalihom jasal minn Juan Sarcia. l-umpires tal-logħba kienu manuel imbroll u luke Busuttil leaver. l-ewwel attakk tal- logħba kien ta' Young Stars iżda s-short corner tagħhom ma kienx effettiv. Wara dan Qormi daħlu fl-azzjoni u fit-13-il minuta rebħu żewġ short corners wara perjodu ta' pressjoni fuq id-difiża Furjaniża. Fl-ewwel wieħed il-gowlkiper ta' Floriana YS, James mizzi, laqa' l-ballun tajjeb ħafna u t-tieni wieħed ġie mtajjar fuq il-lasti mid-difensuri. il-logħba kienet milgħuba fin-nofs u Young Stars kellhom żewġ okkażjonijiet oħra fis-27 minuta iżda dawn sfumaw fix-xejn. Fit-32 minuta Young Stars kellhom l-aħjar okkażjoni tal-logħba meta Sam Borg qabeż diversi difensuri u meta ġie biex jiskorja f 'lasti vojta ra l-ballun tiegħu mxellef minn Axel Cauchi. Qormi rrispondew meta wara kontrattakk rebħu żewġ short corners iżda dawn ġew newtralizzati. Il-logħba kienet tidher li se tiġi deċiża minn short corner iżda ż-żewġ speċjalisti tagħhom, Juan Sarcia għal Qormi u Mark Camilleri għal Floriana ma kinux perikolużi. L-ewwel taqsima ntemmet b'Qormi jkollhom ftit iktar mill-ballun iżda l-ebda tim ma ddomina. L-istorja nbidlet kmieni fit-tiena taqsima fejn wara biss 4 minuti Qormi marru minn fuq. Kien Juan Sarcia li minn short corner għeleb lil James Mizzi bi dragflick fil-baxx. Wara dan il-gowl il- Qriema kienu iktar kawti bi Floriana jżidu l-pressjoni fuq id-difiża ta' Qormi. Il-logħba nbidlet f 'waħda mgħaġġla ħafna b'Young Stars ifittxu l-gowl u Qormi jaħarbu fuq il-kontrattakk jippruvaw jiskorjaw it-tieni wieħed. Iktar mal-logħba bdiet tersaq lejn tmiemha, Floriana bdew jippressaw iktar iżda d-difiża ta' Qormi bdiet iżżomm tajjeb ħafna. Fl-64 minuta, Floriana rebħu 3 short corners iżda dawn ġew difiżi tajjeb minn Qormi. Fl-aħħar minuti Floriana żiedu l-pressjoni u għafsu lill-Qriema fil-15-il metru difiżi minnhom. L-aħħar azzjoni tal-logħba kienet short corner favur Floriana li ra lill-gowlkiper ta' Qormi, Ramon Chircop, itajjar tajjeb biex ixejjen il- periklu. Il-logħba ntemmet immedjatament wara b'Qormi jżommu l-vantaġġ minimu li kisbu kmieni fit-tieni taqsima u jiġu nkurunati rebbieħa tas-Super Cup. Qormi Hockey Club wara r-rebħa tagħhom tas-Super Cup

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014