Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 7 Jessika – Fandango Moderna, oriġinali u ferriħija. Li nagħmel l-aħjar li nista' biex joħroġ prodott tajjeb u li tingħoġob mhux biss mill- pubbliku, li dak il-vot dejjem kien ifisser ħafna għalija, iżda anke mill-membri tal- ġurija. Jien naħseb li din is-sena hemm ħafna kanzunetti sbieħ u li se jolqtu kull ġenerazzjoni, peress li hemm stili differenti. Personalment naħseb li kulħadd ħaqqu jirbaħ għax naf kemm nistinkaw, però finalment l-għażla hi ta' waħda u dan huwa f 'idejn il- ġurija u dan jiddependi mit-tip ta' mużika li togħġobhom. Hija kanzunetta li faċilment issibek tkantaha fi triqtek għax-xogħol jew inti u għaddej bil- ħajja mgħaġġla li ninsabu fiha. Naħseb ukoll li hija moderna u fiha strumenti differenti milli nisimgħu s-soltu. Hija wkoll kanzunetta li se ċċaqalqek tkun fejn tkun. Daniel Testa – Something in the Way Pożittiva, ġovanili, friska. Nixtieq li mmur aħjar mis-sena l-oħra, u lid- diska tiegħi tingħoġob mal-Maltin. Togħġobni l-kanzunetta ta' Lyndsay, għax hija ballad b'differenza. Hija pożittiva b'mod differenti, u hija tip ta' kanzunetta li s'issa qatt ma ġiet magħżula biex tirrappreżenta lil pajjiżna. Amber - Warrior Motivazzjoni, ispirazzjoni, kuraġġ. Qed nistenna li nikseb esperjenza kif ukoll maturità f 'dan il-qasam. Apparti minn hekk, nixtieq li nsir naf aktar lil kantanti li qegħdin jipparteċipaw f 'din l-edizzjoni. Milli smajt s'issa, m'għandhiex diska favorita partikolari għaliex il-kanzunetti kollha huma ta' livell għoli ħafna, u differenti minn xulxin. Id-diska tiegħi għandha messaġġ li jista' jirrelata miegħu kull individwu, ta' kull età. Apparti minn hekk, il-kanzunetta tiegħi hija fi stil modern. Christabelle – Rush Tal-widna, faqa', bomba. Ħeqq! Bħal kull kontestant/a ieħor nixtieq nirbaħ! Għalija hemm ballad tajba, t'Amber, Warrior u kitbuha Elton Zarb u l-Muxu wkoll, l-istess nies li kitbu Rush. Diska movimentata li ġġiegħlek tiżfen u tkanta magħha. Diska tal-widna ħafna li ġġiegħlek tieħu pjaċir u ma tixba' qatt tismagħha! Chris Grech – Closed Doors Ħajti, saħħa, emozzjonijiet. Nixtieq nesponi l-mużika tiegħi 'l barra minn xtutna kemm jista' jkun. Inkun ovvjament ferħan se ntir jekk nirbaħ f 'Malta u żgur li nagħmel kull ma nista' biex nagħti ġieħ lill-pajjiżna u lil mużika li tant hi għall- qalbi. Minn dak li smajt nista' ngħid li d-diski kollha huma ta' livell għoli ħafna. Għoġbuni b'mod partikolari d-diski ta' Franklin, Corazon u Lawrence Gray. Naħseb primarjament, il-fatt li ġej minn xena mużikali differenti awtomatikament l-istil se jkun kemxejn differenti, partikolarment għax huwa stil iktar b'saħħtu u jxaqleb lejn l-istil rock. L-Aħwa – Beautiful To Me Ferrieħa, pożittiva u tal-widna. Bħala aħwa, il-mużika tgħaqqadna ħafna. Din hija opportunità oħra fejn se nieħdu gost inkantaw flimkien u nagħtu gost lil ħaddieħor. Hemm diversi li jinstemgħu sbieħ u kollha għandhom it-timbru partikolari tagħhom. Bla dubju se jkun spettaklu varjat! Il-fatt li qed inkantawha flimkien bħala aħwa. Raquel Galdes – Stop Haunting Me Haunting, onesta u misterjuża. Il-Eurovision kien il-ħolma tiegħi sa minn meta kont żgħira. Wara l-ħidma kollha li tkun ħdimt, bħal kull kantant ieħor, nistenna rispons tajjeb kif ukoll preżentazzjoni tajba min-naħa tiegħi bl-għajnuna tat-tim kollu. Però, il-Eurovision inġenerali ma narahx biss bħala kompetizzjoni iżda bħala opportunità sabiex tagħmel ħbieb u esperjenzi ġodda fl-industrija tal-mużika. Personalment id-diski kollha fihom l-istil u s-sabiħ tagħhom u diffiċli tagħżel waħda. Però, li kieku vera kelli nagħzel diska, nagħżel t'Amber, Warrior. Diska bi stil li vera jogħġobni, b'lirika b'saħħitha. Apparti l-melodija u l-lirika, naħseb l-iktar ħaġa li jagħmilha differenti hija l-vuċi. Danica Muscat – Close Your Eyes L-imħabba ġenwina tal-omm. Ħerqana biex inkanta l-kanzunetta li hija tant personali li titratta l-imħabba tal-omm għat- tarbija tagħha li għadni kif esperjenzajt jien stess ftit tax-xhur ilu, fuq wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, palk li qatt kien hawn Malta. Ekklesia, 'Love and Let Go' għax ukoll titratta t-tfal u naprezza l-ħidma li jagħmlu dawn is- sorijiet għat-tfal li tant inħobbu aħna l-Maltin. Li hija kanzunetta personali u emozzjonali li se tolqot lil kulħadd għax kulħadd għandu omm jew figura t'omm f 'ħajtu. Lyndsay Pace – Home Tal-widna, b'saħħitha u moderna. Qed nistenna li nikkwalifika f 'pożizzjoni tajba, nikseb ċertu popolarità u nitgħallem mill- esperjenza. Id-diska favorita tiegħi fil-festival hi 'Love and Let Go' ta' Ekklesia, għax għandha messaġġ qawwi u pożittiv. L-istruttura u l-kompożizzjoni ta' kif inhi maqsuma d-diska tiegħi fiha ħafna ħsieb u xogħol warajha. Avolja qiegħda fuq stil ballad, xorta wahda hija mexxejja u taqbad tkanta magħha mal-ewwel. Corazon Mizzi – Secretly Impenjattiva, kontemporanja u emottiva. Qed nistenna esperjenza sabiħa u memorabbli. Sa issa ma smajtx biżżejjed biex inkun nista' ngħid. Li ktibtha jien, kliem u mużika. Iona Dalli – Could Have Been Me Tal-widna, vivaċi, realistika. Qed nistenna li tkun esperjenza sabiħa, pożittiva f 'kelma waħda tal-ġenn. L-Aħwa - Beautiful to Me, għax għandha stil sabiħ b'mużika li tolqot il-widna tan-nies. L-istil ta' diska huwa stil li ftit tisimgħu fil- Eurovision speċjalment ta' Malta. Domenique Azzopardi – Take Me As I Am Kanzunetta mimlija grinta Ħaġa waħda biss, l-esperjenza li tgħaddi minnha, li tgħallmek ħafna u timmaturak. L-aktar diska favorita tiegħi hija Beautiful to Me kantanta mill-aħwa għaliex hija diska sempliċi iżda oriġinali. Naħseb bħala kanzunetta hija differenti mill- oħrajn rigward stil li tagħmilha differenti ħafna mill-kanzunetti l-ohrajn partecipanti. Dominic – Once in a While Diska movimentata, tal-widna. L-importanti huwa li toħroġ preżentazzjoni tajba u li nieħu pjaċir ninterpreta l-kanzunetta u ngawdi dawk it-tliet minuti. Rush ta' Christabelle Borg għax hija kanzunetta li tagħtik ħafna enerġija u ta' Amber għax ukoll inħobb il-ballads apparti li leħen Amber dejjem għoġobni. Hija kanzunetta pożittiva u ferriħija u li ġġiegħlek tiċċaqlaq mat-temp tagħha u l-melodija ħelwa li għandha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014