Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 13 Għawdxin It-trejner Kemm ħadt pjaċir nisma' lil Alistair Campbell fil-konferenza ta' Ernst & Young, imma ħadt pjaċir nara d-diskorsi tal-Maltin li kienu mħarrġa mis-sur Luigi Bondi, il-pinnur ta' Malta. Iva ħija ta' Ernst & Young jemmnu fil-kapaċitajiet tas-Sur Bondi. Hekk għandu jkun, kienu wara l-perċimess li bil-programmi tiegħu għen il-Partit (tiegħu) tal-Lejber biex jirbaħ l-elezzjoni bil-kbir. Olè. Agostino u l-ġinn u t-tonic Kemm ħadt gost nara lil Agostino Pio Gatt il-qorti, jiftaħar li għandu żaqq daqs ta' bodbod għax skont hu jixrob il-ġinn bit- tonic. Mhux hekk biss l-onorabbli qorti ġiet infurmata li l-Agostin ma setax jitla' l-qorti għax kien sejjer jara l-Milan. Hekk sew. M'hemmx x'tagħmel jekk Agostino jgħid hekk, hekk irid ikun. Kontra Xmun u kontra Ġużeppi Mela darba kien hemm kaċċatur sabiħ u gustuż. Kien sab lil Simon Busuttil, u dan qallu biex imur isaqqi l-ħass tal-Marsa. Dan il-kaċċatur kien qallu li żiggi jivvota għan-Nazzjonalisti. U jkolli ngħid li dan il-kakkatur ivvota Lejber. U hekk hu għax issa fuq Facebook spiċċa wriena li qatta' t-tessera tal-Lejber. Hekk sew! Defni tal-Costa Rica Kemm ħadt pjaċir nara li rritornat il-kaxxa perlini minn Costa Rica u bħas-soltu ġiet lura misjura. Ikolli ngħid, iktar ħadra, skużi krudili u iktar kerha minn qatt qabel. Qisha għandha diska li ddoqqha għal kulħadd. Imma tinsewx u tibżgħux għax il-liġi tal- libell ma tapplikax għaliha. Tapplika għal min hu ġifa u baħnan. U jekk ma tafux għal min qed ngħid infakkarkom li qed ngħid għal dik id-D****, ir-reġina tar-remettar jew kif inhi magħrufa aħjar Vezleja Demarco! Cool Claudio Kemm hu cool is-Sur Claudio, il-mexxej il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista ta' ħames snin oħra. Iva ħija, is-Sur Claudio se jkun il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista meta fl-elezzjoni li ġejja jerġa' jitkaxkar minn Ġużeppi poodle Muscat. B'dan kollu ma jfissirx li Claudio se jirbaħ għaxar snin oħra. Xejn affattu, biex tirbaħ jingħad li jrid ikollok il-flus, u miskin Claudio lanqas għandu għaxja ta' lejla. Marthese tal-basket Ehh Marthese kienet furtanata għax din il-ġimgħa l-ajruplan tal- Air Malta kellu jittardja għax indunat li ħalliet il-basket fis-sala tat-tluq. Ehh l-ajruplan telaq 25 minuta tard, wara li niżżlu biex isibu l-basket. Lil Marthese Portelli ngħidulha: għid grazzi lil Air Malta u lil Poodle talli ma qagħadx jagħmel għagħa kbir. Joe Giglio jara kbir Mela l-Avukat Joe Giglio daħal f 'kumitat dwar policies tal-PN imma għasfur sabiħ u tond qalli li flimkien ma' erba' persuni oħra qed jispera li jidħol fiż-żarbun ta' Simon meta jitlef l-elezzjoni. Ibqgħu magħna biex tkunu tafu minn huma l-erba' persuni oħra, u jinkludu fost l-oħrajn mara! It-trejner Bondi Agostino Pio Gatt Iqatta' t-tessera tal-Lejber Marthese Portelli Joe Giglio Ir-reġina tar-remettar Claudio Grech Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Poodle, isem ispirat meta dik il-kerha seba' pesti kienet tgħajjar lil Joseph Muscat, il-kelb poodle ta' Alfred Sant, dak il-bravu l-ieħor li m'għandux il-bajd proverbjali li ma jilbisx parrokka. Il-poodle għandu kitba u preżentazzjoni minn persuni li jekk tkunu tafu min huma ġġibu għajnejkom wara widnejkom. Min jieħu għalih, minn issa niskużaw ruħna u nitolbuh ħniena u kumpassjoni. @poodlemalta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014