Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 17 Għal għeluq snini (issa għalaqt 70), ħabiba tiegħi tatni ktieb tassew f 'waqtu, Discourse on Civility and Barbarity (2007). Din hi Storja Kritika tar-Reliġjon u Kategoriji Relatati. l-awtur, Timothy Fitzgerald, imur lura sekli sħaħ biex jintraċċa l-oriġini tal- kunflitti bejn il-Punent u l-Barbariżmu, jiġifieri bejn il-kultura latina-Kristjana u l-paganiżmu. Imma l-ktieb imur ħafna aktar 'il quddiem minn jekk. Fitzgerald jidħol biex janalizza l-kunċett tal-ekonomija bħala dominju ta' attività razzjonali b'għeruqha fin-natura, xi ħaġa li f 'Malta niddisprezzaw kontinwament għax nippreferu l-kaxxi tal-konkrit prefabrikat u l-prospetti li nimitaw it-torrijiet ta' Dubai). Ekonomija (mill- Grieg oikonomia ) oriġinarjament kienet tfisser l-immaniġġjar, tad-dar jew ir-regolarizzazzjoni domestika (għal Malta, l-ekwivalenti ta' naddaf ġewwa u nitten barra). Imbagħad it-terminu beda jintuża biex ifisser kondotta prudenti, tmexxija għaqlija u frugali f 'idejn l-oeconomus, li kien jieħu ħsieb knejjes, kunventi, oqsma fil-kampanja, eċċ. Illum f 'Malta minflok l-oeconomusijiet għandna l-Parlamentari. Hemm distinzjoni qawwija bejn x'jaqilgħu ċerti parlamentari u x'jaqla' ħaddiem komuni. Dan hu każ ieħor ta' kif, fil-fatt, id-demokrazija, kif jifhimha l-Punent u kif miftehma minn Wall Street m'hi demokrazija xejn. Dan urewh ukoll il-bosta protesti vjolenti tal-moviment Occupy fl-Amerka u fit-triqat ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f 'dawn l-aħħar snin. Id-duttrina ekonomika tinkludi dik relatata mal- annimali. Tintrabat anki mal-fiżjoloġija, l-istruttura, l-anatomija, fost oħrajn. Din ukoll ftit tapplika għal Malta, għax anki l-anatomija ta' żiemel sfrakassajna. Imma għall-grazzja tal-qaddisin li nidgħu bihom, għandna protezzjoni eċċezzjonali fejn tidħol is-sigurtà pubblika, l-ordni, it-trankwillità u l-morali reliġjo-politika. Infatti, biex nuru l-moralità eċċezzjonali tagħna l-Unjoni tal-Għalliema issa trid li jkun hemm kameras sigrieti fil-kmamar fejn isir il- counselling fl-iskejjel ħalli żgur ma jsirux abbużi fuq it-tfal waqt li l-għalliema jkunu waħedhom magħhom u biex it-tfal ma jivvintawx xi storja dwar abbuż sesswali. Il-kuntest kollu hu wieħed velenuż u jġiegħlek titħasseb x'tip ta' moralità u x'tip ta' valuri għandu dan il-pajjiż li jippretendi li hu l-ġawhra tal- fidi Kristjana. X'tip ta' pajjiż hu dan tagħna fejn lanqas it-tfal u l-għalliema ma saru afdati flimkien? Aktarx li bit- teknoloġija aġġornata qed noħolqu kuntest ta' paranojja fejn ħadd ma sar jafda lil ħadd. DaGħa FaħXI FIl-PORT Il-KBIR Ma nstema' xejn dwar jekk il-Pulizija ħaditx xi forma ta' passi kontra dawk li fl-aħħar regatta ta' Jum il-Bambina faqgħu s-swar tal-Port il-Kbir "b'litanija ta' dagħa faħxi", biex nikkwotaw l-istazzjon nazzjonali, li beda juża l-bleeper għal kull dagħwa. Miżura sensittiva li l-Awtorità tax-Xandir żgur approvata biex ikunu protetti t-tfal u nies reliġjużi. Suppost li min jidgħi għall- apert jista' jeħel bejn €11,000 u tliet snin ħabs. Issa t-tajba hi li mad-dgħajjes kien hemm patrol boat tar-Repubblika biex tara li kollox imur kif imiss. U naturalment, jekk f 'festa religjuża ma jkunx hemm vulgaritajiet u dagħa mill-istonku, ikun hemm xi ħaġa mhijiex sejra sew. Forsi għalhekk donnu li min suppost ħa passi, sadd widnejh. Sorsi affidabbli qalu lil Mediaspot li għal V18 se tkun introdotta t-Trofew tad-Dagħa tar-Regatta. PS: L-ironija f 'dan kollu hu li f 'Malta għad hawn qassisin moħħhom magħluq li qegħdin jiddefendu x-xenati u l-vulgaritajiet li jseħħu waqt il-marċi ad unur tal-patruni qaddisa, bl-iskuża li l-festi kienu sanzjonati anki fil- Bibbja. l-aWTORITÀ TaX- XaNDIR U l-MalTI Ġurnalist prominenti mar jintervista lis-Sur Anton Tabone, ċermen tal-Awtorità tax-Xandir, li bħalissa donnha ħelset xi ftit mill-kontroversji tal-bilanċ u kontrobilanċ bejn il-partiti. Żgur li bi Prim Ministru u Kap tal- Oppożizzjoni b'esperjenza Brusselljana, il-politiċi tagħna m'għadhomx jieħdu l-keded li kien jieħu xi Joe Debono Grech fiż-żminijiet primittivi tal-patrijarka. Imma lura għall-intervista. L-intervistatur qal, bħala premessa, li Tabone kellu quddiemu żewġ dokumenti: wieħed dwar l-użu tal-Malti fuq ix-xandir u l-ieħor dwar il-protezzjoni tal-interessi tat- tfal fil-mezzi tax-xandir. Dwar il-protezzjoni tat-tfal Tabone ma kellu assolutament xejn ġdid li m'ilux jingħad għal dawn l-aħħar ħames snin. Żgur li anke l-ħmir taż-żurbett semgħu l-ilmenti soċjo-psikoloġiċi u eduko- morali ta' kif il-mezzi tax- xandir tassedja lit-tfal bil- Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan, ikun liema jkun il-programm. Imbagħad suppost li kien hemm it-tieni dokument (dak dwar il-lingwa) li mid-dehra, Anton Tabone baqa' ma fetħux quddiem il-ġurnalist. U naturalment, għax il-ġurnalist ftit jinteressah il-Lexicon ta' Vassalli jew il-poeżiji ta' Manwel Dimech jew kif qed jiġi mgħallem il-Malti fl- iskejjel (u fil-klassijiet tad- duttrina għall-preċett), ma staqsiex domanda waħda li hi waħda dwar l-użu tal-Malti fix-xandir. aħNa l-QalBIENa Tal- FUTBOl Jaqla' kemm jaqla' gowls it- tim nazzjonali tal-futbol Malti f 'partiti f 'kompetizzjonijiet barranin, dejjem il-ġurnalisti sportivi lokali joħorġuh ta' qalbieni. Ta' eroj kontra forzi ferm aqwa minnu. Min ma jinteressahx il-logħob tal-ballun juża loġika oħra: jekk m'aħniex għal-livell ta' timijiet barranin, għalfejn qed niżżattu. Lanqas ħaqq (i) il-mistħija u (ii) il-flejjes li qed jintefqu f 'titjiriet, lukandi, eċċ. L-aħħar li nafu hu li qed issir statikstika dwar kemm-il darba, f '50 sena ta' Indipendenza gowlkipers Maltin ġabru l-ballun mix- xibka. ĊIVILTÀ VS BARBARIŻMU [2] Miżien b'keffa waħda? Dun nikol AquilinA Siġġiewi Ma nafx għaliex Edward Torpiano m'għoġbux iweġibni wkoll fil-leħen is-Sewwa fejn kont weġibtu għal xi kummenti li kien għadda fil-konfront tal- kitbiet tal-avukat Jos. Micallef Stafrace: Mill- ħażna tat-Tifkiriet. Torpiano reġa' għamel l-istess żball li jħares lejn l-istorja minn naħa waħda. L-istorja ta' pajjiż, ta' persuna, tal-Knisja għandha ħafna aspetti. Ikun żball jekk tiżen naħa waħda u tagħlaq għajnejk għal aspetti oħra. Dan ma jridx jagħmlu s-Sur Torpiano u jibqa' jwaddab kollox f 'keffa waħda. Preċiżament għalhekk jiena u ħafna oħrajn, napprezzaw il- kitbiet ta' Dr. Micallef Stafrace għax hu bbilanċjat, prudenti, u brillanti biex iżewwaq il- ġrajjiet li għadda minnhom fl-ispettru wiesgħa ta' ħajtu, esperjenzi sbieħ u koroh. Mhux hekk għandu jkun? Le, ma niddejjaqx meta nisma' min ifakkar, kif għoġbok issejħilhom Sur Torpiano, "ħniżrijiet li wettaq Mintoff fil-konfront tal- Knisja." Imma niddejjaq b' min jiffissa jħares lejn naħa waħda u jaħbi l-wiċċ l-ieħor tal-midalja. Aliena vitia in oculis habemus, a tergo nostra sunt: inżommu quddiemna l-vizzji ta' ħaddieħor filwaqt li tagħna nitfgħuhom wara spallejna." Ħaġa li ġustament ammettiet l-istess Knisja. Togħġobni bil-wisq id- dehra tal-Knisja llum, post-konċiljari u ispirata mill-eżempju tal-Papa Franġisku; Knisja li tifhem sewwa s-sehem tagħha fl-Evanġelizzazzjoni u fil- ħidma pastorali mingħajr ma tistenna privileġġi fil-qadi ta' dmirijietha; Knisja li hi aġġornata għaż-żminijiet tal-lum u mhux Knisja retrograda. "Huwa dmir tal-Knisja li l-ħin kollu teżamina s-sinjali taż- żminijiet u tinterpretahom fid-dawl tal-Evanġelju, u hekk b'manjiera adatta għal kull ġenerazzjoni"(Il-Knisja fid- Dinja tal-lum par. 1324). Hekk qed jagħmel il-Papa Franġisku f 'dawn il-jiem fis-Sinodu tal- Isqfijiet dwar il-familja. Għalhekk ejja nħarsu 'l quddiem u nħabbru l-ferħ tal-Vanġelu skont ix-xewqa ta' Franġisku fl-Evangelii Gaudium. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt MEDIaSPOT Minn Mario azzopardi Protesta tat-triq kontra l-awsterità u favur l-Ewropa Soċjali fi Franza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014