Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 L-għibien ta' tifla ta' sitt snin 103 snin ilu f 'Għawdex Kompliet ir-riċerka ta' Dr Joseph Azzopardi JOHN PISANI DR Joe Azzopardi, Senior Lecturer fl-Università ta' Malta u riċerkatur, li huwa qarib ta' Modestina Cefai li għebet nhar il-Ħadd, 27 ta' Awwissu 1911, kompla jinvestiga l-każ tant li f 'dawn l-aħħar ġimgħat kompla r-riċerka tiegħu biex jinstabu l-fdalijiet tagħha. Il-każ ta' Modestina Cefai, tifla ta' sitt snin li għebet aktar minn 103 snin ilu, reġa' tqajjem mill-gazzetta ILLUM f 'Lulju li għadda bil-koperazzjoni tal-istess Dr Azzopardi. Nhar is-Sibt li għadda ġiet organizzata attività simbolika fejn mhux biss ingħata rendikont ta' dak li nstab fir-riċerka, iżda kienet ukoll okkażjoni fejn qraba oħrajn u ħbieb tal-familja kellhom l-opportunità jesprimu l-opinjoni tagħhom u anke saru jafu aktar bir-riċerka li għamel Azzopardi. Wara quddiesa ta' radd ta' ħajr li saret fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej, fir- Rabat Għawdex, Dr Joseph Azzopardi qal li kollox beda f 'Lulju li għadda meta ħarġet xniegħa li waqt xogħol ta' skavar fi Triq Palma kienu nstabu fdalijiet umani u li dawn setgħu kienu ta' Modestina. Huwa qal li meta kien seminarista, l-Isqof Nikol Cauchi kien qallu biex xi darba jsib il-ħin u jfittex fuq din it- tifla. Anke kuġinuh, Dun Joe, qabel ma miet kien qallu biex jibda jirriċerka biex jinstabu l-fdalijiet ta' Modestina. Għaldaqstant beda jfittex fir- reġistru tal-Pulizija fl-Arkivju Nazzjonali ta' Għawdex. Huwa qal li hemmhekk sab informazzjoni kurjuża li minflok tweġibiet aktar beda jsib lok għal mistoqsijiet. Joseph Azzopardi qal li meta kellu madwar disa' snin, kienu marru l-Pulizija għand nanntu Ċetta u meta staqsa lil ommu għalfejn kienu marru l-Pulizija, qaltlu minħabba Modestina biex jistaqsuha x'taf fuq il-każ. "Mela dakinhar kienet ġrat xi ħaġa biex il-Pulizija reġgħu bdew jinvestigaw," staqsa Azzopardi. Dakinhar kienu għaddew 57 sena mill-għibien tat-tifla. Ir-riċerka ta' Dr Azzopardi kompliet ukoll fl-arkivji kollha fosthom ta' San Ġorġ, peress li dak kien l-aħħar post fejn jafu li marret iċ-ċkejkna Modestina. Kulma kellu f 'idejh Azzopardi kienu ftit ismijiet u dati u indikazzjoni li dan kollu seta' ġara fil-parti tar-Rabat li minn San Ġorġ tieħu għal Pjazza San Franġisk. Tkellem ukoll ma' diversi anzjani midħla tal-post u tal-familja biex jipprova jsib tweġibiet għal mistoqsijiet. Fid-diskors tiegħu Azzopardi qal li hija ħaġa tal-iskantament li b'laqam tista' tagħmel ħafna. B'xorti tajba sar jaf li l-parroċċi t'Għawdex fil-bidu tas-seklu 20 kienu jżommu speċi ta' ċensiment tal-parruċani tagħhom fejn fost dettalji oħra kien hemm ukoll imniżżel il-laqam tal-familja. Dan ir-reġistru jsejħulu 'Status Animarum.' Fl-arkivju ta' San Ġorġ sab li l-ewwel reġistru kien jibda fl-1918, seba' snin wara l-għibien tat-tifla. F'dan ir-reġistru sab persuna waħda biss bil-laqam li kien qed ifittex u għaldaqstant sab ukoll kunjom. Irriżultalu wkoll li l-Kurja għandhom 'Status Animarum' tas-snin ta' qabel li kien ikopri s-snin ta' bejn 1902 u 1911, is-sena meta għebet Modestina. Hawnhekk sab informazzjoni tajba għar- riċerka tiegħu imma kif qalilna l-istess Dr Azzopardi se jkun qed jistudja aktar fil-fond qabel jasal għal xi tip ta' konklużjoni. L-MUMN titlob għall-għarfien ewlieni tal-ECG technicians ILUNJIN Maltija tal- Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ilbieraħ kitbet lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili fejn talbitu jawtorizza lid-Direttur tax-Xogħol sabiex jibda l-proċess ta' verifikazzjoni li jwassal biex l-MUMN ikollha l-għarfien ewlieni tal-ECG Technicians li jaħdmu fis-settur pubbliku. Dan wara li l-MUMN irċeviet bil-miktub l-approvazzjoni mid-Direttur tax-Xogħol għal tibdil tal-Istatut tal-Unjin sabiex tiftaħ il-bibien tagħha għal sħubija għal numru limitat ta' professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa kemm fis-settur pubbliku, dak parastatali u privat. Il-maġġoranza assoluta ta' ECG Technicians li jaħdmu fis-settur pubbliku daħlu membri fl-MUMN u skont kif jipprovdi l-ftehim kollettiv, iffirmat bejn il- Gvern u l-Unions fil-25 ta' Ottubru 2012, l-MUMN għandha issa d-dritt li titlob għall-għarfien ewlieni tal- ECG Technicians li jaħdmu fis-settur pubbliku. Fl-istess korrispondenza l-MUMN talbet ukoll li sakemm issir din il- verifikazzjoni mid-Direttur tax-Xogħol m'għandu jsir l-ebda ftehim ma' unjins oħra fuq din il-kategorija ta' ħaddiema. www.gourmettoday.recipes Malti jbiegħ iċ- Cisk fil-Ġappun CHURRASCO Bower Blogad, ristorant Brażiljan li fetaħ din il-ġimgħa fin- naħa ta' fuq tal-Ġappun, f 'Sapporo, qed ibiegħ il- birra Maltija, Cisk Export. Dan ir-ristorant li jinsab f 'Hokkaido hu mmexxi minn Damian Busuttil, Malti li ilu jgħix f 'dawk in-naħat għal dawn l-aħħar 10 snin. Damian Busuttil li qabel telaq il-Ġappun kien jaħdem bħala bartender f 'diversi klabbs u lukandi f 'Malta, fil-preżent qed imexxi dan ir-ristorant u qalilna li f 'Sapporo qatt ma daħlet il- birra Maltija, għax din kienet tiġi esportata biss lejn Tokjo. Damian Busuttil qalilna li r-ristorant li jmexxi qed iġib il-birra minn Tokjo. "Kien ta' sodisfazzjon kbir għalija bħala Malti li qed inbigħ il-birra Maltija lil Ġappuniżi, speċjalment f 'żona, Hokkaido li hi msemmija għall-aqwa birra fil-Ġappun" temm jgħid Busuttil. Damian iservi l-birra Cisk fir-ristorant tiegħu fil-Ġappun OPPORTUNITA` BLA ĦLAS GĦAL MIN IĦADDEM Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Bħala parti mill-Programm Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Gvern qed jippjana biex jipprovdi sa massimu ta' 300 żagħżugħ u żagħżugħa, li riċentement telqu mill-iskola sekondarja u qegħdin ifittxu xogħol għall-ewwel darba, Esperjenza ta' Xogħol għal perjodu ta' 12-il ġimgħa, b'20 siegħa kull waħda. Il-benefiċċji għal dawk li jħaddmu u li jipparteċipaw volontarjament huma: 1. Valur miżjud mix-xogħol tal-ħaddiema żgħażagħ li huma stess se jkunu mħallsin direttament mill-Gvern għas-sigħat tax-xogħol tagħhom tul il-perjodu tal-Esperjenza ta' Xogħol ta' 12-il ġimgħa; 2. L-għażla, fl-aħħar tat-12-il ġimgħa tal-Esperjenza ta' Xogħol, li jżommu wieħed jew aktar mit-'trainees', bil-pagi tagħhom ikunu mħallsa mill-Fond Soċjali Ewropew matul perjodu ta' 'Traineeship' sa sitt xhur; u 3. Tnaqqis tat-taxxa ta' €600 għal kull żagħżugħ u żagħżugħa li jkunu offruti 6 xhur sħaħ 'Traineeship' minn min jimpjegahom. Din hi opportunita` li min iħaddem m'għandux jitlef. Se nkunu qegħdin nirrispondu għaliha fuq bażi 'first-come first-served'. Nistednuk sabiex tikseb il-fatti dwar din l-opportunita` billi żżur il-websajt tal-ETC www.etc.gov.mt, fejn tellajna mistoqsijiet li jista' jkollkom u t-tweġibiet għalihom, imbagħad ċemplulna għal kwalunkwe` kjarifiki li tistgħu tkunu teħtieġu. Tistgħu ukoll tapplikaw 'online'. Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel fuq 2598 2280/2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014