Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 29 SportSillum Inawgurat l-istadium tal- futbol ta' Kerċem f 'Għawdex Kompliet il-ħidma tal-Gvern sabiex isseħħ wegħda elettorali oħra hekk kif ġie inawgurat stadium tal-futbol f 'Kerċem Għawdex. Fil-fatt waħda mill-proposti elettorali tal-Gvern kienet li tingħata attenzjoni mistħoqqa lill- isport fil-gżira Għawdxija u dan huwa biss wieħed mill- bosta faċilitajiet li saru u qed isiru grazzi għall- programm ta' fondi b'valur ta' aktar minn miljun ewro li l-Gvern qed jinvesti fl-isport f 'Għawdex. l-istadium kien inawgurat mis-Segretarju parlamentari għar-Riċerka, l-innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-isport, Chris Agius u l-ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li x-xogħol għall-klabb jibda hekk kif jitlestew il-faċilitajiet. Dan għaliex il-klabb irid jiżgura li jieħu ħsieb l-art u l-faċilitajiet infushom sabiex iservu għall-massimu tagħhom. Huwa spjega li l-Gvern flimkien mal-MFA u l-GFA investew fil-poplu ta' Kerċem però issa jridu jkunu huma li jaħdmu sabiex jaħdmu ħalli jgawdu l-frott. Huwa faħħar lit- tim ta' Kerċem Ajax li diġà jidher li qed jinvesti fil- ġenerazzjoni żagħażugħa fejn anke t-tim tal-kbar hu magħmul minn plejers li telgħu mill-istess nursery. Dan, kompla jgħid Agius, jawgura tajjeb għall-futur tal-klabb ta' Kerċem Ajax. Is-Segretarju Parlamentari saħaq fuq l-importanza li l-klabbs jitmexxew bi stil t'intrapriża żgħira sabiex il-flus li jkunu ġenerati jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li faċilità bħal din iġġib magħha. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma kif f 'dawn l-aħħar xhur sar xogħol kbir li se jkun qed jagħti dimensjoni kompletament ġdida lill- isport f 'Għawdex. Dan huwa ħolqa oħra minn katina ta' xogħlijiet sabiex jissaħħaħ s-settur tal-Youths. Dr Anton Refalo sostna l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex f 'din is-sena li ġejja jkompli l-ħidma tiegħu kontra l-obeżità qalb it-tfal Għawdxin. Anton Refalo appella biex isir użu bil-għaqal minn dan il-pitch mingħajr ma ssir ħsara. Se jkun qed isir xogħol ukoll fuq il-grawnds ta' Għajnsielem, il-Qala u l-Għarb sabiex b'hekk kull raħal u tim fil-gżira Għawdxija jkollu post adegwat għat-taħriġ tiegħu. Dan l-investiment qed isir bil-għan biex iħajjar aktar lit-tfal Għawdxin biex jipprattikaw l-isport. Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari għad-Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, il-President tal- Malta Football Association Norman Darmanin Demajo u l-President tal-Gozo Football Association Alvin Grech. L-imħuħ wara l-ftuħ tal-Istadium il-ġdid ta' Kerċem flimkien mal-Onorevoli Chris Agius, Norman Darmanin Demajo u Alvin Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014