Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 31 SPORTSillum Illum jiftaħ l-istaġun ASMK 2014-15 ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) tiftaħ l-istaġun tal-Motorsport 2014/2015 fil-korsa ta' Ta' Qali li għal darb'oħra se jkun sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Dan l-istaġun se jinkludi sitt tiġrijiet bil-muturi Enduro u tmienja bil- muturi Trials. Dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet isiru kważi kollha barra mill-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni. Ma' dawn hemm ukoll seba' attivitajiet bil-Muturi Motocross u 12-il attività bil-karozzi Autocross li din is-sena se jkollha klassi ġdida bl-isem Standard Class. L-ewwel attività tal-lum se tkun bis- Sezzjoni Enduro fejn wara s-suċċess matul l-istaġun li għadda, l-Assoċjazzjoni ħasset li tkompli b'dawn l-attivitajiet u daqstant f 'Lulju li għadda ffurmat kumitat biex ikun jista' jmexxi din is-sezzjoni li qed tikber b'ritmu mgħaġġel. Dan qed ikompli jkun possibbli grazzi għal diversi sidien tal- barrieri li għal darb'oħra mistennija jkomplu jikkoperaw mal-ASMK biex jittellgħu dawn l-attivitajiet. Illum il-kumitat Enduro taħt it- tmexxija ta' Eddie Bonello se jkun qed jarma l-ewwel trakka temporanja fil-barriera tal-Fawwara. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am u t-tiġrija tibda fl- 10am. Il-kompetituri rreġistrati se jkunu maqsuma fi tliet klassijiet: dik tal- muturi taħt il-250cc u dawk ikbar minn 250cc u klassi għall-muturi Trials. Intant matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet it- tim Malti mis-Sezzjoni Motocross ħa sehem fil-ħames tiġrija mill- Kampjonati Reġjonali Motocross FMI-Sicilia, fil-Korsa ta' HI-FLY (provinċja ta' Siracusa). It-tim kien kompost minn tliet sewwieqa: Clayton Camilleri u Paul Muscat fuq muturi KTM 250cc u Edward Ciantar fuq Mutur Kawasaki 250cc. It-tim Malti rrnexxielu jikseb riżultati tajbin ħafna wara taħriġ intensiv li għamlu fil-ġimgħat ta' qabel l-attività. Camilleri u Ciantar ikkompetew fil-Klassi MX2 Over 21 minkejja li fil-grupp kien hemm kemm Under 21 u Over 21. Minkejja li dawn kellhom jikkumbattu ma' tmien kompetituri oħra, Camilleri spiċċa fit-tielet post bl-istess punteġġ ma' kompetitur ieħor. Camilleri ngħata r-raba' pożizzjoni għall-fatt li fl-aħħar tiġrija daħal wara l-kompetitur avversarju iżda bl-istess punti. Ciantar li din is-sena hija l-ewwel esperjenza tiegħu jikkompeti fil-kampjonat FMI irnexxielu jispiċċa fil- ħames post. Il-korsa kienet twila madwar 1.214 kilometri u ddum madwar 20 minuta. Fil-Klassi MX2 ġie rreġistrat l-aħjar ħin ta' minuta u 18.603 sekondi. Camilleri rnexxielu jirreġistra ħin ta' minuta 20.823 sekondi filwaqt li Ciantar irnexxielu jirreġistra ħin ta' minuta u 29.049 sekondi. Fil-Klassi 'Masters Veteran' ġie rreġistrat l-aħjar ħin ta' minuta u 24.149 sekondi mis- sewwieq Malti, Paul Noel Muscat. Dan spiċċa biex għal darb'oħra rebaħ din il-klassi overall. Matul il-ġurnata Paul mill- ewwel irreġistra ħinijiet tajbin tant li fit-tiġrija ta' kwalifikazzjoni spiċċa fl-ewwel post. Fl-ewwel tiġrija spiċċa fit-tieni post filwaqt li fit-tieni tiġrija reġa' daħal l-ewwel. It-tim tal-Motocross Malti mistenni jkompli jsuq f 'din il-kompetizzjoni ġimagħtejn oħra fil-korsa Gino Meli ta' NOTO (SR). Din se tkun is-seba' tiġrija mill-Kampjonati Motocross FMI Sicilia. L-Assoċjazzjoni tkompli tawgura iktar suċċessi lil dan it-tim Malti fi ħdan l-ASMK. Intant l-Assoċjazzjoni ħabbret ukoll dati oħra fejn is-sezzjoni bil-Karozzi Autocross mistennija tibda l-Kampjonat nhar il- Ħadd 19 ta' Ottubru. Dan il-kampjonat jiġi esegwit fil-Kumpless Sportiv f 'Ta' Qali. Fl-istess ġurnata jiftaħ ukoll il-kampjonat tal-Muturi Trials bl-ewwel attività se tkun organizzata f 'barriera fin-Naxxar. Aktar informazzjoni tinstab fis-sit uffiċjali www.asmk.org.mt "Diġà qed inħossni iktar responsabbli" – Joseph Zerafa Paul Muscat fuq mutur KTM FTIT tal-jiem ilu l-eks difensur ta' Birkirkara, Joseph Zerafa, beda esperjenza ġdida fl- Ingilterra fejn ingħaqad ma' Grays Athletic li jimmilitaw fl-Isthmian League Premier Division li hija kkunsidrata bħala s-seba' diviżjoni tal-futbol Ingliż. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess plejer fl-Ingilterra fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif kienu l-ewwel jiem mat-tim il-ġdid tiegħu u kif qed iħares 'il quddiem lejn din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħu. Zerafa sostna li: "L-ewwel ġranet kienu iebsin ħafna għalija. Bdejt nogħġob lil kull min ippruvajt miegħu imma peress li ħadd ma kien rani fil-logħob, bdew isibuha diffiċli biex jiffirmawni. Bħalissa ma jkunx hawn logħob ta' ħbiberija allura ma setgħux jarawni. Ikkuntattjani l-kowċ li għandi issa li huwa aġent hawn ukoll u ħadem mal- aqwa klabbs tal-Ingilterra. Huwa se jagħtini ċans li nilgħab mat-tim tiegħu li b'sorpriża avolja qiegħed fil-kampjonat li qiegħed huwa l-aħjar tim li tħarriġt u lgħabt miegħu s'issa. Għandu ħafna plejers li kienu jilagħbu Premiership u li kibru fl-età u ħafna żgħar li telgħu minn klabbs tal-Premiership u ċ-Championship. Se jkun test tajjeb ħafna għalija u la darba nirbaħ posti ma' dan it-tim, nemmen li l-kowċ u l-aġent tiegħi jsibli klabb professjonali però għalissa għandi bżonn li nilgħab u nidher. Il-livell hawnhekk fl-Ingilterra huwa tajjeb ħafna u mhux kif naħsbu aħna li għax Conference jew Ryman se tkun faċli. Sa issa kienet esperjenza pożittiva anki bħala ħajja. Qed nagħmel kollox jien - insajjar, naħsel u nixtri fost oħrajn u diġà qed inħossni iktar responsabbli." Joseph Zerafa bil- okk tat-tim il-ġdid tiegħu, Grays Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014