Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 SportSillum Keith Galea jirbaħ it-titlu għas-seba' darba Grazzi għar-rebħa fir-raba' tellieqa tal- Birkirkara St Joseph Triathlon Series, iċ- champion ta' Malta tat- Triathlon Keith Galea rebaħ il-Birkirkara St Joseph Triathlon Series b'rekord ta' seba' darbiet. Galea kellu prestazzjoni tajba ħafna l-Ħadd li għadda li tawgura tajjeb għal-lum fejn huwa se jipprova jirbaħ it-titlu ta' Champion Nazzjonali tat-Triathlon għar-raba' darba. Galea telaq b'saħħtu ħafna fl-għawma ta' 750m fejn għamel l-aħjar ħin personali ta' 10.37 biex diġà kien fetaħ vantaġġ komdu fuq l-eqreb rivali tiegħu. Wara l-għawma Galea kompla jiftaħ il-vantaġġ tiegħu fir-rota fejn irreġistra l-aħjar ħin tal-ġurnata ta' 32.52 fuq distanza ta' 20km. Wara prestazzjoni tajba fuq ir-rota, Galea kompla jiddomina fis-sezzjoni tal-ġirja wkoll fejn għamel il-5km ġirja fl-aħjar ħin tal- ġurnata ta' 18.42 biex lesta t-triathlon kollha f ' ħin ta' 1.03.30. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, iċ-champion ta' Birkirkara St Joseph qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu għax irnexxielu jagħmel l-aħjar ħinijiet fit-tliet dixxiplini. Din kienet l-għaxar rebħa tal-istaġun u issa qed iħares b'mod pożittiv għall- kampjonat nazzjonali fejn irid jiddefendi t-titlu u jipprova jirbħu għar-raba' darba fil-karriera tiegħu. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-KMS Elite 20/20 xtaq jirringrazzja lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lil Malta Triathlon Federation, lill-Kunsill Malti għall-Isport u lill- Kumitat Olimpiku Malti (MOC) tal-appoġġ kollu li jagħtuh. Keith Galea fl-azzjoni Tliet sewwieqa Maltin fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Hill Climb Masters fil-Lussemburgu FTiT tal-jiem ilu ġew ippreżentati s-sewwieqa u l-karozzi u t-timijiet rispettivi tagħhom li matul dan tmiem il- ġimgħa qed jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Fia Hill Climb Masters li qed issir fil-Lussemburgu. Huma tlieta s-sewwieqa Maltin li qegħdin jipparteċipaw li huma Mark Micallef, Jason Muscat u ryan Mangion. F'din il-kompetizzjoni qegħdin jieħdu sehem 8 sewwieqa nisa. L-akbar numru ta' parteċipanti ġejjin mill-Ġermanja b'total ta' 20, warajhom Franza bi 19. Jonathan Tonna li huwa ċ-ċermen tal- Island Car Club wera x-xewqa li anki f 'Malta jkollna faċilitajiet sabiex nilqgħu kompetizzjonijiet internazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari għar- riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport Chris Agius aċċenna li l-isport tat-tlielaq tal- karozzi u l-muturi huwa wieħed ferm segwit, speċjalment għaliex iġib lura f 'Malta diversi unuri internazzjonali. Huwa spjega kif il-finanzi jew in- nuqqas tagħhom flimkien man-nuqqas ta' faċilitajiet huma pjaga f 'bosta dixxiplini fl-isport lokali. Huwa saħaq li għalkemm ma jistax jgħin lil kulħadd finanzjarjament, qed jagħmel l-almu tiegħu, sabiex l-isport ikollu faċilitajiet adekwati li jkunu denji għall-isportivi Maltin. It-tliet sewwieqa Maltin li qegħdin jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Hill Climb Masters fil-Lussemburgu flimkien mal-Onorevoli Chris Agius u Tonio Cini Dilettanti tal-karting imħeġġa jippruvaw xortihom L-edizzJoNi ta' din is-sena tar-red Bull Kart Fight, kompetizzjoni globali li ssir kull sena biex tiddetermina l-aktar sewwieq veloċi fid-dinja tar-red Bull bdiet fil-Badger Karting b'avveniment speċjali, bl-istess finalisti tal- edizzjoni tas-sena l-oħra jikkompetu għall-aktar ħin veloċi. Għal darba oħra Jake Said, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra reġa' ħareġ rebbieħ, billi kiseb l-aħjar ħin ta' 29:79 sek. L-edizzjoni ta' din is- sena se tkun ftit differenti mis-sena li għaddiet u se tinkludi żewġ kategoriji, biex b'hekk żewġ sewwieqa jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fost l-aħjar sewwieqa tal-go-karts fil-Finali tad-Dinja. Il-kategorija Juniors se tkun miftuħa għal dawk iż-żgħażagħ jew li se jagħlqu 15-il sena sal-aħħar tas-sena u dawk li se jagħlqu 18-il sena wara l-1 ta' Ottubru 2014. Il-kategorija Senior se tinkludi dawk il- parteċipanti li għandhom 'il fuq minn 18-il sena wara t-30 ta' Settembru ta' din is-sena. Is-sewwieqa, l-ewwel għandhom jieħdu sehem f 'sessjoni ta' kwalifikazzjoni ta' 10 minuti, fejn id- dawra l-aktar veloċi se tkun irreġistrata u miktuba fuq bord. Is-sessjonijiet ta' kwalifikazzjoni se jibqgħu miftuħa sal-Ħadd 23 ta' Novembru. Il- parteċipanti huma mħeġġa biex jibbukjaw is-sessjoni tagħhom billi jċemplu fuq 21421838/9 jew 79421838 jew jibagħtu email fuq karting@badger.com.mt Wara tmien ġimgħat, l-aktar 40 sewwieqa veloċi mill-kategorija tas-Seniors u l-aħjar 24 sewwieqa mill-kategorija tal-Juniors se jieħdu sehem fil-Finali Nazzjonali fl- ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Diċembru. Ir-rebbieħa miż-żewġ kategoriji se jirrappreżentaw lil Malta fil-Finali tad-Dinja fir-Red Bull Ring fl-Awstrija. L-avveniment huwa appoġġjat minn Badger Karting u Forestals. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il- paġna ta' Facebook tal- avveniment 'Red Bull Kart Fight Malta'. Nhar L-ErBGha 15 Ta' OTTUBrU .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014