Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 5 11 il-berġa aċċessibbli, 18 il-berġa le L-Amerikani jixtiequ jingħaqdu mal-Ewropej John Busuttil Bħalissa qed isiru taħdidiet bejn l-istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex jinħoloq suq wieħed ħieles bejn iż-żewġ kontinenti, imsejjaħ bħala TTiP (Transatlantic Trade and investment Partnership). Għalkemm is-sitwazzjoni għadha fi stat ta' diskussjoni, jibqa' fatt li hemm attività qawwija kontra dan il-ftehim, fejn l-akbar oppożizzjoni ġejja mill-ħodor Ewropej, inklużi dawk Maltin. Tant li Malta ngħaqdet mal-Ewropa kollha f 'ġurnata msejħa 'European Day of action against TTiP' fejn mal- alternattiva Demokratika ngħaqdu wkoll diversi għaqdiet xellugin oħra bħal Żminijietna, Moviment Graffitti, GWU Youth u Partit Komunista Malti fost oħrajn fejn kellhom dibattitu f 'Dar l-Ewropa. Sadattant id-Deputat Segretarja Amerikana, Julieta Noyes iltaqgħet mal-ġurnalisti fl-Università tal-Belt waqt diskussjoni madwar mejda fejn wara li elenkat il-problemi kbar li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom bħalissa, bħal ISIS, Ebola u l-Ukrajna, qalet li dan kollu għandu jgħin biex dan il-ftehim bejn iż-żewġ kontinenti għandu jintlaħaq għal ġid komuni tat-tnejn. "Fi żmien ta' kriżijiet bħal dawn l-Istati Uniti u l-Ewropa għandhom jingħaqdu iżjed u l-koperazzjoni bejn iż- żewġ kontinenti għandha tissaħħaħ" qalet Noyes. Hi kompliet tgħid li dan il-ftehim se jiffaċilita n-negozju għax iż-żewġ kontinenti flimkien jiffurmaw nofs il-GDP tad- dinja kollha. Qalet li dawn iż-żewġ kontinenti fil-fatt imexxu 2 biljun dollaru kuljum fin-negozji tagħhom. Semmiet ukoll li hawn 2,000 Malti li jgawdi minn negozju dirett mal-Amerikani u b'dan il- ftehim il-burokrazija titnaqqas ħafna. Noyes qalet li l-aktar li jgawdu minnha din huma n-negozji ż-żgħar. Dan il-ġurnal talab il- kummenti dwar dan il- ftehim lid-deputat ċermen tal-Alternattiva, Carmel Cacopardo li qalilna li lanqas kellu dubju li Noyes se turi wiċċ sabiħ tat-TTIP. "Iżda li Noyes ma qalitx hu li n-negozjati saru bil-bibien magħluqin. Lanqas biss ma kien magħruf b'mod uffiċjali x'kien il-mandat li kellhom dawk li kienu qed jinnegozjaw f 'isem l-Unjoni Ewropea. Sar pubbliku biss din il-ġimgħa wara ġimgħat ta' kritika u pressjoni pubblika. Dan mhux biżżejjed. Unjoni Ewropea kommessa favur it-trasparenza għandha tippubblika wkoll id-dokumenti kollha konnessi man-negozjati u dan billi meta jkun possibli li tgħarbel id-dettalji li tista' tifhem eżatt x'inhu jiġri. Ir-riskju li dawn in-negozjati jistgħu jwasslu biex jiddgħajfu r-regoli Ewropej dwar saħħa, kwalità tal-ikel u materji oħra hu kbir" qal Cacopardo. "Kif inhuma l-proposti miftehma s'issa kumpaniji privati jkunu jistgħu jevitaw il-Qrati u kull fejn ikollhom tilwima dwar l-imġieba ta' xi wieħed mill-Gvernijiet ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minflok ikunu jistgħu jmorru għall-arbitraġġ internazzjonali liema arbitraġġ ikun (ġeneralment) immexxi minn persuni fil-but tal-lobbies tal-industrija u n-negozju internazzjonali. Hekk qiegħed jiġri bħalissa bejn il-multinazzjonali tat-tabakk u l-Gvern Awstraljan. Qed ifittxu lill-Gvern Awstraljan għad- danni ta' miljuni kbar fi profitti li l-industrija tat-tabakk se titlef minħabba miżuri li l-Gvern Awstraljan introduċa biex jenfasizza l-impatti negattivi tat-tipjip fuq is-saħħa." Cacopardo temm jgħid li dawn in-negozjati jwasslu biex il-livelli Ewropej jitbaxxew daqs dawk Amerikani, fejn ikollna fis-suq laħam mimli antibiotiċi jew tiġieġ diżinfettat bil-klorin fost affarijiet oħra." Min-naħa tagħha meta Noyes ġiet iffaċċjata b'din id-domanda qalet li m'hemm l-ebda intenzjoni biex jitnaqqsu l-livelli Ewropej, "anzi dawk li huma baxxi f 'naħa jogħlew. B'dan il-ftehim il-livelli se jgħolew u mhux jitnaqqsu. Hemm ċertu livelli li fl-Istati Uniti huma ogħla minn dawk Ewropej." Noyes qalet ukoll li dan il-ftehim mhux se jolqot is-sistema tas-saħħa ta' kull gvern partikolari, għalkemm f 'dik li hi farmaċewtika dan il-ftehim jolqtu żgur. Mistoqsija dwar meta taħseb li dan il-ftehim se jiġi finalizzat, id-deputat Segretarju Amerikan qalet li d-diskussjonijiet mexjin u żgur li meta jiġu finalizzati se jkunu ċari daqs il-kristall għax din hi t-triq għal futur. Id-Deputat Segretarja Amerikana Julieta Noyes qalet li dan il-ftehim għandu jkun ta' ġid komuni għaż-żewġ naħat Frederick At tArd fattard@mediatoday.com.mt "Bħalissa hemm ħdax-il berġa li huma aċċessibbli imma hemm ukoll tmintax oħra li mhumiex. Minn dawn li mhumiex aċċessibbli, tnejn jinsabu f 'għases tal-Pulizija. Dawn huma ta' Marsaxlokk u l-Fgura. Din tal-aħħar dalwaqt timxi għaċ-Ċentru Ċiviku ġdid li qed jibni l-Kunsill u li ħa jkun aċċessibbli." Dan qalu ċ-ċermen tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità Oliver Scicluna f 'kumment ma' din il-gazzetta wara li kmieni din il-ġimgħa l-istess Scicluna kien mistieden fil-programm Reporter fuq TVM. Mistoqsi jekk hemmx xi pjan dwar kif se jitwettqu x-xogħlijiet meħtieġa, Scicluna qal "Bi pjaċir nista' ngħid li f 'laqgħa maċ-Chief Executive Officer tad-Dipartiment tal-Kura Primarja Dr Renzo Degabriele, iddiskutejna pjan ta' kif il-bereġ li identifikajna u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad- Dipartiment isir xogħol fuqhom mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex dawn isiru aċċessibbli." Żied jgħid li x-xogħol involut f 'ħafna minn dawn il- każijiet jinvolvi interventi minimi, bħal twaħħil ta' railings u li jsiru rampi. Jiġifieri m'hemmx bżonn ta' tibdil strutturali. Rigward il-berġa ta' Marsaxlokk, Scicluna qal li din tinsab fl-għassa tal-Pulizija u li bħalissa l-KNPD qiegħda f 'taħdidiet mal-Korp tal-Pulizija biex issir aċċessibbli. "Fil-fatt, fil-jiem li ġejjin, ħa niltaqa' mal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija biex fost affarijiet oħra niddiskutu dwar dan il- punt" temm jgħid iċ-ċermen tal-KNPD. Il-Berġa ta' Ħaż-Żabbar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014