Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 3 Grata li hi ħajja 14-il sena mit-twelid tat- tewmin Għawdxin Gracie u Rosie Attard, Gracie titkellem mal-ġurnal ingliż, id-Daily Mail li meta twieldet kien segwa mill- qrib it-twelid tagħha u ta' oħtha fi sptar f 'Manchester fl-ingilterra. Gracie kienet twieldet magħquda ma' Rosie mill-qadd u l-ispina. Il-ġenituri ta' Gracie, Michael u Rina Attard kellhom imorru jwelldu lit- tewmin fi sptar f 'Manchester hekk kif l-isptar f 'Malta ma kienx attrezzat għal dan it-tip ta' twelid. Mat-twelid tat-tewmin, it-tim mediku kien saħaq li Rosie kienet biss estensjoni tal-ġisem ta' Gracie, hekk kif it-tnejn kellhom biss qalb u sistema ta' ċirkolazzjoni waħda u għalhekk ma setgħux isalvaw it-tnejn. Michael u Rina kienu esprimew l-opinjoni tagħhom bħala Kattoliċi u saħqu li l-futur tat-trabi kien f 'idejn Alla. Il-qorti iżda, fuq il- pariri mediċi, ddeċidiet li jekk jibqgħu magħqudin Gracie u Rosie kienu jmutu t-tnejn. Kien hawnhekk li Michael u Rina aċċettaw id-deċiżjoni tal-Qorti u wara operazzjoni ta' 20 siegħa, Gracie salvat. Illum li għandha 14-il sena, Gracie tgħix ħajja normali flimkien mal-ġenituri tagħha u m'oħtha Rosie ta' 12-il sena f 'Għawdex. Tistqarr li baqgħet mistgħaġba li l-istorja tagħha u t'oħtha kienet ta' interess għal tant nies madwar id-dinja. Fl-intervista mad-Daily Mail, Gracie qalet li qatt ma ħassitha ħatja għall-mewt t'oħtha hekk kif ma kinitx deċiżjoni tagħha. Żiedet tgħid li jkun hemm mumenti fejn tħossha mdejqa li oħtha mhux tgħix ħajjitha magħha u spiss titlobha tgħinha speċjalment waqt xi eżami. Il-ħolma ta' Gracie hi li meta tikber tixtieq issir tabiba biex tkun tista' tgħin lin-nies bħal mat-tobba għenu lilha. Gracie, 14-il-sena, hija t-tewmija li salvat wara l-operazzjoni biex jisseparaw lilha minn oħtha Rosie "Il-professjonisti għandhom x'joffru lill-pajjiż" – Simon Busuttil il-PARtit Nazzjonalista waqqaf il-Forum Professjonisti biex ilaqqa' l-politika u l-ideali mal- prattika u l-espertiżmu biex ikollu politika li tispira lin-nies, iżda wkoll li fl-istess waqt tissarraf f 'politiki tajbin li jagħtu l-frott għan-nies meta jitwettqu. F'dan l-istess ħsieb twaqqfu wkoll għaxar policy fora fejn nies minn kull qasam tal-ħajja, inkluż professjonisti, jistgħu jfasslu politiki aġġornati għall-Partit Nazzjonalista li jitgħallmu mill-passat u jħarsu lejn il-futur li se jkun mibdul hekk kif din is-soċjetà qed tkompli tinbidel. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jindirizza l-ewwel Assemblea Ġenerali tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil tkellem dwar kif fl- aħħar snin, il-professjonijiet żdiedu f 'ħafna oqsma u ma baqgħux dawk tradizzjonali. Hu rrelata dan is-suċċess mal-ftuħ kbir fl-edukazzjoni, li ta opportunità lil eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin mhux biss li jsibu xogħol u jkunu ħaddiema, imma wkoll li jkunu professjonisti fil-veru sens tal-kelma. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li professjonist jista' jgħin lill-pajjiż u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jieħdu toroq tajbin ibbażati fuq studju bir-reqqa ta' dak li hemm bżonn u ta' dak li għandu jsir biex il-politika tkun prattika u tħalli l-frott li taspira għalih għan-nies. "Il-professjonist jista' jgħin lill-pajjiż u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jieħdu toroq tajbin ibbażati fuq studju bir-reqqa" - Simon Busuttil Ritratt: Daily Mail

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014