Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 L-20 finalista tal-Eurovision I l-Eurovision reġa' magħna u nammettu jew ma nammettux il-Maltin kollha xi ftit jew wisq jinteressaw ruħhom f'dan il-festival. Hemm min jarah għax tassew fanatiku u hemm min jarah biex jintefa' jgħaddi siegħa żmien u jgħaddi l-kummenti tiegħu fuq il-mezzi soċjali u forsi wkoll jintefa' jsib ix-xagħra -għaġina biex qatt ma jammetti li għoġbitu xi diska. Din is-sena l-Eurovision ġie qabel is-soltu. Ma laħqitx għaddiet is-sena tqala sakemm wellidna, b'ħafna qtugħ ta' nifs, id-diska rebbieħa. Iżda din id-darba se jsir f'Novembru minħabba li l-PBS għażel li ġaladarba se jkun hemm il-palk lest u armat l-Marsa Ship Building għal Junior Eurovision, nistgħu nieħdu x-xoqqa f'moxtha biex nużawh immedjatament għal tal-kbar. Dan il-ġurnal staqsa erba' mistoqsijiet lill-20 nalista li ntgħażlu fuq Xarabank t-3 t'Ottubru. Il-mistoqsijiet kienu: 1. Iddeskrivi d-diska tiegħek tliet kelmiet... 2. X'qed tistenna minn din il-parteċipazzjoni tiegħek l-Eurovision? 3. Liem hi d-diska favorita tiegħek l-festival? 4. X'hemm di erenti d-diska tiegħek li jagħmilha di erenti mill-oħrajn? Ir-risposti qegħdin -ordni li biha tħabbru l-kanzunetti nalisti fuq il-programm Xarabank. Glen Vella – Breakaway B'saħħitha, tal-widna, movimentata. L-iktar ħaġa importanti hu li nagħti preżentazzjoni tajba tal-kanzunetta u li nwassal il-messaġġ pożittiv lill-udjenza u lit- telespettaturi waqt li wkoll nittama li nilħaq l-aspettazzjonijiet tal-ġurija. Ma nistax niġġudika fuq minuta, u wieħed għandu jiġġudika fis-serata finali. Iżda mill- ftit li smajt id-diska ta' Amber, ta' Franklin, ta' Christabelle u ta' Chris Grech għoġbuni. Naħseb li hija diska tajba u li togħġob lill- poplu Ewropew. Trilogy – Chasing a Dream Diska Symphonic Rock Bħala riżultat ma tista' tistenna xejn għax l-opinjoni tal-ġurija hija suġġettiva. L-aktar ħaġa importanti hi li l-prestazzjoni tkun tajba u preċiża kemm jista' jkun. L-aspettativa tagħna hi li nagħtu wirja mużikali tajba kif jixraq fi spettaklu ta' dan il-kalibru. Bħal dejjem se nwasslu l-kunċett li Trilogy magħrufin għalih, anke wara t-twelid mill-ġdid tal-grupp tagħna. Issa, jekk ikollna x-xorti li nintgħażlu biex nirrappreżentaw lil Malta, aħna lesti u ppreparati għal dan il-għan. Għadu kmieni ħafna f 'dil-fażi biex tiġġudika, speċjalment minħabba li l-kanzunetti għadhom ma nstemgħux kollha. Però fl-aħħar ġimgħa malajr tinduna liema huma dawk il-kanzunetti li jkunu mal-favoriti. Nistennew u naraw. Il-fatt li hemm tliet vuċijiet f 'armonija totali, bi stil semi klassiku b'influenza kbira tal-ġeneru rock. L-isem Trilogy diġà assoċjat ma' dan l-istil 'crossover' fil-gżejjer Maltin u lokalment irnexxielna noħolqu ħoss partikolari f 'dan il- ġeneru. Kemm jista' jkun nippruvaw noħolqu xogħol mużikali frisk però fl-istess ħin ta' kull żmien u jappella għal kull età. Karen Debattista – 12, Baker Street Differenti, unika, interessanti. Nispera li permezz ta' din l-esperjenza, jinfetħuli bibien ġodda fil-karriera tal-mużika kemm hawn Malta kif ukoll barra minn xtutna. Mill-ftit li rnexxieli nisma', id-diska ta' Corazon 'Secretly' laqtitni ħafna għall-fatt li tinstema' veru sempliċi u tagħti lok biex tispikka il-vuċi sabiħa tagħha. Id-diska tiegħi hija taħlita ta' stili differenti li fl-opinjoni tiegħi, ftit smajna bħalhom f 'edizzjonijiet passati tal-festival. Mill-ftit li smajt s'issa, ma naħsibx li hemm xi diska oħra li taqa' taħt l-istess ġeneru ta' mużika u dak huwa l-fatt li jagħmel id-diska tiegħi differenti. Franklin Calleja – Still Here Persistenza għall-imħabba. Li tkun esperjenza oħra sabiħa li ngawdiha mal-kantanti sħabi u li tiftaħli aktar bibien u opportunitajiet oħra għal karriera tiegħi. Hemm ħafna diski li veru għoġbuni, u diġà naf inkanta ħafna minnhom! Ma nistax nagħżel waħda partikolari għax hemm kompetizzjoni tajba din is-sena, però mbagħad dejjem ikun hemm dik il-kanzunetta li tispikka. 'Still Here' hi ballad moderna li forsi mhux imdorrijin nisimgħu s-soltu u bla dubju n-nies jistgħu jirrelataw magħha minħabba l-lirika diretta li għandha. Deborah C – It's Ok Diska ferrieħa ħafna. Bħal kull sena li nagħti preżentazzjoni tajba flimkien mat-tim tiegħi. Nispera li mmur tajjeb… Min-naħa tiegħi se nagħmel ħilti kollha mbagħad inħallu f 'idejn Alla… Sa issa ma tantx nista' ngħid peress li għadna fil-proċess li noħorġu d-diska kollha kemm hi. Però bla dubju d-diski kollha li jaslu sal-fażi finali jkunu ta' livell għoli. 'It's OK' hija kanzunetta sempliċi immens fil- lirika sabiex wieħed ikun jista' jkanta magħha. Meta tismagħha tibqa' tiftakar il-melodija. Hija kanzunetta li żgur trid tibdel il-burdata ta' ħafna individwi. Ekklesia – Love & Let Go Imħabba, servizz, għotja. Waqt il-ħin tat-talb nitolbu flimkien biex il- Malta Eurovision Song Contest ikun esperjenza sabiħa għal kulħadd, u anke biex permezz tal-parteċipazzjoni tagħna ngħaddu messaġġ pożittiv u nkunu xhieda għall-Knisja f 'Malta. Kull kanzunetta għandha l-potenzjal li tirbaħ... hija kompetizzjoni miftuħa u sabiħa... Love and Let Go, hija l-istorja tagħna. Aħna nagħżlu li nħobbu lil dawn it-tfal bla kundizzjoni u meta jiġu biex jitilqu, inħossuha wisq iżda, we love and let go. Lawrence Gray – The One That You Love Imħabba, realtà, passjoni. Qed nistenna li nitrasmetti emozzjoni qawwija lill- udjenza preżenti u lit- telespettaturi. Diffiċli biex tagħżel meta ma tkunx smajt id- diski sħaħ. Id-differenza hija li d-diska tiegħi titkellem fuq storja reali. Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014