Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Studenti li jgħixu fil- Gana, mingħajr ilma nadif u li mhux ta' periklu, dalwaqt igawdu mill-ġenerożità ta' impjegati tal-HSBC Malta. dawn flimkien ikkontribwew €16,000 għall- proġett WaterAid fi skola sekondarja f 'distrett fil-Lvant ta' Gonja, fil-Gana ta' fuq. WaterAid, organizzazzjoni karitattiva internazzjonali, taħdem fost komunitajiet mill-aktar fqar fid-dinja biex tipprovdi soluzzjonijiet fit-tul dwar l-ilma, sanità u iġene. Wara l-ġest tal-impjegati, l-HSBC stess ta wkoll €16,000 oħra. B'hekk issa nofs l-ispiża kollha tal- proġett diġà ngħatat lil WaterAid. L-għan tal-proġett ta' HSBC Malta hu li l-istudenti jkollhom aċċess għal toilets ġodda, ilma tajjeb u tagħlim dwar l-iġjene. L-iskola, li tinsab madwar żewġ kilometri mill-belt ta' Salaga, ma jistax ikollha provvista tal-ilma minħabba problemi ta' pressa u mblukkar tal- kanen. Minħabba f 'hekk, l-iskola tiddependi fuq servizzi tat-tankers tal- ilma. uħud mill-istudenti għandhom vjaġġ ta' tmien kilometri 'l hemm u lura b'kollox biex imorru għad- diega ta' Kpembi għall-ilma, u dan hu ta' tħassib għall- għalliema dwar is-saħħa tal- istudenti u l-ħin u enerġija li jintilfu. il-mira ta' HSBC Malta hi li jinġabru €32,000 permezz ta' attivitajiet ta' ġbir ta' flus mill-impjegati, waqt li l-bank iqabbel din is-somma biex b'hekk tintlaħaq il-mira tal-proġett. il-bank dan l-aħħar ġabar aktar flus għal WaterAid Ghana matul it-triathlon challenge ta' kull sena ta' HSBC Malta. Parti minn dawn il-flus marru wkoll għall-Malta Community Chest Fund. id-djArju tad-dar tal- Providenza għas-sena 2015 qed jitqassam bħalissa f 'kull dar ta' Malta u Għawdex. il- kumpanija Maltapost reġgħet ġentilment offriet li tqassam mingħajr ħlas id-djarji fid- djar kollha. id-direttur tad-dar tal- Providenza, Fr Martin Micallef qal li dan id-djarju qed ifakkar l-okkażjoni speċjali tal-50 sena mit- twaqqif tad-dar minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta' Settembru 1965 b'artikli u ritratti. Huwa żied jgħid li "filwaqt li dan l-anniversarju għandu jgħinna napprezzaw dak li sar irid ukoll iħeġġiġna biex inħarsu 'l quddiem u nkomplu nirrealizzaw il- viżjoni, il-missjoni u l-valuri tad-dar tal-Providenza fis- snin li ġejjin." Permezz ta' dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa' jintuża s-sena kollha, is-sostenituri jkollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-dar li toffri residenza lil mija u sebgħa persuni b'diżabbiltà bl-aħjar ambjent li jgħin fl- iżvilupp tagħhom. F'dawn l-aħħar ġimgħat għadd kbir ta' voluntiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t'id fl-ippakkjar ta' dawn id-djarji f 'envelopes apposta. Bħal fis-snin l-imgħoddija, minbarra l-kalendarju dettaljat, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta' matul il-ġimgħa fil- knejjes kollha ta' Malta u Għawdex. Żdiedet ukoll il-lista tal-festi parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għas-sena d-dieħla. ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra huwa mużajk. Xogħol ta' Christopher Grima fuq disinn ta' Kenneth Grima taċ- Ċentru ta' Matul il-jum, Aġenzija Sapport, Fleur- de-Lys. Gasan Mamo insurance u Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd. sponsorjaw l-istampar tad-djarju. Jibda jitqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza Kummercjali 24 illum | Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 Impjegati ta' HSBC jbiddlu l-ħajja ta' 1,800 persuna Il-faċċata tad-djarju tal-2015 f 'għeluq il-50 sena mit-twaqqif tad-Dar iX-XAHAr li għadda l-Ajruport internazzjonali ta' Malta rreġistra żieda ta' 2.4% fit-traffiku, fejn ra total ta' 463,215 passiġġier. din iż-żieda qed tidher fid- dawl tal-għeluq tal-ispazju tal- ajru Libjan minn nofs Lulju, li rriżulta f 'anqas passiġġieri minn dan is-suq. "dawn il-figuri huma ferm tajbin, meta huma segwiti minn nofs miljun passiġġier li kellna f 'Awwissu, l-aqwa xahar li qatt ġie reġistrat fl-ajruport. Aħna kuntenti li l-ajruport qed ikompli jikber b'mod stabbli," qal Markus Klaushofer, Kap eżekuttiv tal-Ajruport internazzjonali ta' Malta. Franza kien is-suq li rreġistra l-akbar tkabbir bi 11.1%, grazzi għaż-żieda fid- domanda għar-rotta ta' Pariġi. it-traffiku mill-italja u r-renju unit żdied bi 8.9% u 6.7% rispettivament. Sadanittant, Spanja u l-Ġermanja raw nuqqas ta' 11% u 5.7% rispettivament. Għandu jkun innutat li fl-aħħar każ imsemmi, meta mqabbel ma' Settembru tas-sena l-oħra, Settembru ta' din is-sena kellu xogħol anqas tat-tui cruises, waħda fuq kull erba' Ħdud, meta mqabbel mal-ħames Ħdud tas-sena l-oħra. Bejn jannar u Settembru ta' din is-sena l-Ajruport internazzjonali ta' Malta ra żieda ta' 7.2% meta mqabbel maċ-ċifri tas-sena l-oħra u s'issa ospita total ta' 3,385,808 passiġġier. it-toqol tat-tluq (MtOW) żdied b'0.4% u l-cargo mail żdied b'7.9%. L-iskeda tax-xitwa li jmiss se tibda fis-26 ta' Ottubru. L-ajruport internazzjonali ta' Malta jħabbar ir-riżultati tat-traffiku għal Settembru Air Malta se tibqa' ttir lejn l-Alġiers L-Air Malta ħabbret li sejra tibqa' ttir lejn il-belt kapitali Alġerina matul ix-xitwa kollha. il-linja tal-ajru nazzjonali se topera lejn Algiers kull nhar ta' Ħamis, u se żżid titjira nhar ta' tnejn u f 'perjodi l-iktar popolari bejn is-27 ta' Ottubru u s-17 ta' novembru, bejn it-22 u d-29 ta' diċembru. il-linja nazzjonali Maltija sejra żżomm iż-żewġ titjiriet minn Marzu 2015. Meta kkummenta dwar din it-tħabbira joseph Galea, l-uffiċjal deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Qegħdin nestendu s-servizz bejn Malta u l-Alġerija wara ż-żieda fid-domanda għal din id- destinazzjoni matul is-sajf 2014. it-titjiriet tagħna sejrin joffru żieda fil-konnettività u sejrin jiffaċilitaw l-ivjaġġar bejn Alġiers u l-bliet kapitali ewropej fejn ittir l-Air Malta." L-Air Malta qiegħda tesplora destinazzjonijiet ġodda lil hinn mill-ibliet ewropej tradizzjonali u qed tħares lejn ir-reġjun tal- Magreb bħala wieħed li jista' joffri opportunitajiet għal tkabbir. L-Alġerija, li għadha relattivament ma ġietx esplorata mill-vjaġġaturi Maltin, hija waħda mill- attrazzjonijiet tat-tramuntana tal-Afrika u l-post fejn twieled Santu Wistin. B'popolazzjoni li taqbeż is-37 miljun ruħ u b'ekonomija bbażata fuq ir-riżorsi taż-żejt u l-gass, l-Alġerija huwa pajjiż bi storja rikka. Huwa l-akbar pajjiż fl-Afrika u qiegħed jagħmel ħiltu biex jerġa' jikseb ir-reputazzjoni tiegħu bħala destinazzjoni turistika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014