Illum previous editions

illum 12 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/396529

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ottubru 2014 | illum 27 SportSillum SportSillum Kollox lest għal Malta vs Italja Kollox jinsab lest għal- logħba li tant u tant Maltin ilhom diversi ġimgħat u xhur jistennew – il- konfront kontra l-Italja. Dan hekk kif ilkoll nafu li bosta Maltin huma segwaċi tal-futbol Taljan u tat-tim nazzjonali Taljan. Il- Maltin se jkunu mingħajr is-servizzi tad-difensur internazzjonali Steve Borg wara li dan tkeċċa minħabba fawl stupidu fuq Mario Mandzukic fil- logħba kontra l-Kroazja u weħel tliet logħbiet sospensjoni. Huwa diġà skonta logħba minn dawn it-tliet logħbiet sospensjoni nhar il- Ġimgħa fil-konfront kontra n-Norveġja. Min-naħa l-oħra l-kowċ nazzjonali Taljan Antonio Conte għażel li ma jsejjaħx lill- attakkant internazzjonali u ferm kontroversjali Mario Balotelli li xejn ma kellu bidu tajjeb ma' Liverpool hekk kif irnexxielu jsib ix-xbka fil-logħba valida mill-UEFA Champions League li fiha r-Reds ħarġu rebbieħa bl- iskor ta' 2-1 kontra t-tim Bulgaru ferm inferjuri ta' Ludogorets. L-istadium nazzjonali mistenni jkun mimli daqs bajda hekk kif inbiegħu perċentwal enormi tal- biljetti li kien hemm disponibbli għal din il- logħba. Dettalji rigward loġistika għal-logħba bejn Malta vs Italja: Ftuħ tal-Istadium Nazzjonali: L-istadium Nazzjonali se jkun miftuħ għall-pubbliku fis-6.30pm u l-gradi se jibqgħu miftuħin sal-ftuħ tat-tieni taqsima. Toroq magħluqin: Illum ir-ringroads li jdawru l-istadium nazzjonali se jkunu magħluqa għat- traffiku mill-4pm 'il quddiem. Dan se jsir mir- roundabout ta' quddiem il-Millenium Stand sal- entratura tal-car park tal- West Stand. Għada r-ringroad li jdawru l-istadium nazzjonali se jkunu magħluqin għat- traffiku mit-8am 'il quddiem mir-roundabout ta' quddiem il-Millenium Stand sal- punt ta' tluq tas-sit tat-titjir tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Model Aircraft. Parkeġġ: Il-parkeġġi tal-West Stand u l-Millenium Stand se jkunu esklussivament riservati għal sewwieqa li jkollhom aċċess għal parkeġġ riservat. ordnijiet tal-Istadium: Il-partitarji għandhom isegwu kull istruzzjoni maħruġa mill-MFA biex tassigura li r-regolamenti rigward sigurtà jiġu osservati fl-Istadium Nazzjonali. Huwa importanti li wieħed jinnota li bħal kull logħba valida mil-Logħbiet ta' Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej qed tiġi osservata r-regola li ma jiddaħħalx alkoħol. Ovvjament dan jgħodd ukoll għal-logħba ta' għada kontra l-Italja. Fan Gathering Zone: Fl-okkażjoni tal-logħba tant mistennija ta' għada, grazzi għall-kollaborazzjoni ma' Cisk li huma l-Gold Sponsors tat-timijiet nazzjonali Maltin, se tkun imwaqqfa Fan Gathering Zone ġewwa l-MFCC Grounds li se tkun miftuħa mill-5pm 'il quddiem. Din l-attività se tkun qed tinkludi divertiment, face painting u offerti ta' promozzjoni fost oħrajn. Divertiment: Bħalma sar nhar il-Ġimgħa qabel il-logħba kontra n-Norveġja, se jkun hemm programm ta' divertiment ġewwa l-Istadium Nazzjonali li se jkun qed jibda fis-7pm. Riżultati Malta vs Italja tul l-istorja 6 ta' Diċembru 1986 Malta vs Italja 0-2 Kampjonat Ewropew UEFA 24 ta' Jannar 1987 Italja vs Malta 5-0 Kampjonat Ewropew UEFA 19 ta' Diċembru 1992 Malta vs Italja 1-2 FIFA Tazza tad-Dinja 24 ta' Marzu 1993 Italja vs Malta 6-1 FIFA Tazza tad-Dinja 11 ta' Settembru 2012 Italja vs Malta 2-0 FIFA Tazza tad-Dinja 26 ta' Marzu 2013 Malta vs Italja 0-2 FIFA Tazza tad-Dinja Azzjoni mill-aħħar konfront bejn Malta u l-Italja li ntlagħab f 'Marzu tal-2013 li fih it-Taljani ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 b'doppjetta ta' Mario Balotelli www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 October 2014