Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum GourmetToday kull nhar ta' Sibt -16:05 fuq TVM Niekol il-laħam, basta ma narax l-annimal jinqatel L-ILLUM tinżel fi l-pjazza tal-Mosta u tistaqsi … Minn Ruben Anthony Xuereb HAWN min jaħseb li l-annimali maħluqin biex il-bniedem joqtolhom u jiekolom u hemm min, bħal dawk li huma vegans li huma serjament kontra li dawn jinqatlu. Il-vegans huma favur id-dritt tal- ħajja ta' kull annimal u li m'hemm ebda skuża biex dawn jinqatlu sabiex isiru ikel. L-ILLUM saqsiet lil xi nies x'jaħsbu dwar il-qtil tal-annimali għall-ikel u jekk dan il-fatt jeffetwahomx jew le. Kieku n-nies ikollhom jaraw il-mod krudili li bih jiġu mrobbija u maqtula l-annimali għal-laħam, jibqgħu jieklu laħam? Qabel l-opinjonijiet tan-nies li ltqajna magħhom il-Mosta, nibdew b'opinjoni li qal il-kantant u mużiċist famuż tal-Beatles Paul McCartney, li bħala veġetarjan kien darba qal, "Li kieku l-ħitan tal-biċċeriji jkunu tal-ħġieġ, kieku ħadd ma jiekol aktar laħam." In-nies li tkellmu mal-ILLUM jaħsbuha hekk: "Jien niekol laħam, kif ukoll ħut u anke aff arijiet veġetarjani. Naħseb li kieku nara l-mod kif jiġu maqtula imma, ma nibqax niekol laħam…" "Iva niekol laħam, mhux xi ħafna, imma mqar darba f'ġimgħa nieklu. Jekk l-annimali jinqatlu b'mod krudili jeff etwani xi naqra, skont kif ikun il-proċess tal-qtil. Naħseb li l-qtil tal- annimali jinfl uwenza ħafna lill-konsumatur, għax jekk il-qtil ikun deċenti, aktar uman ikun aħjar. Huwa fi n-natura tal- bniedem, parti mill-evoluzzjoni tad-dinja li joqtol biex jiekol u parti mid-dieta tiegħu hija l-laħam, issa l-mistoqsija hija kif. Hemm manjiera kif toqtlu annimal, b'mod uman u hemm manjieri oħra li rajna fuq ħafna mezzi. Mhumiex ideali. Hu x'inhu, annimal huwa parti mid-dinja u m'għandux jinħaqar, imma hi dik li hi… il-ħut jinqabad, l-annimal jinqatel… biex il-bniedem ikompli jevolvi." "Iva niekol laħam, imma l-fatt li l-annimali jiġu maqtula, jaff etwani u nfatti qed nipprova nbiddel bil-mod il-mod. Għadni fi l- bidu u għandi bżonn aktar ċans, imma iva ddejjaqni l-ħaġa…" "Iva niekol laħam, imma mhux ħafna. Il-fatt li l-annimali jinqatlu, iva jdejjaqni xi naqra. Jien qatt ma rajt kif jinqatlu l-annimali, imma naħseb li jekk narahom, ma nibqax nieklu l-laħam" "Jien ma nħobbux il- laħam, u le ma nieklux. Jien vegetarian u ilni ħafna għax il-laħam ma jogħġobnix. Onestament ma nafx kif jinqatlu jien, imma jgħidu li qabel kien jiġri b'ħafna torturi, ma nafx issa, hawn xi mod ieħor?"