Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum Sports 33 Atleti żgħażagħ Maltin jiksbu suċċess kbir r-Repubblika Ċeka minn Cristian Antony Muscat BEJN il-5 u s-7 ta' Settembru li għadda, saret il-11-il edizzjoni tal-European Kids Athletics Games f 'Brno fir-Repubblika Ċeka. Il- kontinġent Malti kien kompost minn 14-il atleta żagħżugħ/a bejn it-12 u l-15-il sena. Dawn kienu Kayleigh Chetcuti, Alessia Cristina, Sarah Chouhal, Rachela Pace, Alexia Guiga, Carla Scicluna, Sara Bartolo, Martha Spiteri, Kurt Zahra, Jake Gauci, Sean Spiteri, Omar u Jacob Elaida, Krestien Micallef. Dawn ikkompetew b'suċċess f 'diversi kompetizzjonijiet. Dawn iż-żgħażagħ kisbu diversi medalji u kklassifikaw f 'postijijiet ta' prestiġju meta tikkunsidra li kien hemm ammont kbir ta' kompetituri li kważi laħaq l-1,600 minn pajjiżi differenti fosthom l-Italja, l-Ingilterra, il-Bulgarija u Ċipru. F'kull kompetizzjoni u kull kategorija, in- numru ġieli laħaq il-100 parteċipant. Nibdew bil-medalji tad-deheb, fejn Alessia Cristina rnexxielha tikseb id- deheb fis-60m b'ħin tal-finali ta' 8.03 sekondi fejn ta' min jgħid li fil-heats hija għamlet ħin ta' 7.87 sekondi. Hija kisbet ukoll id-deheb fil-150m b'ħin ta' 19.18 sekondi. Hawnhekk ukoll, fil-heats hija għamlet ħin aħjar li kien dak ta' 19.03 sekondi. Iż-żewġ prestazzjonijiet kienu rekord personali u nazzjonali wara li jiġu ratifikati. Medalja oħra tad-deheb ġiet mingħand Kurt Zahra li fil-150m rnexxielu jegħleb kompetizzjoni taħraq u għamel ħin ta' 18.34 sekondi. Ta' min jgħid ukoll li fil-heats huwa għamel ħin aħjar, li kien dak ta' 18.08 sekondi. Dawn ukoll kienu rekords personali u nazzjonali wara li jiġu ratifikati. Fis-60m huwa spiċċa fil-ħames post b'ħin ta' 7.84 sekondi wara li fil-heats huwa kien għamel ħin ta' 7.74 sekondi li kien rekord personali u 0.01 ta' sekonda 'l bogħod biss minn rekord nazzjonali. Medalja oħra tad-deheb ġiet mingħand it-tim tar-relay cadets li kien kompost minn Sarah Chouhal, Kayleigh Chetcuti, Rachela Pace u Alessia Cristina f 'ħin ta' 30.92 sekondi li huwa rekord nazzjonali wara li jiġi ratifikat. Ta' min jgħid li b'dan il-ħin, huma kienu jikklassifikaw fit-tieni post fil-kategorija tal-youths u għalhekk l-istess ħin huwa ta' prestiġju kbir. Deheb ieħor wasal mingħand Sean Spiteri, b'dan iż-żagħżugħ ta' talent kbir jirnexxielu jikseb l-ewwel post fit- 300m b'ħin rekord personali ta' 37.81 sekondi. Medalja tal-fidda waslet mingħand Omar Elaida fit-300m b'ħin rekord personali ta' 36.56 sekondi. Il-Medalji tal- bronż ġew mingħand l-istess Omar Elaida fis-60m fejn huwa għamel ħin ta' 7.28 sekondi, kif ukoll minn Jacob Elaida li jiġi ħu Omar fit-300m b'ħin ta' 37.31 sekondi. Medalja oħra sabiħa tal-bronż ġiet fir-relay 4x60m youth tas-subien fejn Sean Spiteri, Kerstein Micallef, Jacob u Omar Elaida rnexxielhom jirbħu l-bronż b'ħin ta' 28.28 sekondi li huwa wkoll rekord nazzjonali wara li jiġi ratifikat. Sean Spiteri reġa' kien protagonist fis-60 m fejn huwa kiseb il-bronż b'ħin rekord personali ta' 7.59 sekondi. Prestazzjonijiet oħra ta' prestiġju ġew minn Carla Scicluna fejn hija ġiet fir-raba' post kemm fis-60m u anke fit-300m b'ħinijiet rekord personali ta' 7.97 u 42.27 sekondi. Jake Gauci fl-1500m spiċċa fit-tmien post b'ħin rekord personali ta' 4.37.20 minuti, Jacob Elaida spiċċa fis-sitt post b'ħin ta' 7.38 sekondi. Alexia Guiga ġriet fit- 300m b'ħin rekord personali ta' 8.56 sekondi fis-60m, Krestien Micallef ġera t-300m b'ħin rekord personali ta' 40.06 sekondi waqt li għamel ukoll ħin tajjeb fis-60m. Sarah Chouhal għamlet qabża ta' 4.60m fil-long jump li kien rekord personali, 8.66 sekondi fis-60m, ukoll rekord personali u 20.59 sekondi fil-150m b'rekord personali u spiċċat fil-ħames post fil-finali B. Sara Bartolo kellha qabża ta' 3.98m fil-long jump, mentri hija spikkat fis-60m meta rebħet il-finali B f 'ħin rekord personali ta' 8.25 sekondi. Kayleigh Chetcuti kellha qabża ta' 4.27m fil- long jump u fis-60m hija għamlet ħin ta' 8.70 sekondi u spiċċat fit-tieni post fil-finali B. Ta' min jgħid li fil-heats hija kellha ħin aħjar ta' 8.63 sekondi, imma kien ftit mgħejjun mir-riħ jew dak li jsejħulu 'wind assisted'. Rachela Pace min-naħa tagħha spiċċat fil-ħames post fil-high jump b'qabża ta' 1.52 metru, fejn ta' min jgħid li dan kien ċentimetru biss bogħod mir-rekord nazzjonali tagħha stess. Hija għamlet ukoll qabża tajba fil-long jump ta' 4.74m fejn spiċċat fid- disa' post. Martha Spiteri spiċċat fid- disa' post overall fl-1500m b'ħin rekord personali ta' 5.26.86 minuti. L-aħħar prestazzjoni tal-ġurnata ġiet mir-relay youth girls fejn huma spiċċaw fir-raba' post b'ħin ta' 31.52 sekondi b'rekord nazzjonali wara li jiġi ratifikat. It-tim kien kompost minn Alexia Guiga, Martha Spiteri, Sara Bartolo u Carla Scicluna. Din kienet l-iktar edizzjoni ta' suċċess għaż-żgħażagħ Maltin u l-atleti tal- futur tagħna. Din żgur mhix se tkun l-aħħar darba li se nisimgħu b'dawn iż-żgħażagħ ta' talent kbir. It-tim Malti kien akkumpanjat minn Rose Tabone bħala kowċ u mill-uffiċjal tal-MAAA u kowċ Antonella Chouhal. It-tim Malti xtaq jirringrazja lill-kowċis kollha li ppreparaw lil dawn l-atleti għal din il- kompetizzjoni, lill- amiliji u lill-qraba tagħhom, lil dawk kollha li tawhom is-sapport b'xi mod jew ieħor kif ukoll lill-MAAA u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). L-atleti żgħażagħ Maltin li kisbu suċċess f 'Brno, r-Repubblika Ċeka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016