Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Mosta. ...................... 2 Gżira U ..................... 1 MOSTA kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Gżira United b-iskor ta' 2-1. Kienu Mosta li fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu wara biss disa' minuti logħob meta wara li rċieva minn pass fit-tul, Njongo Priso kkontrolla tajjeb qabel permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Gżira United, Jurgen Borg. Mosta ħarġu aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit-48 minuta, xutt mid- distanza ta' Gabriel Bezak ġie mdawwar f 'corner minn Jurgen Borg. Fis- 66 minuta, Gżira United ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn corner perfett ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, il-ballun spiċċa f 'saqajn Clifford Gatt Baldacchino li daħal bħal vleġġa u tefa' l-ballun fix-xibka. Iżda Gżira United ma tantx damu jifirħu hekk kif mill-azzjoni li segwiet minuta biss wara, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta' xutt mill-viċin ta' Victor Lucky Oseghale. It-tamiet ta' Gżira United li jġibu l-iskor indaqs qalgħu daqqa ta' ħarta fid-79 minuta meta tkeċċa għalihom is-sostitut Joceano Da Silva Santos, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit sekondi, bit-tieni waħda jirċeviha wara xi rimarki li għadda fil-konfront tar- referee Philip Farrugia. Propju fid-90 minuta,wieħed kellu jassisti għal żewġ tkeċċijiet, waħda fuq kull naħa meta r-referi Philip Farrugia keċċa lill- plejer Robert De Pinho De Souza permezz ta' karta ħamra diretta wara li ta daqqa lill-plejer avversarju, kif ukoll lil Njongo Priso wara li rċieva t-tieni karta safru fil-logħba, meta kien involut f 'xi battibekki ma' plejers avversarji. osta - Bartolo, Bezak, Vella, Djoufack, Onwudinjo, Frendo, Xuereb, Vlcek, Priso, Caruana, Oseghale (Brincat 90') Gzira U. - Borg, Gatt Baldacchino, Conti, Rodrigues Ledesma, Corbolan (Nwoba 78'), Bondin (Da Silva Santos 68'), Avila Perez, Borg (Pulo 68') , Costa Morais, De Queiroz Machedo Neto, De Pinho De Souza Referi - Philip Farrugia MARTIN VLCEK Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twield fil-5 ta' Frar 1996 fis- Slovakkja. Ingħaqad ma' Mosta fil- ġimgħat li għaddew. Mosta jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun Azzjoni mill-konfront bejn Mosta u Gzira United, b'Dany Djoufack isegwi mill-viċin. Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016