Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ................ 1 Hibernians ................. 2 HIBERNIANS kisbu rebħa drammatika meta dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra t-tim inferjuri ta' Pembroke Athleta. Madankollu żgur li l-Pawlisti jridu jtejbu l-prestazzjonijiet tagħhom fil-logħbiet li ġejjin jekk iridu jaspiraw li jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat ma' timijiet oħra fosthom Valletta, Birkirkara u Balzan. Pembroke Athleta laqgħu lura lil Siraj Arab u Luke Montebello wara li servew żewġ logħbiet sospensjoni. Il-Pawlisti għamlu ħin sostanzjali minn taħt wara li t-tim immexxi minn Winston Muscat mar fil- vantaġġ minn auto-gowl sfortunat tad-difensur internazzjonali Andrei Agius wara biss erba' minuti logħob. Iżda Hibernians wettqu reazzjoni tajba u l-esperjenza tagħhom ħarġet fid-deher meta huma bdew jikkontrollaw aħjar lill-avversarji tagħhom tul il-kumplament tal-logħba. Dan wassal biex huma jġibu l-iskor indaqs fit- 63 minuta permezz ta' Juan Manuel Varea. Kellu jkun il-midfielder internazzjonali Bjorn Kristensen li jiskorja l-gowl tar-rebħa drammatika għal Hibernians propju fit-93 minuta, biex tefa' lill-partitarji tat-tim minn Raħal Ġdid preżenti fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali f 'delirju ta' ferħ. Pembroke A. - Muscat, Levnaic, Attard , Muscat , Micallef, Barbetti Arab Siraj, Borg, Scozzese, Montebello, Regis Da Silva Mateus Hibernians - Hogg, Lima, Agius, Soares, Dias, Kristensen, Failla, Bezzina, Pimenta, Mbong, Degabriele Hibernians jiksbu rebħa drammatika kontra Pembroke A. Siraj Arab jikkontrolla l-ballun segwit mill-viċin minn Jackson Lima u Marcelo Dias. BJORN KRISTENSEN Twieled fil-5 ta' April 1993 f 'Wied il-Għajn. Jista' jiġi deskritt bħala mutur f 'nofs il-grawnd kemm għal Hibernians kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Huwa midfielder komplet fejn it-tqassim tal-ballun eċċellenti tiegħu kif ukoll ix-xamma għal gowl jiddistingwuh minn plejers oħra, fosthom dawk ta' età ikbar minnu. Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup ma' Hibernians. Rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-MFA għal tliet darbiet. Ritratt - Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016