Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Mument ta' riflessjoni dwar kemm il-ħajja tiegħek personali u kemm dwar il-qagħda tiegħek fl-imħabba. Għalkemm qed tħossok maqbud bejn żewġ ħitan, jekk int tagħraf tirrifletti ftit, din il-pressjoni m'għandhiex tkun tant iebsa. L- importanti hu li int trid tkun li tasal għal xi forma ta' konklużjoni. Aktar ma int se tisma' pariri, aktar se titfixkel u dak li forsi jista' jitranġa, fi ftit jien jaf ikun ferm ikkumplikat. Agħraf int. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 12, 28 u 31. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Dan huwa żmien fejn huwa tajjeb ħafna għalik fejn jittranġaw xi differenzi li int għandek mad- warekk, speċjalment jekk dawn id-differenzi huma familjari. Dan huwa l-aħjar mument li tista' tagħraf sabiex dak id-diżgwid li hemm, jitranġa u dan ikun ta' direzzjoni tajba għalik għal dak li ġej, fejn aktar ma s-sitwazzjoni madwarek tkun waħda pożittiva, aktar jinġibdu affarijiet pożittivi. Għalhekk, sewwi d-differenzi. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 26 u 38. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Bħalissa qiegħed tħoss li trid tagħmel xi tibdil mad- warek, u fil-fatt, bħalissa l-istill ta' Aries qiegħda f'dak iż-żmien ta' tibdil, fejn waħda mit-tibdiliet hija li int trid issib iktar spazju u aktar ħin għalik. Ħin sabiex tirrilassa, kemm jekk huwa sabiex tmur sal-gym jew tibda ssib spazju mal-ħbieb. Il-pressjoni kbira tax-xogħol li hemm madwarek, ma tistax tibqa' sejra kif inhi għax jekk ma ssibx spazju, toħloq tensjoni. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 22 u 35. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Biża' jew inċertezza li bħalissa qiegħda ddur mad- warek, għandek tagħmel kuraġġ u b'xi mezz, issib kif tista' tagħmel lilek aktar b'saħħtek sabiex din il-fażi ma tikbirx iktar minn dak li diġà hi. Jekk int se toqgħod bħal donnu taħrab mir-realtà, is-sitwa- zzjoni taf tikber aktar, għalhekk idħol fik innifsek u em- men aktar fik innifsek, u dak li int, qed tara li huwa ta' tfixkil. Toqgħodx tibża' tieħu deċiżjoni. Wara se tara kemm tkun aħjar. Kuluri favoriti ma' taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 26 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-karriera tiegħek bħalissa tinsab fuq quddiem sabiex tkompli tespandi iktar. Bħalissa int qed tkun iffukat sabiex tagħti iktar saħħa lill-karriera tiegħek, u dan se jkompli jissaħħaħ grazzi għall- opportunitajiet li resqin lejk. U dan sejjer ikompli jagħmlek iktar attiv u motivat. Tajjeb imma li tagħraf tqassam ftit sa- biex ikun hemm bilanċ aktar madwarek u b'hekk ma toħloqx prob- lemi, anzi tissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm il-maltemp bħal qisu kkalma, int ġewwa fik xorta waħda m'intix kuntent għal dak li hemm bħalissa madwarek. Minbarra tiegħek, bħal qisek qiegħed turi li kollox sew, imma ġewwa fik, is- sitwazzjoni hija ferm l-oppost, u hawnhekk trid toqgħod ferm attent għax din is-sitwazzjoni taf toħloq ċerta tensjoni ġewwa fik, li 'l quddi- em taf tikkawża problemi fiżiċi. Agħraf iktar int xi trid, u kun kuraġġuż. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 14, 25 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Pjan li int trid tarah ikun varat, jaf ikun għadu mhux il-mument tajjeb, imma għad irid ftit taż-żmien ieħor sabiex is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek tkun kollha waħda pożittiva. Kif taf int, bħalissa għad hemm xi intoppi madwarek, għalhekk vara dan il-pjan meta il-ħajja, kemm tiegħek u kemm dik ta' madwarek tkun waħda iktar stabbli. B'hekk, dak li int se tagħmel, ikun żgur wieħed ta' vera suċċess. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 22 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-arja pożittiva li għandek iddur madwarek, agħraf aħtaf it-tajjeb minnha sabiex int tkun tista' tikkum- batti dak li sfortunatament mhux iħallik tavvanza kif għandek tavvanza, u dan qiegħed ikun ta' ħafna tfixkil għalik. Għalhekk, waqt li din l-arja pożittiva qiegħda hemm, int trid tagħraf tuża moħħok, tħares 'il quddiem u ma tibqax imwaħħal mal-passat, fejn fi żgur, int taf li dan ma jgħoddx għalik. Għalhekk, agħmel kuraġġ u kkumbatti. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 28 u 31. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ostaklu li jinqala', jaf ikollu ċertu effetti li jħarbatlek ċertu pjanijiet li int kellek imħejjija. Għalhekk, waqt li tara kif bl-aktar mod intelliġenti tgħeleb dan l- ostaklu li nqala' madwarek għallarrieda, int bil-mod tibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Anzi, aħtaf dan il-perjodu sabiex tagħraf int tissaħħaħ meta l-affarijiet ikunu jidhru diffiċli madwarek. Però, il-ħila tiegħek għandha tkun tajba biżżejjed li tgħeleb dan kollu. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 19, 26 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Agħraf agħmel dawra madwarek sabiex tinduna min huma l-vera ħbieb sinċiera u ġenwini, għax sfortunatament, int għandek ħafna ħbieb, imma mhumiex dawk il-ħbieb li vera tista' tafda. Għalhekk, f'dawn il-jiem li ġejjin, għandek tagħmel analiżi ta' min huma vera dawn il-ħbieb u dawk li mhumiex tajba għalik, agħmel il-kuraġġ, u aqta' kull rabta li int jista' jkun li għandek. Mhux il-kwantità tgħodd, imma l-kwalità Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Cancer Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 21 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Int ma tistax tibqa' bħal qisek qed tabita fil-passat. Dan il-passat, li sfortunatament huwa mwaħħal miegħek, trid tara kif se tagħmel u timblukkah. Int ma tistax taspira lilek innifsek lejn futur aħjar jekk int se tibqa' mwaħħal mal-passat tiegħek. Jekk int finalment tara li int m'intix kapaċi tagħlaq dan il-passat, allura sib persuna li int vera tafda sabiex tkun tista' twaslek biex tagħlaq dan il-kapitlu. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 19, 24 u 38. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Issa huwa dak il-perjodu fejn int tagħmel ftit analiżi tiegħek innifsek. Tagħmel ftit mumenti sabiex tara x'hemm bżonn isir madwarek sabiex int tkun kapaċi tkompli tħares 'il quddiem. Huwa ferm importanti li int tagħmel din il-pawsa għalik innifsek u dan se jkun importanti sabiex dak li hemm ġej fil-futur għalik, jagħmlek sodisfatt, u ovvjament int tkompli aktar tissaħħaħ kif ikun meħtieġ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istill li fix-xahar ta' Settembru tagħtik l-iktar appoġġ morali ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 14, 25 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Nhar it-Tlieta 27 ta' Settembru, dan il-ktieb se jibda jkun għall-bejgħ fil-ħwienet kollha tal-kotba. Għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna, ċemplu sabiex tixtru dan il-ktieb u tieħdu: Xahar b'xejn gazzetta 'ILLUM' u skont ta' 30% fuq is-servizzi kollha tiegħi. Għal iktar informazzjoni żuru s-sit www.pauljon13.com jew l-istazzjon fuq YouTube, PaulJon13 jew ċemplu fuq 99013600. PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Offerti għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna Kull min jordna l-Ktieb minn din il-paġna jingħata: skont jew abbonament mal-gazzetta 'ILLUM' għal xahar b'XEJN jew skont ta' 30% fuq is-Servizzi kollha tiegħi jew skont ta' 10% fuq make up għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni, ċemplu fuq 99013600

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016