Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 518 • 18 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Frank De Bleeckere Ara paġni 34 u 35 Muscat jimbotta b'qawwa vot favur Leo Is-self għall-proprjetà jizdied b'7% f 'sena Minn Veronica Lynn Mizzi TLIET banek ewlenin f 'pajjiżna kkonfermaw li matul l-aħħar sena, ġiet reġistrata żieda fl- ammonti ta' talbiet għas-self tad-djar. Fil-fatt, bank partikolari li tkellem mal-ILLUM qal li fil- perjodu ta' bejn Settembru tal-2015 u Awwissu 2016 ġiet reġistra żieda ta' 7% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel, fl- ammonti ta' talbiet għal self tad-djar mill-bank, waqt li bank ieħor saħaq li dan it-tkabbir ilu prevalenti f 'dawn l-aħħar sentejn. Minn eżerċizzju li għamlet il- gazzetta ILLUM ma' tliet banek ewlenin f 'pajjiżna, irriżulta wkoll li l-ammonti li huma l-iktar popolari sabiex jingħataw bħala self mill-banek ivarjaw bejn il- €100,000 u l-€150,000, waqt li bank partikolari rrimarka li l-first time buyers huma l-iktar popolari. Minkejja li ġiet innutata żieda fl-ammonti ta' self li nħarġu, il- banek sostnew li min-naħa l-oħra ma kienx hemm żieda fir-rata ta' rifjut fuq is-self. Leo Brincat mistenni jkun approvat mill-Kunsill Tal-Ministri tal-UE Minn JOHN BUSUTTIL ILPRIM Ministru Joseph Muscat qatta' dawn l-aħħar ġranet f 'lobbying intensiv ħafna biex wara d-disfatta li sofra Leo Brincat fil-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri jagħti l-approvazzjoni tiegħu lin-nomina ta' Malta. L-ILLUM, fil-fatt hija infurmata minn sorsi li tkellmu magħha, li ħidmet Muscat se tfisser li "hemm kważi ċertezza li n-nomina ta' Brincat tgħaddi miż-żewġ stadji li għad fadal u b'hekk tkun approvata." L-ILLUM hija infurmata wkoll li n-nomina ta' Brincat għall-Qorti Ewropea tal- Awdituri, wara l-vot negattiv fil-Parlament Ewropew aktar kmieni din il-ġimgħa, mistennija tingħata l-ewwel indikazzjoni pożittiva fil- Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper II) biex imbagħad tkun approvata l-ġimgħa ta' wara mill-Kunsill tal-Ministri. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed juża s-saħħa politika li qed tikseb Malta bħalissa, hekk kif riesaq iż-żmien li pajjiżna jieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, biex jagħmel lobbying permezz ta' kompromessi politiċi dwar kwistjonijiet li pajjiżi differenti jkunu jridu jimbuttaw matul is-sena d-dieħla u preċiżament matul iż-żmien li Malta se jkollha r-riedni tal- UE f 'idejha. Tkompli f 'paġna 4 Wara d-disfatta ta' Leo... ara paġni 5-7, 17-19, 21 L-ikbar domanda għal self hi ta' bejn €100,000 u €150,000 Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016