Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Intervista 12 Bejn il-prekarjat, il-baġit u l-Air S e jagħlaq sena jmexxi l-akbar għaqda tal- ħaddiema f 'pajjiżna, il-General Workers Union u matul din is-sena ma naqsux il-kontroversji, l-isdi u l-akkużi li l-GWU baqgħet sieħeb qrib iżżejjed tal-Partit Laburista u allura tal-Gvern preżenti wkoll. L-ILLUM tiltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, ġimgħat qabel jitressaq il-baġit li jmiss, jiem wara li l-GWU ħarġet proposti għall-istess baġit, ftit wara akkużi li qed tmexxi skema li tħaddem in-nies biċ-ċiċri, fil-qalba tal-kwistjoni 'AirMalta' u ftit qabel l-ewwel sena anniversarju tal-istess Bugeja fit-tmun. L-istess xogħol? Ħlas indaqs Nibdew mill-ewwel fuq is-suġġett tal-prekarjat. Il-GWU ressqet il- proposti tagħha fi ktejjeb imqassam lill-midja, u anke l-UĦM. IL- UĦM kellha l-prekarjat fl-ewwel paragrafu. Il-GWU fil-proposti tagħha, wara snin twal tiġġieled u tagħmel battalji dwar il-kwistjoni, ma ssemmix il-prekarjat darba waħda f 'dokument ta' 20 paġna. Mela l-prekarjat m'għadux importanti issa? Pront iwieġeb Bugeja, min- naħa l-oħra tal-iskrivanija fejn saret l-intervista, li l-GWU qed tipproponi fost oħrajn li tispiċċa d-differenza, mhux biss fil-pagi imma wkoll fil-kundizzjonijiet bejn ħaddiema tal-kuntrattur u ħaddiema tal-Gvern. Bugeja jikkwota mill-proposti tal-GWU u jirrimarka kif il-GWU qed tipproponi li ħaddiema li jwettqu l-istess xogħol, "ikunu ugwali fir- rigward ta' sigħat, dehra, ħinijiet, festi pubbliċi u aktar. B'hekk, il-prinċipju ta' ħlas ugwali għal xogħol ugwali jingħata aktar saħħa." "Dak li qed nipproponu aħna," jgħid Bugeja "huwa li bħalma l-Gvern illeġiżla biex carers, security u cleaners tal-Gvern u tal- privat jitħallsu l-istess f 'postijiet li qed jitmexxew mill-Gvern, l-istess isir fil-privat." Bugeja jgħid li huwa sodisfatt bil- progress li sar fuq din il-kwistjoni fl-aħħar tliet snin, "imma mhux sodisfatt sal-aħħar." Huwa jfakkar f 'anomaliji, bħal fil-każ ta' carers li jaħdmu fi sptarijiet privati fejn il-Gvern qed 'jixtri' s-sodod, li qed jitħallsu inqas mill-istess carer mal- Gvern. "Hemm bżonn li l-Gvern jilleġiżla, biex dawn l-anomaliji jkunu irranġati u biex il-kunċett ta' ħlas indaqs għal xogħol indaqs ikun introdott u prattikat fil-privat ukoll." Mhux billi nżidu l-paga minima lil kulħadd Kemm il-GWU, kif ukoll il-UĦM qagħdu lura milli jipproponu żieda fil-paga minima. Għaliex? Bugeja jiċċara li hu jaqbel ma' żieda fil- paga minima, "imma mhux żieda hekk, kif ġieb u laħaq. Mhux billi ngħidu naqbdu u nżidu l-paga minima b'€100 għal kulħadd," sostna Bugeja. "Irridu naraw l-effett u l-impatt ta' żieda, filwaqt li naċċertaw li ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna u l-postijet tax-xogħol." Iżid jgħid mal-ewwel li l-GWU, u l-UĦM bħalha, trid li jsir studju fuq il-living wage, jiġifieri l-kalkolu ta' kemm persuna trid flus biex tgħix u jkollha biżżejjed għall- affarijiet bażiċi. "F'dan is-sens, huwa importanti li l-Gvern jaġġusta l-Household Budgetary Survey biex ikollna stampa iktar ċara u preċiża ta' x'inhi l-ispiża ta' familja llum." Kontra kontrolli fuq il-kera... L-ILLUM tistaqsi lil Bugeja jekk jaqbilx ma' limitu fuq kemm tista' togħla l-kera, kif propost minn Yana Mintoff f 'isem il-Forum Komunità Bormliża. Bugeja jindika li ma jaqbilx u jisħaq li anke kieku biss, "ma tistax tagħmlu. Lanqas tista' tagħmel dan it-tip ta' capping." L-ILLUM tfakkru li hemm bliet li wettqu miżuri ta' capping bħal Pariġi u anke Berlin, imma Bugeja jsostni li xorta ma jħossx li din hija miżura ideali. "Minflok, qed nisħqu li l-Gvern iżid is-sussidju fuq dawk li qegħdin f 'kirjiet u li jkollhom problemi biex ilaħħqu. Qed ngħidu wkoll li għandu jkun hemm kontrolli li jaraw li l-postijiet li qed jinkrew ikunu diċenti u li kulħadd iħallas it-taxxi." Bugeja jisħaq li l-GWU qed tappella lill-Gvern biex jerġa' jġedded il- miżura tal-First Time Buyers. Waqt il-programm Dissett nhar l-10 ta' Frar li għadda, il-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna kien indika li jista' jkun li l-iskema tista' tinqasam biex jiffranka kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ. Ir-raġuni għal dan hija li minħabba li kemm ilu li l-Gvern ħabbar din l-iskema, il-prezz tal-proprjetà żdied bil-konsegwenza li dak li kienu qed jiffrankaw il-koppji minn inqas taxxa, kienu qed iħallsuh fi prezzijiet ogħla tal-proprjetà. Second-time buyers? Bugeja jgħid li l-GWU tħoss li l-Gvern għandu jikkunsidra li jkabbar il-firxa ta' nies li jkunu mwieżna fil-miżura biex tħajjar aktar nies isiru sidien ta' darhom. "Dawk li ma bbenefikawx mill-iskema tal-First Time Buyers, jibdew igawdu minn skema u tnaqqis mit-taxxa tal-boll meta jixtru t-tieni proprjetà u b'hekk kulħadd jingħata ċans. Għaliex min xtara t-tieni proprjetà tiegħu u ma gawdiex mill-ewwel skema, m'għandux igawdi minn benefiċju simili wkoll?" temm jistaqsi Bugeja. Irbaħna t-tender b'mod trasparenti...fil-fatt ħadd m'appella L-ILLUM tikkonfronta lil Bugeja b'akkużi li saru li l-GWU qed iddaħħal il-miljuni minn fondazzjoni, li taħtha qed jaqgħu 600 persuna li kienu reġistrati bħala 'qegħda', li kuntrarjament għall- union, qed jitħallsu biċ-ċiċri. Din mhux travestija tal-vera raġuni għall- eżistenza ta' trade union? tistaqsi l-ILLUM. Bugeja jibda billi jfakkar li l-iskema għal nies li ma jistgħux isibu impjieg faċilment ilha li bdiet minn żmien Gvern preċedenti. "Issa dwar kif irbaħna dan it-tender, nixtieq infakkar li nħarġet sejħa pubblika għalih, il-GWU bħaż-żewġ kumpaniji l-oħrajn li tefgħu l-proposti tagħhom, uriet interess u tefgħet tender. Kif għandna kull dritt li nagħmlu. Irbaħna t-tender għax konna l-irħas u ħadd miż-żewġ kumpaniji l-oħrajn, konsorzju magħmul minn Grant Thorton, JCS Demajo u Konnect Ltd. u Jf Services m'appella mid-deċiżjoni meħuda wara li nfetħu l-offerti b'mod pubbliku u trasparenti mill- Privatisation Unit." Bugeja ppreċiża li l-GWU ma tidħolx fil-merti tal-kumpanija li hija tal-GWU, "imma topera indipendentement minnha. Jien li nista' ngħidlek," saħaq Bugeja, "huwa li la qatt iltqajt mal-Privatisation Unit u lanqas qatt ma kelli kuntatti biex inkun naf min minn dawn il-persuni sejjer jaħdem fejn." Jekk nirbħu tender aħna, mela hemm problema... Imma Bugeja jmur lil hinn minn din l-istorja partikolari li dehret fuq il-ġurnal The Times u jirrimarka kif jidher li, "kull darba li l-GWU titfa' xi tender għid li se jqum rebus sħiħ. Ara meta l-UĦM rebħet it-tender għall-Youth Guarantee, hemmhekk ma qrajt imkien u ma nqala' l-ebda rebus. Allura l-GWU, daqshekk? Ikkastigata li m'għandhiex dritt tkun parti minn proċess pubbliku u trasparenti? Dak li jdejjaqni lili, għax kieku għamilna xi ħaġa ħażina jew mhux korretta tista' tibqa' ċert li min tefa' t-tender kien jappella. Imma li jintefgħu dubji għax sempliċiment, għamilna dak li għandna kull dritt nagħmlu, hemm le." "Ara meta tlifna tender għall-Yacht Marina, hemmhekk ħadd ma qal xejn," tenna Bugeja. Air Malta: Il-ground handling se jkun kollu kemm hu tal-Gvern L-intervista ddur fuq kwistjoni pjuttost pressanti bħalissa, l-Air Malta. X'inhu l-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru? X'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-Air Malta? Bugeja jibda billi jispjega li sa nhar it-Tlieta li għadda kellu t-tieni maratona ta' laqgħat mal-ħaddiema, "li fihom iltqajt ma' gruppi differenti, biex magħhom mhux biss niddiskutu r-realtà, imma wkoll inneħħu dubji jew niċċaraw kwistjonijiet li mhux neċessarjament ikunu minnhom." Imma l-ħaddiema tal-ground handling huma mħassba dwar il- futur tagħhom u kien hemm min saħansitra akkuża lill-GWU li mhux qed tirrapreżenta l-interessi tal- ħaddiema tagħha biżżejjed fost din is-sezzjoni. Bugeja jiċħad u jgħid li l-Memorandum of Understanding li kien iffirmat, jekk ikun attwat ifisser li l-ground handling issir kumpanija għaliha "kollha kemm hi tal-Gvern, fejn il-ħaddiema jżommu l-istess kundizzjonijiet li għandhom illum." Il-proposta ta' leave mediku hija għal qalbna ferm għax irridu nuru li għall- GWU, il-ġustizzja soċjali hija kolonna importanti li fuqha nserrħu " " Jekk insibu soluzzjoni fuq l-Air Malta bħalma sibna fuq l-Enemalta, mela allura m'għandu jbati ħadd " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt