Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum Sports 29 Rosberg jirbaħ il-pole ta' Singapore u Vettel se jibda mill-aħħar post NICO Rosberg kompla juri biċ-ċar li se jkun sfidant ewlieni għar-rebħ tat-titlu finali tal-F1 matul dan l-istaġun hekk kif ilbieraħ huwa rebaħ il-pole position tal-F1 ġewwa Singapore. Huwa għadda bi ftit lis-sewwieq Awstraljan Daniel Ricciardo fuq Red Bull, li b'hekk illum se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li fit- tielet u r-raba' post spiċċaw Lewis Hamilton fuq Mercedes u Max Verstappen fuq Red Bull, rispettivament. Intant, kompla d-diżappunt tal-Ferrari meta s-sewwieq Finlandiż Kimi Raikkonen, se jkun qed jibda mill-ħames post waqt li s-sewwieq Ġermaniż Sebastian Vettel, se jkun qed jibda biss mill-aħħar post wara li kellu problema fis- 'suspensions' tal-karozza tiegħu, li impedietu milli jikseb ħin kompetittiv. Dawn huma l-postijiet li kisbu lbieraħ is- sewwieqa tal-Formula 1 fil-pole-position tal-GP ta' Singapore flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Nico Rosberg -azzjoni waqt il-pole-posi- tion tal-GP ta' Singapore Poż. Sewwieq Karozza Ħin 1 Nico Rosberg Mercedes 1'42.584 2 Daniel Ricciardo Red Bull-TAG Heuer 1'43.115 3 Lewis Hamilton Mercedes 1'43.288 4 Max Verstappen Red Bull-TAG Heuer 1'43.328 5 Kimi Raikkonen Ferrari 1'43.540 6 Carlos Sainz Jnr Toro Rosso-Ferrari 1'44.197 7 Daniil Kvyat Toro Rosso-Ferrari 1'44.469 8 Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 1'44.479 9 Jenson Button McLaren-Honda 1'44.553 10 Sergio Perez Force India-Mercedes 1'44.582 11 Fernando Alonso McLaren-Honda 1'44.653 12 Valtteri Bottas Williams-Mercedes 1'44.740 13 Felipe Massa Williams-Mercedes 1'44.991 14 Esteban Gutierrez Haas-Ferrari 1'45.593 15 Romain Grosjean Haas-Ferrari 1'45.723 16 Marcus Ericsson Sauber-Ferrari 1'47.827 17 Kevin Magnussen Renault 1'46.825 18 Felipe Nasr Sauber-Ferrari 1'46.860 19 Jolyon Palmer Renault 1'46.960 20 Pascal Wehrlein Manor-Mercedes 1'47.667 21 Esteban Ocon Manor-Mercedes 1'48.296 22 Sebastian Vettel Ferrari 1'49.116 Manchester City u Arsenal ikomplu jikkonfermaw il- qawwa tagħhom minn Cristian Antony Muscat MANCHESTER City komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Kevin de Bruyne, Kelechi Iheanacho, Raheem Sterling u Ilkay Gundogan. Tajjeb ngħidu li l-Blues temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta fis-86 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Nolito permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City ġewwa darhom ikkonvinċew u għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Islam Sliani u awto-gowl tal-plejer ta' Burnley, Ben Mee. Arsenal barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 4-1 kontra Hull Cty bl-iskorers tagħhom ikunu Alexis Sanchez li skorja doppjetta u falla penalti kif ukoll Theo Walcott u Granit Xhaka. Min-naħa l-oħra, il- gowl waħdieni għal Hull Cuty wasal mill-Iskoċċiż Robert Snodgrass fid- 79 minuta waqt li tkeċċa għalihom Jake Livermore fl-40 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. West Bromwich Albion ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 4-2 biex komplew ikabbru d-diżappunt ta' West Ham United f 'dan l-istaġun. L-erba' gowls għal WBA waslu minn doppjetta ta' Nacer Chadli u minn José Salomon Rondon u James McClean. Min-naħa l-oħra, iż- żewġ gowls għall-Hammers waslu minn Michail Antonio u Manuel Lanzini fil-61 u fil-65 minuta rispettivament. Raheem Stering u Kevin de Bruyne jirħu wara wieħed mill-erba' gowls ta' Manchester City RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 17 ta' Settembru Hull City vs Arsenal 1-4 Leicester City vs Burnley 3-0 Manchester C. vs AFC Bourn. 4-0 WBA vs West Ham United 4-2 FIXTURES Il-Ħadd 18 ta' Settembru 13:00 Watford vs Manchester United 15:15 Crystal Palace vs Stoke City 15:15 Southampton vs Swansea City 17:30 Tottenham Hotspur vs Sunderland Kampjonat Serie A TIM 12:30 Udinese vs Chievo Verona 15:00 Cagliari vs Atalanta 15:00 Crotone vs Palermo 15:00 Sassuolo vs Genoa 15:00 Torino vs Empoli 18:00 Inter vs Juventus 20:45 Fiorentina vs Roma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016