Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 8 Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il-web portal : Din is-sejħa għal informazzjoni tista' tiġi mniżżla b'xejn minn fuq is-sit tal-MITA : www.mita.gov.mt/r - Leadership Training for Managers – R1050/16 Data ta' ħruġ: 13 ta' Settembru 2016 / Data ta' għeluq: 3 t' Ottubru 2016 Kull min hu interessat f 'din is-sejħa għal informazzjoni hu mitlub jibgħat l-informazzjoni meħtieġa sat-Tnejn 3 t' Ottubru 2016. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email fuq R10516.mita@gov.mt u jiġu kkwotati kemm it-titlu kif ukoll in-numru ta' referenza tas-sejħa għal informazzjoni. Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru 2016 ġewwa l-MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera, d-09.00 ta' logħdu. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QED TAGĦMEL SEJĦA GĦAL INFORMAZZJONI GĦAL: Sejħa għal INFORMAZZJONI www.mita.gov.mt Għażla limitata ħafna għal persuni single Numru kbir ta' postijiet konċentrati fi ż-żona ta' Buġibba u l-Qawra tkompli minn paġna 1 ILGAZZETTA ILLUM staqsiet lil tliet banek ewlenin f 'Malta sabiex jagħtu ċifra approssimattiva ta' kemm tkun is-somma li lest li jagħti l-bank bħala self, f 'żewġ sitwazzjonijiet partikolari. Bis- somma li tingħata mill-banek, din il-gazzetta fittxet postijiet għall-bejgħ mingħand numru ta' aġenziji ta' proprjetà, sabiex tara x'hemm fis-suq u x'hemm disponibbli. Minħabba li l-ammont li jingħata huwa l-massimu tas- self, jingħata bil-kundizzjoni li l-post ikun finished u abitabbli. L-ILLUM għamlet eżerċizzju sabiex tara x'tip ta' postijiet u f 'liema lokalitajiet din il-persuna tkun tista' tixtri d-dar tagħha. Għaldaqstant, ġew ikkunsidrati biss postijiet li huma mibnija diġà u li wieħed ma jridx jistenna li jinbnew minħabba li jkunu nxtraw minn fuq il-pjanta. Tajjeb li wieħed isemmi li l-banek lanqas biss jikkunsidraw li jagħtu self, jekk ix-xogħol tal-applikant ikun fuq bażi ta' kuntratt li jiġġedded xahar b'xahar, li n-numru tagħhom jgħaqqad il-mijiet. Il- banek jispeċifikaw ukoll li dawn l-ammonti li joffru, jingħataw bil-kundizzjoni li l-applikanti ma jkollhomx self ieħor li jridu jħallsu fl-istess perjodu, u li jkunu għaddew mit-testijiet interni tal-banek. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-ammonti ta' self li jingħataw, ikollhom ikunu ferm inqas. Fl-ewwel sitwazzjoni, din il-gazzetta talbet l-ammont ta' self li tingħata persuna single ta' 29 sena li taħdem bħala għalliem li taqla' €18,000 fis-sena. Għalhekk, ittieħdet medja tas-somom mogħtija mill-banek, u ħareġ li din il- persuna tingħata self ta' €92,300 li l-ammont irid jitħallas lura f '36 sena. B'din is-somma ta' self, il-postijiet disponibbli kienu limitati kemm fid-daqs tagħhom u anke fil-lokalitajiet, bil-maġġoranza tal-postijiet abitabbli f 'dak il-limitu ta' prezz ikunu f 'żoni bħal Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar. Ħafna minn dawn il-postijiet b'dan il-prezz kienu jinkludu biss kamra tas-sodda waħda, kċina, kamra tal-banju u spazju żgħir bħala salott jew kamra tal-ikel. Fit-tieni każ, intalab l-ammont aprossimattiv ta' kemm jingħata self lil koppja ta' 30 u 32 sena rispettivament. Il-mara, li taħdem bħala segretarja, taqla' paga ta' €15,000 fis-sena, u r-raġel li huwa sales executive jaqla' €22,000 kull sena. Dawn l-ammonti, minkejja li mhumiex żgħar u konservattivi, jirrappreżentaw ammont sostanzjali ta' koppji f 'dawk l-etajiet. Lil din il-koppja, it-tliet banek lesti joffrulhom somma, li l-medja tagħha hija €214,500 u trid titħallas lura fuq perjodu ta' 33 sena. B'dan l-ammont, din il-gazzetta għamlet tfittxija għal propjetà fejn sabet għażla ferm iktar wiesgħa ta' lokalitajiet u tipi differenti ta' proprjetà disponibbli minn dik li sabet għal persuna waħedha. Hawnhekk, kien hemm varjetà ta' postijiet, minn appartamenti, għal daw sħiħa, maisonettes u penthouses. Il-lokalitajiet ukoll kienu varji, b'postijiet fil-Belt Valletta, Marsaskala, in-Naxxar, Ħ'Attard, Ħal Balzan, San Pawl tat-Tarġa u Ħal Qormi. Il-maġġoranza ta' dawn il-postijiet kellhom bejn żewġ jew tliet kmamar tas-sodda, żewġ kmamar tal-banju, f 'xi każi terrazzin u anke xi minn daqqiet garaxx. Peter Briffa 29 sena, Għalliem €18,000 Bank 1: €203,500 fuq 33 sena Bank 1: €86,000 fuq 33 sena Bank 3: €220,000 fuq 33 sena Bank 2: €220,000 Bank 2: €95,000 1. Buġibba Appartament 2 kmamar tas-sodda €92,000 2. Tarxien Maisonette 1 kamra tas-sodda bil-bitħa €91,000 3. Isla Appartament 2 kmamar tas-sodda €90,000 Sharon Gafa' 30 sena, Segretarja €15,000 Kurt Saliba 32 sena, Sales Executive €22,000 1. Marsaskala Maisonette 3 kmamar tas-sodda bit-terrazzin €209,000 2. Ħ'Attard Appartament 3 kmamar tas-sodda bil-lift €210,000 3. Ħal Qormi Terraced house 2 kmamar tas-sodda bil-bejt €204,000 Olandiża ta' 61 sena tilfet ħajjitha f 'Kemmuna ILBIERAĦ għall-ħabta ta' 12:10pm, intalbet l-ghajnuna tal-Pulizija ġewwa Kemmuna minħabba li persuna kienet intilfet minn sensiha waqt li kienet qiegħda tgħum. Mill-ewwel stħarriġ li sar mill-Pulizija ta' Kemmuna rriżulta li mara min- Netherlands li għandha 61 sena, għal xi raġuni sabet ruħha f 'diffikultà waqt li kienet qiegħda tagħmel snorkeling fl-inħawi bejn il-Blue Lagoon u l-bajja magħrufa bħala Tal-Ħmara. Il-mara ttellgħet l-art minn xi għaddasa li f 'dak il-ħin kienu fuq luzzu għaddejjin mill-viċinanzi u wara ngħatat l-ewwel għajnuna mill-membri tal- ERRC. Ftit wara hija ġiet meħudha l-Isptar Mater Dei permezz ta' helicopter, fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta. Il-Maġistrat tal-Għassa kienet infurmata dwar il-każ fejn ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Bank 3: €96,000 fuq 36 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016