Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum Bejn proposta u oħra: X'qed jgħidu ż-żewġ unions Il-proposti tal-GWU u l-UĦM għall-baġit...l-ILLUM tikkumpara Minn Albert Gauci Cunnigham SA nhar il-Ħamis li għadda kienu daħlu ż-żewġ settijiet ta' proposti li qed jagħmlu r-rappreżentanti tal- ħaddiema, primarjament il-General Workers Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin-Voice of the Workers. L-ILLUM tat ħarsa estensiva lejn iż-żewġ settijiet ta' proposti u bejn proposta u oħra sabet li minkejja l-bruda u d-differenzi li jista' jkun hemm bejn dawn iż-żewġ unions, fil-proposti qegħdin ftit jew wisq jitkellmu l-istess bl-istess lingwaġġ. Din il-gazzetta qabdet ftit mit-temi li huma komuni bejn iż-żewġ unions u oħrajn li mhumiex u tagħti ħarsa ħafifa lejn dak li qed jitolbu l-akbar żewġ unions f 'pajjiżna, li bejniethom jirrapreżentaw eluf kbar ta' ħaddiema minn kull qasam. Kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM jirrikonoxxu l-fatt li pajjiżna bħalissa għaddej minn fażi ekonomika pożittiva ħafna. Il- GWU hija iktar pożittiva u ssemmi l-aħħar ċifri pożittivi ta' tk- abbir qawwi li qed jesperjenza pajjiżna kif ukoll rati baxxi ta' qgħad. Il-UĦM hija aktar kawta u tfakkar li t-tkabbir is-sena d-dieħla se jkun b'rata inqas. Il-GWU titlob li dan il-ġid jintlaħaq minn kulħadd, imma ma tipproponix kif dan għandu jsir. Il-UĦM titlob li jkun rivedut il-Household Budgetary Survey biex jirrifletti aħjar il-bżonn tal-lum u li l-Gvern ikun iktar innovattiv, milli jbigħ il-pass- porti meta joħloq niċċeċ ekonomiċi ġodda. Il-UĦM qed tipproponi li l-leave tal-mard tas-sena ta' qabel li ma jkunx ġie utilizzat, jingħata biss fis-sena ta' wara f 'każ ta' mard serju fit-tfal jew il-qraba tal-ħaddiem. Kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM qed jipproponu li jiżdied il-benefiċċju tal-inwork benefit biex ikun assigurat li min qiegħed fid-dinja tax-xogħol, jibqa' jkun ippremjat. Kemm il-GWU u anke l-UĦM, iżommu 'l bogħod milli fil-fatt jipproponu żieda fil-paga minima, kwistjoni li reġgħet qamet wara r-rapport tal-Caritas iktar kmieni din is-sena. Iż-żewġ unions jaqblu iżda li l-Gvern għandu jistud- ja l-possibbiltà li tkun stabbilita living wage, jew il- paga meħtieġa biex persuna tkun tista' tgħix ħajja diċenti u jkollha dak kollu li huwa bażiku. Iż-żewġ unions tal-ħaddiema jaqblu li għandu jingħata rimedju għall-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Il-GWU qed tesiġi li fid-dawl ta' riżultati ekonomiċi tajbin ħafna, il-Gvern għandu jerġa' jagħti lura dawn il-festi bħala ġranet leave lill-ħaddiema. Il-UĦM qed titlob, minflok, li kollox jibqa' kif inhu u l-Gvern jagħti kumpens li jvarja minn minimu ta' €90 sa massimu ta' €200, skont id-dħul tal-ħaddiema. Dwar dan il-qasam, iż-żewġ union qalu ftit li xejn. Kemm il-GWU u anke l-UĦM jirrikonoxxu li kien hemm titjib fit-trasport pubbliku. Il-GWU titlob għal aktar xelters, filwaqt li l-UĦM tisħaq dwar l- importanza ta' strateġija dwar it-trasport. Iż-żewġ unions għandhom proposti interes- santi dwar il-leave tal-mard. Il-GWU qed tip- proponi l-introduzzjoni tal-leave mediku, li jmur oltre mill-leave normali tal-mard u li jingħata lil dawk li għaddejjin minn kura tal- kanċer, jew mard simili. Il-GWU qed tipproponi żieda fil-pensjoni kontributorja b'mod ugwali għal kulħadd, li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja jkun l- istess għal kulħadd u li l-inċentivi għal min irid jibqa' jaħdem wara l-età tal-irtirar ikunu estiżi għal dawk fis-settur pubb- liku wkoll. Il-UĦM qed tinsisti li tkun introdotta l-pensjoni tax-xogħol (Second Pillar Pension), jiġifieri li jkun hemm żieda fil-bolla biex issostni l-bidliet demografiċi. Tipproponi wkoll li jkunu indirizzati anomaliji kontra dawk li bdew jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979 u li l-inqas pensjoni m'għandhiex tkun inqas mill-paga minima. Ekonomija Żieda fil-paga minima In work benefit Festi Pubbliċi Trasport Sick Leave Pensjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016