Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum fid-dinja ta' kull żmien Sports 35 l-kritika mis-segwaċi tal-futbol għaliex ma jiċċaqalqux, iżda ma jistgħux ikunu jafu kemm ituk għajnuna fuq azzjonijiet fil-kaxxa u bis-saħħa tal- goal-line technology, huma stess jistgħu jikkonċentraw fuq l-offsides u anke fuq azzjonijiet li jseħħu fil-kaxxa. U rigward il-goal-line technology? Ovvjament, tgħin ħafna lir-referi u kull ħaga li tgħin lir-referi hija bżonnjuża llum il-ġurnata. X'taħseb fuq is-slow-mo fil-grawnd? Irridu naċċettawha. Qegħdin fl-2016 u hawn ħafna medja soċjali u kameras, allura bilfors rridu napprofittaw minnha. X'tikkummenta fuq l-inċidenti li forsi jistgħu jinqalgħu fil-partiti? Meta jkunu partiti ta' livell għoli, irid ikollok fiduċja fik innifsek u terfa' r-responsabbiltà. Fost dawn il-partiti ta' livell għoli li kkontrollajt fil-karriera tiegħi, kelli s-semifinali tal-UEFA Champions League bejn Barcelona u Real Madrid fl-2011. Kemm huwa importanti l-aspett mentali fir-refereeing? Ħafna. Ħdimt tmien snin ma' mental coach apposta rigward hekk. Fl-ogħla livelli trid ċertu konċentrazzjoni. U l-aspett fiżiku? L-aspett fiżiku tar-referis huwa importanti ħafna wkoll. Illum il-ġurnata, ir-referis huma atleti. Biex nitfagħha f 'perspettiva, ta' 45 sena rreffjajt Barcelona kontra Real Madrid, jiġifieri bejn wieħed u ieħor kelli 20 sena iżjed mill-plejers kollha fil-grawnd! Bħala referi, kif kont tkampa meta tikkunsidra li fil-grawnd kważi kważi kont tkun waħdek? Tħoss li referi jista' jbati minn aspett ta' solitudni fil- grawnd waqt partita? Ma kinitx tkun problema! Jekk dik hija problema, allura għandek tkun plejer tal- futbol. Referi huwa xogħol sabiħ imma trid tkun b'saħħtek mentalment, għaliex hemm ħafna pressjoni fuqek u kontrik ukoll. Waqt il-ħin tal-logħba, kulhadd isir referi u jaħseb li jaf iżjed minnek! Riċentament kien hemm xi kambjamenti fil-'Laws of the Game'. Tista' tispjegalna? Fost il-ħafna li kien hemm, nista' nsemmi meta goalkeeper jiffawlja plejer, u dan mhux bilfors jieħu karta ħamra li naraha xi ħaġa ġusta personalment. Kont involut ukoll fl-assoċjazzjoni tal-futbol Belġjana. X'kien eżattament l-irwol tiegħek hemmhekk? Sentejn ilu kont ir-referee manager fil- Jupiler League tal-Belġju. Is-sena l-oħra kont waqaft minħabba raġunijiet finanzjarji, liema deċiżjoni rajtha bħala deċiżjoni stramba iżda kelli naċċettaha. Issa qiegħed naħdem mal- FIFA bħala kowċ tar-Referis u anke mal-assoċjazzjoni Belġjana tal-futbol. Barra minn hekk, qiegħed naħdem mal-UEFA wkoll bħala osservatur tar-referis. X'taħseb fuq l-andament tal-Belġju waqt Euro 2016? Diżappuntanti ħafna, għaliex din kienet il-ġenerazzjoni tad-deheb tagħna. Issa taħt Roberto Martinez, irridu nirbħu xi ħaġa bilfors għaliex ġewwa l-Belġju kulħadd iħobb il-futbol u lit-tim nazzjonali Belġjan. X'tikkummenta dwar il-livell tar- referis Maltin? Il-livell huwa wieħed tajjeb u naħseb li qegħdin fit-triq it-tajba. Qegħdin jaħdmu f 'ambjent professjonali u naħseb li wasal iż-żmien li jaħdmu ma' kowċis professjonali. Jien nemmen li jekk tkun ma' kowċ professjonali, jgħinek ħafna bħal per eżempju tennista, li jkun waħdu u jkollu kowċ dejjem miegħu. Nemmen li mar-referis, għandna bżonn naħdmu iżjed fuq dawn is-sitwazzjonijiet. Liema tikkunsidra l-aktar logħba importanti li qatt ikkontrollajt fil- karriera tiegħek? Bħala timijiet, Barcelona u Real Madrid bilfors. Barra minn hekk, irreffjajt ħafna logħbiet oħra fosthom AC Milan kontra Manchester United fl-2007, Chelsea kontra Barcelona u Barcelona kontra Inter. Le, ma naqbilx. Meta wieħed jidħol referi, jaf għal xiex ikun daħal. Trid tkun miġnun? Le. Trid tkun preparat? Iva. Meta kont referi jien, kelli t-tim tiegħi, preparatur fiżiku, preparatur mentali, kelli l-fiżjoterapista u ż-żewġ assistenti tiegħi. Il-messaġġ finali tiegħek lejn dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jibdew din il-karriera ta' referi. Il-messaġġ tiegħi għalihom huwa li nħeġġiġhom ikomplu f 'dan l-irwol. Huwa xogħol li jgħinek tkun indipendenti, tkun leader f 'dak li qed tagħmel u jgħinek f 'ħajtek ukoll. Hija esperjenza unika u jekk tkun tajjeb, kapaċi tagħmel karriera wkoll. Ir- refereeing tagħmlu għall-passjoni u mhux għall-flus, dik hija importanti. Jekk tagħmlu għall-flus, iddum biss xahar u ddendel iż-żarbun! Twieled -1 ta' Lulju tal-1966 ġewwa Oudenaarde, l-Belġju Okkupa l-irwol ta' referi mis-sena 1984 u kien ħdan il-panel tal-FIFA mill-1998 De Bleckeere rrea l-ewwel darba t-Tazza tad-Dinja tal-2006 ġewwa l-Ġermanja Ġie maħtur mill-UEFA sabiex ikun fost it-12-il referi li rreaw waqt il-Kampjonati Ewropej tal-2008, u kien inkarigat mis-seminali bejn Spanja u r-Russja Ikkontrolla għal diversi drabi l-konfront magħruf bħala l-'El Clasico', l-UEFA Champions League Frank De Bleeckere "Referi huwa xogħol sabiħ imma trid tkun b'saħħtek mentalment, għaliex hemm ħafna pressjoni fuqek u kontrik ukoll. Waqt il-ħin tal- logħba, kulhadd isir referi u jaħseb li jaf iżjed minnek!" "Meta wieħed jidħol referi, jaf għal xiex ikun daħal. Trid tkun miġnun? Le. Trid tkun preparat? Iva"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016