Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum Intervista 13 l-Air Malta: il-GWU sena wara L-ILLUM tistaqsih imma biex jiċċara jekk hux qed jgħid li ħadd mill-ħaddiema tal-ground handling mhu se jitlef xogħlu. "Meta tkellimna mal-President Emeritu George Abela, qalilna li fost dan is-settur ta' nies, tant naqsu l-ħaddiema li m'hemmx ammonti kbar ta' nies żejda," wieġeb Bugeja li kompla jispjega wkoll kif il-union qed tiddiskuti opportunitajiet oħrajn fejn dawk li jitilfu l-impjieg jew jingħataw taħriġ jew igawdu minn skema ta' rtirar kmieni. "Nemmen," kompla jgħid Bugeja, "li jekk insibu soluzzjoni fuq l-Air Malta bħalma sibna fuq l-Enemalta, mela allura m'għandu jbati ħadd. Hemm ħafna nies kapaċi u f 'każ li jkun hemm min jitlef xogħlu mal- linja nazzjonali, għandna nqabblu l-kompetenzi tiegħu ma' impjieg ieħor fis-settur pubbliku." Huwa jfakkar li l-Gvern wiegħed lill-ħaddiema tal-Air Malta li ħadd mhu se jispiċċa mingħajr impjieg u li kulħadd se jkun garantit il-paga li qed jieħu llum. Qal ukoll li l-Gvern aċċertah, filwaqt li giddeb rapporti fuq mezzi tax-xandir li kienu jgħidu li l-linja nazzjonali tista' tagħlaq u tispiċċa jekk ma jintlaħaqx ftehim sa Ottubru li ġej. Ġustizzja soċjali: Leave Mediku L-aħħar parti tal-intervista ma' Bugeja tiffoka aktar fuq il-proposti għall-baġit li jmiss. Miżura partikolari li Bugeja jisħaq ħafna drabi hija dik tal-leave mediku, tant li mill-bidu tal-intervista kien diġà qed jinsisti li niddiskutu dan il-punt. "Din il-miżura, mill-miżuri kollha li l-GWU qed tipproponi hija għal qalbna ferm għax irridu nuru li għalina l-ġustizzja soċjali hija l-pern u kolonna importanti li fuqha l-GWU kienet, għadha u tibqa' sserraħ." Il-GWU qed tipproponi li persuni li jkunu għaddejjin minn trattament ta' mard serju, fosthom kanċer, jingħataw siegħat aktar ta' leave, li jkunu jistgħu jużaw għal appuntamenti l-isptar jew fi kliniċi. Bugeja spjega li persuni li jkunu għaddejjin b'appuntmenti ta' trattament jkunu jistgħu japplikaw għal dan il-leave speċjali, biex matul dak il-ħin ikunu jistgħu jieħdu t-trattament. "Jekk jaċċetta din il-proposta, il-Gvern ikun qed juri li qed ikompli jgħin lil min qiegħed ibati. Inkunu qed nuru li bħala pajjiż, aħna verament solidali ma' dawk li għaddejjin minn problemi ta' saħħa. U mhux lill-mgħakkes ngħakksuh aktar." M'għandniex problema bil- proposta tal-UĦM Din il-gazzetta u anke l-portal illum.com.mt segwiet mill-qrib proposta oħra tal-GWU, jiġifieri dik li l-festi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jerġgħu jingħataw bħala ġranet leave. Bugeja jfakkar kif meta din il- miżura kienet iddaħlet minn Gvern Nazzjonalista, apparti li l-GWU opponietha bil-qawwi, kienet opponiet ukoll il-fatt li l-miżura kellha tiddaħħal fi ftehim kollettiv li kien diġà ffirmat. "Bħala union dik konna ġġilidnieha ħafna. X'jiġifieri jien qed ninnegozja ftehim kollettiv ma' min iħaddem u jaqbad u jidħol il-Gvern u jimponi, waqt jew wara negozjati magħluqin, miżura li tneħħi numru ta' ġranet mill-leave." Bugeja, reġa' sostna kif diġà għamel mas-sit tagħna li l-GWU se tkompli tipproponi din il-miżura sakemm titwettaq u qal ukoll li "kuntrarjament għal dak li jgħidu l-għaqdiet ta' min iħaddem, din il- kwistjoni mhux waħda magħluqa." S'issa l-Gvern, kemm fuq din il-miżura, kif ukoll fuq oħrajn ftit li xejn qed jikxef karti. Għalkemm huwa mistenni, kif anke nnutat din il-gazzetta tliet ġimgħat ilu, li għall- baġit li ġej, il-Gvern iroxx aktar u juri aktar il-qalb soċjali, li xi ftit jew wisq s'issa ħalla fil-ħabi. B'elezzjoni ftit iktar minn sena 'l bogħod, il- Gvern se jkollu ħafna x'jomgħod fosthom bil-proposti ta' Bugeja, għal dak li se jkun qed jippreżenta f 'nofs Ottubbru. Ritratt: Chris Mangion Josef Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016