Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
Minn Ruben Anthony Xuereb PROJECTS Malta Ltd ħabbret li nhar it-Tlieta li ġej se toħroġ sejħa pubblika sabiex tilqa' proposti għall-proġett biex jindirizza l-problema tat-traffiku u ta' nuqqas ta' parkeġġ li hemm fil-Mosta. Il-proposti għall-dan il-proġett għandom jipprovdu pjanijiet siewja għall-provvista ta' mhux inqas minn 350 spazju għall- parkeġġ kif ukoll il-ħolqien ta' żoni pedonali miftuħa madwar ir-Rotunda tal-Mosta. Fil-Mosta, entitajiet separati jħaddmu 'l fuq minn 7,000 ħaddiem, li qegħdin jirriskjaw li jitilfu l-impjiegi tagħhom jekk il-kummerċ fil-Mosta jonqos minħabba n-nuqqas ta' parkeġġ. Kien għal dan il-għan li Projects Malta immarkat il-Mosta bħala belt li fiha għandu jsir proġett ta' din l-iskala. Bħalissa, ħdejn il-knisja tal- Mosta hemm biss 58 post ta' parkeġġ li minbarra residenti u xerrejja, jridu b'xi mod jaqdu wkoll iċ-ċentru tas-saħħa, li huwa wieħed mill-akbar f 'Malta, li matul l-2015 ġie użat minn 313,845 pazjent. Mistoqsijin dwar il-vijabbiltà ta' dan il-proġett, kemm il-maġġoranza tar-residenti, il-Kunsill Lokali u anke l-Knisja, ilkoll qablu mal-ħtieġa li jkun hemm aktar spazju miftuħ u parkeġġ aħjar. Il-Proposti jridu jilħqu ċerti objettivi biex jiġu kkunsidrati Projects Malta u l-partijiet kollha nvoluti fil-ħolqien ta' dan il-proġett laħqu ftehim li minbarra l-parkeġġ tant bżonnjuż, jinħolqu aktar żoni pedonali miftuħa. Projects Malta kellha diversi seduti mar-residenti, għaqdiet ambjentali, kummerċjanti u anke mal-Kurja li tkellmu għall- interessi tal-knisja stess, li hija waħda mill-aktar monumenti popolari f 'Malta. L-arċidjoċesi ta' Malta infatti, se jkollha preżenza fuq il-bord tekniku, li xogħlu se jkun li jiskrutinja l-proposti sabiex l-interessi ta' kulħadd ikunu salvagwardjati. Sabiex dan il-proġett għall- konċessjoni ta' parkeġġ ikun possibbli, il-Gvern se jagħmel l-art disponibbli sabiex il privat joffri t-tender għall bini u l-operat tal-parkeġġ b'ċens ta' 60 sena. Min jirbaħ il-kuntratt jingħata d-dritt juża s-sotterran u l-propjetà tal-Gvern mingħajr ebda dritt għall-art soprastanti. Infatti fiż-żona fejn se jkun qed jinbena l-parkeġġ, illum jinsabu l-bandli u l-piċċ tal-boċċi, u l-kuntrattur se jkun obbligat li fuq dak li mbagħad isir is-saqaf tal-parkeġġ, jerġgħu jinbnew l-istess piċċ tal-boċċi u faċilitajiet rikreattivi għall- pubblliku, sabiex minbarra parkeġġ, ikun ittejjeb l-ispazju pedonali għar-residenti u turisti. Il-proġett se jkun imqassam fuq erba' żoni Min jirbaħ il-kuntratt, irid ikun wera fl-applikazzjoni tiegħu li se jkun kapaċi jipprovdi mhux inqas minn 350 spazju għall-parkeġġ. Min joħroġ bi pjanijiet innovattivi li joffru aktar spazji, jirbaħ aktar punti favurih, daqskemm anke l-esperjenza fil-bini ta' proġetti simili tiġi kkunsidrata favorevoli. Il-bini propost irid jirrispetta d-dehra tal-knisja u joffri loġistika għat traffiku. Il-Perit Paul Borg spjega li l-proġett se jkun imqassam fuq erba' żoni madwar u viċin il- knisja tal-Mosta. Zona A, se tkun dik fejn illum hemm il-parkeġġ eżistenti ta' 58 karozza. Din iż-żona, trid eventwalment tinbidel f 'waħda pedonali miftuħa. L-applikanti jistgħu jipproponu spazju għall- parkeġġ taħt l-art, sakemm il-livell li jidher mit-triq ikun wieħed miftuħ. Zona B se tkun fejn hemm illum hemm il-bandli u l-klabb tal-boċċi. Din hija l-ikbar żona fejn fiha jista' jkun hemm l-ikbar numru ta' postijeit ta' parkeġġ. Min jirbaħ il-kuntratt, idealment irid jibda' x-xogħol fuq din iż-żona l-ewwel sabiex jipprovdi numru kbir ta' spazji mingħajr ma jintilfu l-58 li hemm bħalissa f 'zona A. Zoni C u D huma żewġ toroq wesgħin viċin tal-knisja li fihom tista' ssir sistema ta' parkeġġ taħt il-livell tat-triq li jżidu n-numru ta 'karozzi li bħalissa jipparkjaw fit-toroq innifishom. Id-dinamika hija li jkun hemm aċċess bejn iż-żoni minn toroq ezistenti u t-talba hija li l-proġett isir f 'fażijiet biex jitnaqqas l-inkonvenjent u jkun funzjonali. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Riedu jpattuhielu Tkompli minn paġna 1 INTANT ilbieraħ l-eks President tal-Partit Laburista Emanuel Cuschieri, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li l-każ Panama kien biss paraventu għar-raġuni tal-ħidma tiegħu biex in-nomina ta' Brincat tfalli. Cuschieri, f 'kummenti mal-ILLUM, jakkuża lill-PN li għamel gwerra sħiħa kontra Brincat biex ipatthielu talli kien hu li kixef l-istorja taż- żieda li ħadu l-eks Ministri Nazzjonalisti bil-moħbi u talli kien grazzi għalih li nkixef l-iskandlu taż-żejt, żvelat qabel l-aħħar elezzjoni u li għamel ħsara kbira lill-PN. Fil-fatt, kienet tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tal-istess Brincat nhar it-8 ta' Diċembru 2010 li kixfet kif f 'Mejju 2008, il-Kabinett dakinhar immexxi minn Lawrence Gonzi kien ħa deċiżjoni li hu stess flimkien mal-Ministri tiegħu u s-Segretarji Parlamentari jieħdu żieda ta' €8,000 fl-onorarja. Il-Gvern ta' Gonzi kien ħa din id-deċiżjoni fl-istess żmien li kien għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Imma Brincat kien ukoll il-persuna li kiteb lill-Awditur Ġenerali u staqsieh biex jibda jinvestiga x-xiri kollu taż-żejt mill-Korporazzjoni Enemalta taħt il-Gvern preċedenti. Hu kien għamel akkużi ta' nuqqas ta' trasparenza fil-konfront tax-xiri taż-żejt. Dan kollu wassal biex kien żvelat il-każ tax-xiri taż-żejt, li ħalla Partit Nazzjonalista diġà elettoralment għajjien, imbenġel waħda sew. Meta tkellem magħna, Cuschieri qal li hija probabbli li l-PN sabu din l-opportunità biex ippattuha lil Brincat, tal-ħsara politika li għamel lill-PN meta ħa dawn iż-żewġ inizjattivi. 350 parkeġġ ġdid fil-Mosta