Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

IMWIELED fl-1 ta' Lulju tal-1966, Frank De Bleckeere huwa eks referi Belġjan meqjus fost l-aqwa li qatt ipproduċa l-futbol mondjali. Huwa okkupa l-irwol ta' referi mis-sena 1984 u kien fi ħdan il-panel tal-FIFA mill-1998. De Bleckeere rreffja l-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 ġewwa l-Ġermanja, wara li kien għadda b'mod drammatiku minn test tal-fitness wara injury li kien sofra. Huwa ġie maħtur mill-UEFA sabiex ikun fost it-12-il referi li rreffjaw waqt il-Kampjonati Ewropej tal-2008, fejn fost l-oħrajn, kien inkarigat mis- semifinali bejn Spanja u r-Russja, b'tal- ewwel jikkwalifikaw għall-finali. Id-debutt fix-xena internazzjonali għamlu fl-24 ta' Marzu tal-2001, meta rreffja l-partita bejn Ċipru u r-Repubblika tal-Irlanda, partita valida mill-kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad- Dinja tal-2002. Fl-2005, huwa kien inkarigat mill- FIFA sabiex jirreffja l-finali tat-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena bejn il-Messiku u l-Brażil. F'dak it-turnew, ir-referi Belġjan kien irreffja xejn inqas minn ħames partiti. Sena wara, huwa rreffja l-konfront bejn it-Turkija u l-Iżvizzera, validu mill- kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad-Dinja tal-2006. Naturalment, dawn il-konfronti u l-prestazzjonijiet eċċellenti tiegħu kienu ta' benefiċċju għalih sabiex jakkwista l-fiduċja mill-Panel tal-UEFA u l-FIFA u jiġi maħtur għall-appuntamenti ta' iżjed prestiġju, fosthom il-UEFA Champions League, il-UEFA Super Cup, il-Kampjonati Ewropej u t-Tazza tad-Dinja. De Bleckeere kellu ljieli importanti anke fl-ogħla kompetizzjoni dinjija f 'livell ta' klabb, il-UEFA Champions League. Fost il-partiti li ġie maħtur biex jikkontrolla nsibu l-kwarti tal-finali tal- 2005 bejn Liverpool u Juventus, bir-Reds joħorġu rebbieħa, fejn f 'dak l-istaġun kienu anke rebħu din il-kompetizzjoni, il-konfront klassiku bejn Chelsea u Barcelona fl-istaġun 2006/2007 u anke s-semifinali memorabbli bejn AC Milan u Manchester United tal-istess staġun, fejn għal darb'oħra rreffja tim li eventwalment spiċċa ġie nkunurat champion tal-Ewropa, jiġifieri AC Milan. Fl-istaġun ta' wara, huwa kien appuntat referi f 'żewġ konfronti bejn klabbs Taljani u Ingliżi. Insibu l-ewwel il- konfront bejn Liverpool u Inter, mirbuħ minn Liverpool fejn fost l-oħrajn kien keċċa lil Marco Materazzi wara nofsiegħa logħob u t-tieni konfront kien dak bejn Roma u Manchester United. Lit-tim ta' Manchester United reġa' rreffjahom sena wara, meta f 'Ottubru tal-2008, huwa rreffja l-konfront Brittaniku bejn Manchester United u Celtic. Irreffja lil Barcelona żewġ staġuni fuq xulxin ukoll, hekk kif fl-istaġun 2009/2010 kien ikkontrolla l-partita bejn Barcelona u Inter, fejn rat lil dawn tal- aħħar jikkwalifikaw għall-finali filwaqt li sena wara, huwa kien inkarigat minn semifinali oħra - dik kontroversjali bejn Barcelona u Real Madrid. De Bleckeere rreffja anke l-finali tas- Super Cup Ewropea fis-sajf tal-2008, meta Barcelona kienu ħarġu rebbieħa fuq l-Ukreni ta' Shakthar Donetsk. Fost l-appuntamenti internazzjonali li kien involut fihom, De Bleckeere, kien bla dubju ta' xejn protagonist fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, meta rreffja xejn inqas minn erba' partiti. Dawn kienu l-konfront minn Grupp C bejn l-Arġentina u l-Kosta tal-Ivorju, Kroazja u Ġappun minn Grupp F, il- konfront bejn l-Ingilterra u l-Ekwador u kkonkluda bil-kwarti tal-finali bejn l-Italja u l-Ukraijna, mirbuħa mit- Taljani bl-iskor ta' 3-0, biex imbagħad baqgħu telgħin sal-finali ta' Berlin u eventwalment ġew inkurunati champions tad-dinja. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Sempliċi. Missieri u n-nannu tiegħi kienu jirreffjaw. Jien lgħabt sakemm kelli 18-il sena u wara li kont weġġajt, waqaft mill-futbol milgħub u bdejt nirreffja. Nammetti li kienet deċiżjoni għaqlija u m'għandi l-ebda dispjaċir fuqha. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq ir- referis addizzjonali? Naqbel. Meta kont referi fl-2011, kont ipproponejt din l-idea u ntogħġbot. Għandek iżjed referis, allura hemm iżjed għajnejn. Ovvjament, jieħdu illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Cristian Antony Muscat Frank De Bleeckere - eks referi Belġjan meqjus fost l-aqwa li qatt ipproduċa l-futbol mondjali Fost l-aqwa referis fid-dinja Sports 34 "Ir-refereeing tagħmlu għall- passjoni u mhux għall-flus. Jekk tagħmlu għall-flus, iddum biss xahar u ddendel iż-żarbun!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016