Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
WAQT seminar pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja mtella' mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, il-Ministru Helena Dalli nediet konsultazzjoni pubblika dwar liġi ġdida li se timplimenta b'mod sħiħ il-Konvenzjoni ta' Istanbul. Il-Konvenzjoni li kienet ratifikata mill-Gvern Malti fl-2014 tobbliga lill-Istati Membri biex jassiguraw li l-liġijiet tagħhom joffru protezzjoni u rimedji adegwati lill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll lill- vittmi ta' vjolenza domestika. L-abbozz ta' liġi se jkun qiegħed isaħħaħ il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika filwaqt li jistabbilixxi prinċipji bażiċi kontra l-vjolenza. Se jkun qiegħed jemenda numru ta' liġijiet fosthom il-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi Ċivili li jassiguraw li l-offiżi kkontemplati mill- Konvenzjoni huma kkundannati mil- liġijiet Maltin u jagħtu rimedju adegwat. Fl-indirizz tagħha fil-ftuħ tas-seminar, il-Ministru għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-abbozz jindirizza l-vjolenza minn perspettiva ta' drittijiet tal- bniedem u l-prinċipji ta' ugwaljanza u non- diskriminazzjoni. Il-Ministru Dalli semmiet kif il-proposta ta' liġi tirrikonoxxi li l-vjolenza tieħu forom varji, u li kulħadd jista' jisfa vittma tal- vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u għaldaqstant tipprovdi għal kull istanza tal-istess vjolenza. Dalli spjegat kif fost l-aktar proposti importanti li qed jipproponi l-Ministeru, hemm l-introduzzjoni ta' ordnijiet ta' protezzjoni b'emerġenza, fejn il- Pulizija se jkunu jistgħu joħorġu b'mod temporanju lill-agressur mir-residenza komuni li jkollu mal- vittma. Dan isir f 'każ fejn il-vittma tkun qiegħda f 'sogru imminenti. Il-Ministru Dalli qalet li filwaqt li huwa importanti li ssir ġustizzja ma' min sofra l-vjolenza, irid ikun assigurat li l-agressur jingħata l-għajnuna u t-trattamenti neċessarji biex jirriforma ruħu. F'dan ir-rigward, il-Ministru Dalli ħabbret li se tkun qed titfassal strateġija nazzjonali li tikkumplimenta dan l-abbozz ta' liġi sabiex il- ġenerazzjonijiet li ġejjin jgħixu f 'soċjetà aktar sigura u kemm jista' jkun ħielsa mill-abbuż. "L-abbozz ta' liġi llum qegħdin nippreżentawh biex naraw li traġedji li seħħew fil-passat ikunu evitati, biex il-familji t'għada ma jbatux daqs il-familji tal-bieraħ u biex il-vittma li ma sabitx għajnuna konkreta lbieraħ issibha llum" enfasizzat Dalli. Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni dwar il- Vjolenza Domestika Joe Gerada semma' kif fis-snin li ġejjn, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ser tkun qed tissaħħaħ u tieħu rwol ħafna iktar importanti fil-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kollha kemm hi. "Dan hu żvilupp importanti ħafna għalina, għaliex il-vjolenza abbażi tal-ġeneru ma tillimitax ruħha għall-kuntest domestiku biss," sostna s-Sur Gerada. Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016| illum 3 Se jibdew jinħarġu ordnijiet ta' protezzjoni b'emerġenza Il-Gvern se jfassal strateġija nazzjonali kontra l-vjolenza domestika Sejba ta' 4kg droga kannabis minn Sqallija ĦIDMA mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga flimkien mas-Sezzjoni tal-Klieb tal- Pulizija permezz tal-kelb Ceaser, tat il-frott hekk kif instabu madwar erba' kilos pjanta tal-kannabis. L-imsemmija sejba saret wara ħidma fit-tul li bdiet minn Sqallija. It-tfittxija ġewwa pajjiżna bdiet hekk kif il-vettura li fiha nġarret u nstabet id-droga niżlet minn fuq vapur tal-passiġġieri. Il- karozza kienet misjuqa minn mara Maltija ta' 41 sena residenti Ħal Luqa. Żewġt irġiel ta' nazzjonalità Niġerjana ta' 27 u 28 sena rispettivament u residenti Ħal Luqa wkoll, ġew arrestati b'rabta mal-każ. Dawn it-tliet persuni tressqu l-Qorti quddiem il- Maġistrat tal-Għassa b'akkużi ta' importazzjoni, pusses u assoċċjazzjoni sabiex isir reat. Il-mara ta' 41 sena ingħatat il-libertà proviżorja, filwaqt li ż-żewġ irġiel ta' nazzjonalità Niġerjana nżammu taħt arrest preventiv. Aħbarijiet