Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum tissikka u Busuttil iktar diviżiv U din in-norma ma bdietx malli tela' Muscat fil-Gvern. Franco Debono kien ħadha qatta' bla ħabel kontra l-PN fuq bosta temi u punti, ivvota kontra l-Gvern u fetaħ baraxx ta' kritika li f 'mumenti ġabet lill-Gvern ta' Gonzi għarkupptejh. Dakinhar, ħadd mill-PN ma stenna li Debono jimxi mas-sewwa. Anzi, nfetħu l-bibien tal- odju u tal-attakki personali b'għan wieħed: li jkissruh u jeliminawh. L-istess ġara lil Jeffrey Pullicino Orlando, b'attakki kontinwi u kkordinati fuqu u fuq dawk kollha madwaru u, anke jekk b'inqas intensità, fuq it-tabib Jean Pierre Farrugia u Jesmond Mugliett. Dan biex ma nsemmux l-attakki fuq John Dalli b'għan wieħed ukoll: li jeqirduh minn wiċċ id-dinja. U biex ma nsemmux ukoll lil kull min azzarda fetaħ ħalqu favur il-Partit Laburista u li kien jassoċja lilu nnifsu ma- PN qabel l-aħħar elezzjoni. Għalhekk, il-PN ikun verament ħati ta' double standards jekk issa qed jippretendi li l-poplu jħossu xxukkjat jew ikun f 'sintonija miegħu fi qbil li Brincat ma kellux jintagħżel għax ivvota mal-Gvern fuq il-kwistjoni tal- Panama. Għax sa ftit ilu biss, kien l-istess PN fil-Gvern li kien qed jipprova litteralment ikisser lil kull min ma bediex jikkonforma man-normi tiegħu, anke jekk in-normi tiegħu kienu meqjusin korrotti u maħmuġin minn firxa wiesgħa ta' nies. Ma tistax tbiddel il-kejl tiegħek b'tant veloċità fi żmien tant qasir u tippretendi ċapċip minn min mhux se jinsa malajr. L-argument tat-'tradiment' huwa popolari... Anke jekk wieħed jista' jikkunsidrah bħala infantili, l-akkuża li l-MPE qed 'jittradixxu' lil pajjiżhom u li għall-PN, il-partit jiġi qabel il-pajjiż qed taqbad ħafna. Il-fatt li din id-darba l-PN ħareġ b'qawwa liema bħalha, fuq quddiem bil-Kap b'kollox, biex jispara l-kanuni kollha fuq il-kandidat Malti, imbagħad biex tgħaxxaq jiġu ppubblikati ritratti li jagħtu impressjoni ta' sens ta' sodisfazzjon li Malta ġiet umiljata, mhi qed tinżel tajjeb assolutament xejn ma' firxa wiesgħa ta' nies, speċjalment ma' firxa kbira ta' Laburisti xettiċi li Busuttil kien qed jittama li jattira lejh. Tajjeb jew ħażin, il-'Malta l-ewwel u qabel kollox' ta' Mintoff għadha tidwi fost in- nies. Il-'Malta l-ewwel u qabel kollox', hija għajta Mintoffjana li saret biex tappella għas-sens ta' nazzjonaliżmu (xi kultant barra minn loku jew eżaġerat) li jħossu l-Maltin għall- pajjiżhom u anke fost in-nies f 'diskorshom, fit-triq. Nagħtu eżempju. Kemm- il darba tisma' Maltin jikkritikaw fuq li jikkritikaw lill-pajjiżna. Imma mbagħad, l-istess nies, malli barrani jikkritika lil pajjiżna, jibdew joqomsu. Dan jixhed mentalità li bejnietna ma fiha xejn ħażin li nikkritikaw, imma li lil hinn minn xtutna rridu nidhru ħaġa waħda, 'biex ma npaxxux lin- nies.' Din hija linja ta' ħsieb, pjuttost prevalenti, fost firxa kbira ta' nies u mhux biss fejn jirrigwarda politika. Il-Partit Laburista qed iserraħ ħafna fuq din il-linja ta' ħsieb u għalhekk jista' jipproġetta lill-MPE Nazzjonalisti u l-PN bħala nies u partit li qed jaħdmu kontra l-interessi ta' Malta, basta fil-proċess jingħata gambetti l-Gvern. Imsaħħin l-għeruq...rebħa Nazzjonalista Bla dubju ta' xejn, il-vot kontra Brincat ta impetu qawwi lill-PN u l-kritiċi l-aktar voċiferi tal-Gvern. B'hekk, din il-ġimgħa Busuttil se jiċċelebra fuq il-Fosos, fuq mewġa ta' kunfidenza li tatu dik li l-PN qed iqisha bħala rebħa oħra għalih, u daqqa ta' ħarta oħra f 'wiċċ il-Gvern. Il-PN se jkollu bżonn l-enerġija u l-ħeġġa kollha ta' eluf ta' partitarji li issa ormai, ilhom f 'election mode għall- aħħar sentejn u li se jkun fihom li Busuttil jiproġetta immaġini ta' Kap b'saħħtu, qabel elezzjoni li tista' tirrendih irrelevanti. Minkejja dan iżda, lil hinn mill-bużżieqa tal-hardcore, Busuttil qed jidher ukoll bħala wisq diviżiv, konfrontattiv kif ukoll negattiv. Kontra dak kollu li huwa Laburist, moħmi f 'mentalità tribalistika fejn l-assolutiżmi jirrenjaw u politiku li qed jesporta l-partiġġjaniżmu sfrenat tal- każin politiku lejn l-Ewropa. It-temperatura politika fost in-Nazzjonalisti issa hija tant għolja, u l-aspettativi magħha, li għal Busuttil l-elezzjoni li jmiss hija 'do or die'. Rebħa jew barra bid-daqq. "Sa ftit ilu biss, kien l-istess PN fil-Gvern li kien qed jipprova ikisser lil kull min ma bediex jikkonforma man-normi tiegħu, anke jekk in-normi tiegħu kienu meqjusin korrotti" il-Portugiża qalet li din hija kwistjoni ta' prinċipju u għalhekk Malta għandha tirtira lil Leo Brincat milli jkompli bin-nomina. Każijiet fil-passat juru li membri fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri għaddew bid- deċiżjoni finali tal-Kunsill tal-Ministri anke meta kienu rċievew vot kontra tal- Parlament Ewropew. Fosthom f 'April li għadda stess meta n-nominat Polakk Janusz Wojciechowski m'għaddiex mill-għarbiel tal-Parlament Ewropew iżda ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri. Ta' Leo Brincat kienet l-ewwel darba li d-delegazzjoni Maltija fil-Parlament Ewropew ma vvutatx kollha b'mod magħqud favur il-kandidat Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016