Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Għawdex 14 Għawdex Djamant, imma... Minn John Busuttil IDDEĊIDEJT li nibda rubrika fuq din il-paġna fejn fiha barra li nfaħħar u napplawdi dak li hu tajjeb, nitfa' ftit melħ ukoll li forsi jweġġa' jekk isib xi ferita, iżda forsi wkoll li jfejjaq il-ferita. Għax f 'dak kollu tajjeb dejjem issib l-IMMA... Issa se jeħduna bil-ferrovija Għawdex donnu dejjem jinbidel minn ġurnata għall- oħra. Il-politiċi Għawdxin ġejjin minn liema naħa ġejjin ukoll dejjem jibdlu l-ħarsa tagħhom lejn Għawdex, inkella l-lenti daqqa jkabbruha u daqqa jnaqssuha skont iż-żmien. Bħal dejjem qabel kull bidu ta' kampanja, il-kapijiet jibdew ixejru l-karrotta quddiemhom u l-assoċjazzjonijiet taż- żgħażagħ Għawdxin (li jkunu għadhom neqsin mill-esperjenza) jilqgħuhom b'idejhom miftuħa. Għalkemm malli jgħaddu x-xhur jindunaw li f 'idejhom jibqgħalhom biss karrotta misjura u tinten. Simon ħolom bil-ferrovija, il-GUG qalulu 'Yesss grazzi'. Tafu ħbieb li din biex issir irid l-ewwel jirbaħ il-Gvern Simon, imbagħad jgħaddu snin ta' studju ta' kemm se jkun se jiswa l-proġett, wara jibda l-istudju ġeoloġiku, imbagħad naħsbu fit-tenders ta' min se jħaffer fil- qiegħ tal-baħar u min se jibni l-ferrovija? Taf li sa ma jgħaddi dan iż-żmien kollu, intom l-istudenti tal-lum tafu tkunu nanniet? Issa smajna wkoll li fuq in- naħa l-oħra se jgħaddu l-vapuri lil Gozo Ferry Ltd u tispiċċa l-kumpanija Gozo Channel. Fl-opinjoni tiegħi dawn huma 'musical chairs' biex taparsi qed noħolqu xi ħaġa ġdida. Wara kollox, il-vapuri tal-Gozo Channel, dejjem kienu tal- Gozo Ferries Ltd. Forsi l-kelma 'ferries' hi aktar 'sexy' u tagħti x'wieħed jifhem li fiha se tiħdol il-'fast ferry'. Iżda tgħaġġlux studenti Għawdxin qabel tibdew iċċapċpu, għax għadna nistudjaw jekk nagħmlux tliet waqfiet: San Pawl il-Baħar, Tas- Sliema, u l-Belt Valletta...inkella nagħmluhiex. U żommu ftit għax bħal speċi kien se jaħrabli. Minbarra ż-żgħażagħ, l-aktar li għafsu fuq il-mina kienu l-GBC (ll-kamra tal-Kummerċ Għawdxija) li ma naħsibx li tinteressahom il-ferrovija, għax dawn jinteressahom li l-merkanzija titwassal minn Għawdex lejn Malta u viċi versa bit-trakkijiet tagħhom, jekk ma ssirx xi ferrovija li tgħabbi t-trakkijiet fuqha. Jekk le, Simon xorta se tibqagħlu l-problema tan-negozjanti bil-ferrovija. Sadanittant nistennew li lejliet l-elezzjoni, Muscat iħabbar li l-istudji bdew...bil-ħaqq suppost dawk kellhom jibdew dan ix- xahar, f 'Settembru, u għadni ma smajt xejn dwarhom. Iż-żibel ma wiċċek fuq il-Gozo Channel (Ferry) U la qegħdin fuq il-ferrovija, il-Gozo Channel u l-Gozo Ferry, ta' min isemmi l-fatt kif fit-tmienja ta' filgħodu, quddiemek issib ferrovija ta' żibel, it-trakk enormi tal- Wasterserv, b'riħa tax-Chanel li tħallik bla nifs. Wara nofsiegħa pparkjat warajh taħt xemx tiżreġ nistenna l-vapur ġej biex jgħabbini b'riħa taqsmek ta' żibel, insib ruħi pparkjat biswit din il-ferrovija taż-żibel b'riħa li mliet garaxx sħiħ. Il-vapur lejn Għawdex kellu jgħabbi l-ewwel numru ta' turisti li jkunu telgħin Għawdex. Naħseb li din il-ferrovija taż-żibel għandha titgħabba mal-vapur tal-merkanzija, inkella ma' dak tal-5 ta' filgħodu u mhux ma' tat-8am. Dan ukoll meta ma ssibx xi żewġ ferroviji oħra bit- tiġieġ li wkoll iġagħluk taħseb li qiegħed f 'xi ħanut tal-fwieħa tal-ajruport. Sew it-trakkijiet tal-Wasteserv, tat-tiġieġ, majjali eċċ għandhom dritt jaqsmu l-fliegu iżda għandhom ikollhom vapuri jew ħinijiet allokati għalihom. Il-kampanja Għawdxija tipproduċi raċanċ tal-karozzi Hu sigriet magħruf li Għawdex jew aħjar il-kampanja Għawdxija, barra l-prodotti agrikoli mill-aqwa li toffri, l-għelieqi jipproduċu trakkijiet imkissra u msadda, karozzi mitluqa u kull tip ta' karrijiet jew dgħajjes imfarrka. Huma ħafna l-partijiet f 'Għawdex li ġew mibdula minn kampanja sabiħa għal ċimiterju tar- raċanċ. U dawn issibhom matul Għawdex kollu, speċjalment ħdejn il-heliport, ix-Xewkija u Għajnsielem. U mhux hekk biss, fit-toroq qed jitfaċċaw karozzi abbandunati fil- parkeġġi, fit-toroq residenzjali, mimlijin karti taċ-ċitazzjonijiet Riżultat tad-distrett Għawdxi fl-aħħar elezzjoni Dalgħodu għal San Lawrenz JEKK qiegħed Għawdex bħalissa, aqbad u mur sa San Lawrenz fejn il-Kunsill Lokali qed jerġa' jorganizza Swejjaq, jiġifieri suq żgħir wara s-suċċess kbir li kellu ftit tal-ġimgħat ilu. Swejjaq jagħti l-esperjenza ta' suq artiġjanali li konna naraw fl-antik f 'diversi pjazzez mxerdin madwar Malta u Għawdex. F'din l-edizzjoni se jispikkaw fost l-oħrajn l-ikel tipiku Għawdxi ppreparat minn Ta' Ċangura Folk Group. Ħxejjex u prodotti tal- għalqa minn bdiewa Għawdxin. Xogħol artiġjanali u prodotti oħrajn magħmula lokalment. Peress li din ser tkun attività ta' qabel terġa' tiftaħ l-iskola, il-Kunsill Lokali ħaseb sabiex joħloq 'park' ta' logħob għat-tfal. Ser ikun hemm divertiment għat-tfal bħalma huma Bouncing Castles, Bungee line u l-Mega slide. Dawk kollha li ser jattendu ser ikunu jistgħu jgawdu dan kollu fi pjazza mingħajr karozzi għaliex din l-attività qed issir wkoll bħala parti mill- European Mobility Week, ġimgħa li fiha madwar l-Ewropa kollha jiġi promoss trasport alternattiv biex jitnaqqsu l-karrozzi mit-toroq tagħna. Nies jieklu l-kolazzjon Malti bil-pastizzi f 'San Lawrenz