Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
mal-windscreen u jitħallew hemm biex isebbħu l-ambjent. M'hemm l-ebda skuża li ma jafux bihom għax iċ- ċitazzjonijiet joħorġu. L-unika skuża li smajt kienet li l-pulizija m'għandhomx fejn ipoġġu dawn il-karrozzi abbandunati, allura nħalluhom parti mill- għamara tat-triq. Wasal iż-żmien li dawn il-karozzi, trakkijiet u raċanċ ieħor jiġu mibgħuta għall-iskrapp u mhux jitħallew bħala parti mill- patrimonju Għawdxi. Mhux bilfors li s-suċċess Għawdxi jissarraf f 'maġġoranza Laburista Suċċess ekonomiku, suċċess fit-turiżmu, suċċess fl-infrastruttura, fit-toroq (minbarra fit-triq bejn l-Imġarr u n-Nadur), suċċess fil- kostruzzjoni u 'feel good factor' in ġenerali, jista' ma jfisser xejn għall-partit fil-gvern, għax il-fatti juru li meta wieħed iqis kollox ma' kollox, fl-agħar żmien tan-Nazzjonalisti meta kienu mgħaddsin fil-ħama, xorta rebħu f 'Għawdex b'240 vot maġġoranza, fl- 2013 u tilfu s-siġġu b'mod kontroversjali b'disa' voti bejn Justyne Caruana u Frederick Azzopardi. U meta wieħed iqis li bħala norma ta' kull elezzjoni, il-partit fil-gvern dejjem inaqqas, dan jista' jfisser li n-Nazzjonalisti jkollhom il- maġġoranza ta' voti u siġġijiet, anke jekk forsi mhux bl- ammont mixtieq, imma xorta maġġoranza. Hemm min forsi jgħid li fl-elezzjoni tal-MEPs wara sena li l-Laburisti kienu qed jiggvernaw, il-maġġoranza marret fuq il-Labour, iżda wieħed ma jridx jinsa li fl- elezzjoni li ġejja, il-kaċċa mhux se tkun xi fattur rebbieħ. Għax fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien hemm l-Għawdxi, Clint Camilleri li kien imbuttat mill-FKNK u dan għen biex rebaħ ħafna voti tal-kaċċaturi Għawdxin li fl-elezzjoni li ġejja, jistgħu jivvutaw differenti. Nerġa' ntenni li Anton Refalo għamel xogħlu, ħadem ħafna għal Għawdex u l-Għawdxin u jista' anke jżid fil-voti personali. Iżda l-voti mirbuħa minnu ma jfissrux li jkunu voti mirbuħa mill-PN jew mill- voti ġodda, iżda jistgħu jkunu 'misruqa' minn kandidati oħra Laburisti. Jekk il-Laburisti se jtellgħu żewġ kandidati, min se jkun it-tieni wieħed? Justyne Caruana li kemm ilha segretarju parlamentari żgur li rebħet ħafna u ħafna anzjani f 'Għawdex, jew Franco Mercieca li forsi ftit jissemma iżda l-operazzjonijiet li qed jagħmel bla heda fuq għajnejn l-anzjani Għawdxin żgur li jħallih b'kuntatt kbir ma' ħafna votanti, u fejn tidħol is-saħħa ma jidħol xejn iżjed. Ma ninsewx ukoll lil Joe Cordina li hu persuna maħbuba wkoll mal-Laburisti 'ħomor' Għawdxin u anke mal-votanti moderati. Minn dawn, jistfgħu jibqgħu barra tnejn jew wieħed. Kollox jiddependi jekk il-PN isarrfux il-maġġoranza, żgħira kemm hi żgħira f 'siġġijiet biżżejjed, u jidher li l-akbar problema tagħhom hi n-nuqqas ta' heavyweights bi Chris Said mistenni jilħaq iċ-ċifra ta' 5,000 vot fl-ewwel count, bl- oħrajn kollha jfittxu li jaqsmu l-unijiet ta' Giovanna u dak li jħalli warajh Chris Said. Jista' jkun li jekk (kif qed jissemma ħafna) joħroġ fuq Għawdex, il-kap Simon Busuttil ikun il-garanzija tat-tielet siġġu. F'Għawdex hemm min jgħid li anke jekk Giovanna Debono terġa' tintalab biex toħroġ mal- PN (speċjalment jekk il-każ ta' żewġha jinqata' favur tiegħu sal-elezzjoni), il-PN huma garantiti mit-tielet siġġu għax Giovanna għadha maħbuba sew man-Nazzjonalisti Għawdxin u stmata wkoll mil- Laburisti Għawdxin. Żgur li ż-żewġ naħat għandhom għalqa fertili għaż-żewġ partiti f 'Għawdex. Importanti li ma jwegħdux iżjed wegħdi fiergħa iżda jibdew jitkellmu aktar bil-fatti milli bl-istudju. Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 | illum Għawdex 15 DALWAQT FUQ TVM Għal riklamar fuq il-programm XTRA ikkuntattjaw lil Claire Ciantar fuq: cciantar@mediatoday.com.mt imma... Il-'ferrovija' tal-Wasteserv tfewwaħ il-vapur t'Għawdex u dawk tal-madwar (Il- Ġimgħa 16 ta' Settembru fuq il-ferry tat-8.15 a.m.)