Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391
Sa ftit ta' snin ilu, il-veduta mill-isbaħ ta' Wied iż-Żurrieq kienet titgawda mill- atleti li kienu jieħdu sehem fin-nofs Maratona taż-Żurrieq organizzata kull sena miż-Żurrieq Wolves Athletic Club. Ir-rotta għaldaqstant kellha tinbidel biex issir iżjed mgħaġġla. Din il-bidla fir-rotta kienet tfisser li t-tellieqa ma baqgħetx tgħaddi minn dak il-vjal bil-veduta ta' Wied iż-Żurrieq. Għaldaqstant, Wied iż-Żurrieq se jerġa' jkun protagist fl-edizzjoni ta' din is-sena hekk kif din il-veduta kienet riprodotta fid-disinn tal- medalji għar-4 edizzjoni ta' l-Express Trailers Żurrieq Half Marathon u 10k li se ssir nhar it-13 ta' Novembru 2016. Fil-fatt, wieħed mill-aspetti ewlenin li kkaratteriżżaw din it-tellieqa minn mindu bdiet il-kollaborazzjoni bejn Żurrieq Wolves Athletic Club u Express Trailers kien id-disinn tal-medalji li jingħataw lil kull atleta li jieħu sehem u jtemm din it-tellieqa. Matul l-aħħar tliet edizzjonijiet fil-fatt, id-disinn tal-medalji dejjem kellu bħala suġġett post speċifiku u li jingħaraf li b'xi mod għandu rabta mal-lokalità taż-Żurrieq jew l-inħawi tiegħu. Fost dawn kien hemm il- mitħna tax-Xarolla (2013), it-Torri ta' Bubaqra (2014) u l-Blue Grotto (2015). Dawn il-medalji b'hekk, qed isiru wkoll oġġett li jiġġemma' speċjalment fost dawk li jieħdu sehem f'din it-tellieqa kull sena. Dan jgħin ukoll biex iħeġġeġ lill-istess atleti jerġgħu jieħdu sehem fl-edizzjonijiet li jkun imiss ħalli jkompli jgħaqqdu din il-kollezzjoni. "Din it-tellieqa mhux biss qed tikber fl- attendenza iżda wkoll fl-aspetti ta' loġistika u organiżżazzjoni u kuntenti li bħalma sar fl- edizzjonijiet ta' qabel, il-medalji ta' din is-sena se jkunu qed juru post speċjali b'rabta maż- Żurrieq – Wied iż-Żurrieq – post li kien ukoll jifforma parti mill-edizzjonijiet ta' qabel ta' din in-nofs maratona," qal Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta' Express Trailers. Il-medalja ta' din is-sena kienet disinjata mid-disinjatur Pawlu Mizzi li nzerta kellu wkoll l-opportunità li jieħu sehem f'edizzjonijiet li għaddew ta' din it-tellieqa. Għad-disinn tiegħu, huwa għażel forma kwadra u disinn minimalist, iżda bi stil effettiv ħafna. "Il-veduta ta' Wied iż-Żurrieq dejjem kienet sors ta' ispirazzjoni għalija u għalhekk, kont kuntent ħafna b'din l-opportunità li nispira ruħi minn din il-veduta għad-disinn tal- medalji ta' din is-sena. Dan il-post jolqotni ħafna mhux biss minħabba l-kuntrast qawwi li jeżisti bejn il-blat u l-baħar iżda wkoll għall-ispazji miftuħa fejn il-kobor tax-xenarju jkompli jenfasizza n-natura fraġli tad-dgħajjes tradizzjonali fil-baħar," spjega d-disinjatur Pawlu Mizzi. L-edizzjoni li jmiss iġġedded ftehim ta' sponsorship għat-tliet edizzjonijiet li jmiss bejn Żurrieq Wolves Athletic Club u Express Trailers. L-edizzjoni li jmiss se tkun id-19-il waħda li mill-2013 bdiet tinkludi wkoll tellieqa ta' 10km u mixja ta' 10km biex b'hekk issa, din l-attività saret magħrufa bħala l-Express Trailers Żurrieq Half Marathon & 10K. Hija organiżżata f'kollaborazzjoni mal- Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Minn madwar 100 parteċipant li kienu jieħdu sehem sa l-2012, l-Express Trailers Żurrieq Half Marathon and 10k issa saret tiġbed lejha madwar 1,000 applikant. L-applikazzjonijiet għal din is-sena fil-fatt diġà nfetħu u deħlin b'rata tajba. It-tir huwa li jerġa jkun hemm parteċipazzjoni rekord għar-raba' sena konsekuttiva. illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 24 Kummerċjali HSBC u Global Payments iġeddu ftehim ma' Definitive(ly) Good Guide HSBC Bank Malta plc u Global Payments Ltd. ġeddew sħubija tagħhom għal tliet snin oħra ma' Definitive(ly) Good Guide Co. Ltd., pubblikaturi tal-aqwa gwida ta' ristoranti f'Malta liema gwida hi bbażata fuq stħarriġ. Il- gwida, li hi ppubblikata kull sena bħala ktejjeb stampat u fuq www.restaurantsmalta. com, tipprovdi tagħrif dwar r-ristoranti bbażat fuq stħarriġ sottomess minn dawk li jkunu marru f'dawn ir-ristoranti f'Malta u Għawdex. "HSBC jirrikonoxxi l-importanza ta' rakkomandazzjonijiet tal- klijenti bħala fattur fis-suċċess ta' kull negozju. Definitive(ly) Good Guide hi sors tajjeb li jista' jgħin lill-klijenti jiksbu l-aħjar minn ristoranti f'Malta u Għawdex," qal Daniel Robinson, il-Kap tar-Retail Banking and Wealth Management ta' HSBC Malta. Kull sena jkunu mistħarrġa aktar minn 200,000 esperjenza individwali ta' persuni li jkunu żaru ristoranti f'Malta u Għawdex, b'150 fost l-aqwa ristoranti jirnexxielhom ikunu inklużi f'kull edizzjoni tad-Definitive(ly) Good Guide to Restaurants in Malta and Gozo u fuq is-sit www. restaurantsmalta.com "Dan hu żmien interessanti għad-Definitive(ly) Good Guide, hekk kif qed inniedu l-istħarriġ tagħna li jistabbilixxi liema huma l-aqwa esperjenzi ta' dining tas-sena. Fl-istess għadna kemm żvelajna s-sit il-ġdida tagħna. Aħna verament kburin li qed inkunu assoċjati ma' HSBC u Global Payments," qalet Lisa Grech, Direttur ta' Definitive(ly) Good Guide Co. Ltd. Stephen Teuma, Maniġer ta' Global Payments Ltd, qal: "Kuntenti ħafna li ser nappoġġjaw din l-inizjattiva għax aħna nemmnu li ser tinkoraġġixxi aktar nies li għandhom kard li jagħmlu uzu mill-kards tagħhom meta jkunu qed iħallsu, speċjalment fi stabbilimenti ta' divertiment bħal ristoranti." Biex jiġġudikaw ir-ristoranti li jkunu żaru f'dawn l-aħħar 12-il xahar għall-istħarriġ ta' din is- sena, il-klijenti jistgħu jżuru www. restaurantsmalta.com matul ix-xahar ta' Settembru, u jagħtu rating lir-restoranti fuq l-ikel, is-servizz u l-ambjent li joffru. Wieħed jista' jwieġeb mistoqsijiet addizzjonali biex ikunu magħżula r-rebbieħa tal-premjijiet speċjali. Jistgħu jintrebħu wkoll premjijiet minn dawk li jibagħtu kummenti u informazzjoni umoristika. Premjijiet jinkludu żewġt iljieli għal tnejn f'kamra deluxe fil- InterContinental Malta, rikba ta' siegħa f'Hummer Limousine ta' Rotta 66, jew gourmet hamper lussuż mingħand Dical House tal-Mosta. Daniel Robinson minn HSBC Malta, Stephen Teuma minn Global Payments u Lisa Grech minn Definitive(ly) Good Guide Disinn ġdid għall-Medalji taż- Żurrieq Half Marathon u 10K HSBC Malta joffri privileġġi ġodda lill-klijenti tal-Advance HSBC Bank Malta qed joffri HSBC Advance b'xejn lill-klijenti li huma eliġibbli u fl-istess waqt qed jintroduċi aktar benefiċċji fl-iskema tiegħu. Il-klijenti kollha tal-HSBC Advance se jingħataw il-karta ta' kreditu Visa Platinum. Fl-istess waqt, ser ikomplu jibbenefikaw minn assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar mingħajr ħlas, offerti speċjali fuq self personali, kif ukoll servizzi ta' ppjanar finanzjarju u servizzi internazzjonali. Il-karta ta' kreditu Visa Platinum issa se tiftħilhom aċċess għal għadd ta' offerti fi ħdan il-Visa Luxury Hotel Collection. HSBC Advance hu servizz bankarju privileġġjat li jinkludi numru ta' benefiċċji esklussivi, bħal rati preferenzjali fuq self, kif ukoll servizzi bankarji u investimenti li mhumiex disponibbli għall-kontijiet standard tal-HSBC. Il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn International Reward Scheme meta jużaw il-karta tagħhom ta' kreditu HSBC Advance Visa Platinum kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Daniel Robinson, il-Kap tal-Retail Banking and Wealth Management ta' HSBC Malta, qal: "Aħna rridu noffru l-aqwa valur u servizz eċċellenti lill-klijenti tagħna. Dawn il-bidliet għall-HSBC Advance jfissru li qed nippremjaw lill-klijenti tagħna li jafdawna bil-finanzi u ħtiġijiet bankarji tagħhom. Żidna l-benefiċċji u nittamaw li l-klijenti tagħna se japprezzawhom." Klijenti, li jaqilgħu dħul nett ta' €25,000 fis-sena fil-kont tal-HSBC tagħhom, jew €35,000 jekk japplika d-dħul ta' koppja jew sieħeb/sieħba, se jibbenefikaw minn HSBC Advance mingħajr ħlas. Benefiċċji ewlenin bankarji ta' kuljum għall-klijenti tal-HSBC Advance jinkludu servizz bankarju ta' prijorità bit-telefon 24/7, aċċess liberu għall-HSBC Internet Banking u Mobile App Bankarja, karta ta' debitu internazzjonali bil-marka Advance bl-ewwel karta supplimentari mingħajr tariffa, u ġbid ta' flus mill-ATMs tal-HSBC fid-dinja kollha mingħajr ħlas. Klijenti tal-HSBC Advance jibbenefikaw ukoll minn assigurazzjoni tal-ivvjaġġar multi-trip bla ħlas li fiha tkun inkluż il-familja tagħhom, premium b'xejn għal xahar meta jixtru soluzzjoni ta' protezzjoni jew tal-ippjanar għall-irtirar. Minbarra dawn il-benefiċċji kollha, l-HSBC Malta joffri servizzi internazzjonali għall-klijenti Advance tiegħu. Kemm jekk jivvjaġġaw għan-negozju jew għall-vaganza, il-klijenti Advance jistgħu jibbenefikaw minn tisrif ta' emerġenza u jkunu rikonoxxuti bħala klijenti tal-HSBC fi kwalunkwe fergħa tal-HSBC madwar id-dinja. Klijenti jistgħu jużaw ukoll il-faċilità Global View biex ikollhom aċċess għall- kontijiet tal-HSBC tagħhom minn madwar id-dinja. Huma jistgħu jagħmlu wkoll trasferimenti minn madwar id-dinja minn HSBC għal HSBC bla ħlas. Bħala klijenti ta' HSBC Advance, detenturi tal-karta ta' kreditu ġdida Visa Platinum se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn skema attraenti ta' punti bonus li jissarfu lokalment għand ħwienet ta' Marks & Spencer, SCAN Malta, u bħala flus lura fuq kwanlunkwe biljett tal-ajru. Il-programm ta' privileġġ home&Away ta' HSBC joffri wkoll varjetà ta' skontijiet kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Aktar dettalji dwar il-benefiċċji tal- HSBC Advance, termini, kundizzjonijiet u tagħrif aġġornat jista' jinkiseb mis-sit apposta www.hsbc.com.mt/advance jew billi persuna tikkuntattja lill-Bank fuq 23802380. HSBC għamel Advance aktar attraenti għall-klijenti