Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Sports 30 Kowċ Malti jagħmel suċċess -Awstralja bir-rebħ tal- National Premier League u l-Grand Final tal-futbol LISPORT fil-kontinent Awstraljan għandu importanza kbira, kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell nazzjonali. Tant hu hekk li kull gvern fl-Awstralja jagħti lil kull dixxiplina sportiva attenzjoni u għajnuna speċjali. Sa minn età żgħira, tfal fi skejjel statali u privati jiġu mħarrġa f 'diversi dixxiplini. Il-logħba tal-futbol, f 'dawn l-aħħar snin żdiedet sewwa fil-popolarità tagħha tant li llum tikklassifika fost l-ewwel ħames dixxiplini sportivi l-aktar ipprattikati. Waħda mir-raġunijiet li qed tkattar l-interess, jista' jkun il-fatt li l-Awstralja f 'dawn l-aħħar snin saret tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. Il-logħba tal-futbol qiegħdha tiġi organizzata dejjem aħjar kemm fuq livell professjonali kif ukoll semi-professjonali. Dik professjonali jew kif inhu magħruf aħjar l-A League, jieħdu sehem fih 12-il tim mill-istati kollha tal- Awstralja. Il-Kampjonat semi-professjonali (futbol meqjus part-time bħall- futbol lokali) jiġi organizzat minn kull stat għalih, u huwa magħruf bhala 'National League', għal kull stat u huwa maqsum f 'Premier, l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet divizjoni. Fin-National Premier League tal-Istat ta' West Australia, hemm 12-il tim. Din is-sena dan ġie mirbuħ minn Perth SC. Il-Headcoach ta' Perth SC huwa l-kowċ Malti Ramon Falzon, li emigra lejn dan il-kontinent seba' snin ilu. Matul l-ewwel sena tiegħu fl-Awstralja, huwa kien kowċ tal-Under 16 ta' Sorrento FC. Sena wara kien offrut il-post ta' kowċ ma l-Under 18 ta' Cockburn City FC liema post aċċetta għax ħass li kien ta' avvanz ta' esperjenza. Peress li kien għad m'għandux il-Liċenzja B tal-coaching, mar Sydney fejn temm il-kors b'suċċess. Lura f 'West Australia, gie offrut il-post ta' kowċ mal- Under 21 ta' Floreat FC, kif ukoll assistant coach ta' Gareth Naven, mal-Under 21 tat-tim professjonali ta' Perth Glory FC. Il-logħba tal-futbol kienet qed tagħti sodisfazzjon lil Ramon u kien għalhekk li ddeċieda li jagħmel il- kors għal-Liċenzja A tal- coaching. Din ix-xewqa kompliet tikber meta avviċinah il-kowċ ta' Perth SC, biex ikun l-assistent tiegħu. Ramon aċċetta għax ra ħolma qed isseħħ fl-aktar sport għal qalbu. Iżda din il-ferħa ma tantx damet, għaliex wara biss erba' logħbiet, Perth SC neħħew lil Marchione u offrew il- post lill-Malti. Għalkemm din kienet opportunità tad- deheb għal Falzon, Ramon irrifjuta, għaliex ħass li ladarba kien jifforma parti mill-istaff tekniku li tneħħa, deherlu li kellu jirriżenja huwa wkoll. F'Diċembru 2013, gie offrut il-post ta' kowċ ta' Balcatta SC għall-istaġun li kellu jibda f 'Marżu 2014. Ma dan il-klabb Ramon Falzon għamel żewġ staġuni, fejn Balcatta SC spiċċaw fir-raba' u s-sitt post rispettivament u anke tilfu il-Grand Final (knock out li tintlagħab bejn it-timijiet li jispiċċaw fl-ewwel erba' postijiet). Liema knock-out, Balcatta FC tilfuha 3-2 fil-ħin barrani kontra Bayswater SC, li eventwalment spiċċaw rebbieħa tal-league u l-Grand Final. Għall-istaġun 2016, Balcatta offrew il-post ta' technical director, lil Ramon Falzon, iżda ma aċċettax għaliex huwa xtaq ikompli jikkowċja. Minħabba f 'hekk, Ramon spiċċa mingħajr klabb għal dan l-istaġun, iżda d-destin ried mod ieħor. Din is-sena, Perth SC ħatru bħala kowċ lil Gareth Naven. Huwa ta' parir lill-klabb sabiex jaħtru lil Ramon Falzon bħala Direttur Tekniku tas-settur taż-żgħażagħ. Gareth minn dejjem emmen fil-kapaċitajiet tal-Malti, li f 'dan iż-żmien kien qiegħed itemm il-kors A tal-coaching. Wara għaxar logħbiet tal-league, Perth kienu jinsabu fit-tielet post, erba' punti taħt il-leaders Bayswater SC u Inglewood SC. Kien f 'dan il-perjodu li Gareth Naven ġie offrut il-post ta' Headcoach ta' Melbourne SC, li jikkompetu fl-A League. Ovvjament Naven aċċetta iżda qabel telaq, fuq talba tal-klabb, huwa ssuġġerixxa lill-Malti bħala kowċ ta' Perth. Il- klabb aċċetta l-proposta u ħatar lil Ramon Falzon bħala headcoach għall- kumplament tal-istaġun. Il- kowċ Malti kien għad fadallu 12-il logħba fit-tmun tat-tim – triq twila u iebsa meta tqis li l-avversarji prinċipali kienu timijiet ferm aktar ikkwotati u li normalment jiġġieldu għal-league kull staġun. Kif ukoll kien qiegħed jieħu post kowċ u eks plejer ferm irrispettat fil- logħba professjonali. L-unika vantaġġ li kellu Falzon, kien il-fatt li miegħu issa, ma' Perth, sab tliet plejers li kien ikkowċja ma Balcatta SC ftit tas-snin qabel, fosthom Gustavo Catarcione, striker Brażiljan li anke spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat. Mit-12-il logħba li kien għad fadal, Perth rebħu 7, ġew draw tnejn u tilfu tlieta, sabiex spiċċaw il-league fl-ewwel post bi 43 punt. Perth SC kienu t-tim li tilef l-inqas logħbiet kif ukoll bl-aktar difiża b'saħħitha fejn sofrew l-inqas gowls. Dan l-istaġun kien wieħed ferm interessanti u missielet sal- aħħar. Tant huwa hekk li sa qabel l-aħħar żewġ logħbiet tal-league, kienu ħamsa t-timijiet li kellhom iċ-ċans għar-rebħ tal-kampjonat. Kif ukoll kien għad hemm sitt timijiet jissieltu għall-ewwel erba' postijiet biex ikollhom id-dritt għal Grand Final Cup. Il-kowċ Malti Ramon Falzon kien jaf li kienet diffiċli ħafna għax biex jirbaħ il-league fl-aħħar ġurnata ma kienx jiddependi minn rebħa kontra Sorrento FC biss, iżda kien hemm bżonn li Inglewood jiġu tal- anqas draw jew jitilfu kontra l-avversarji diffiċli ta' ECU Joondalup. Iżda ġara dak li għal ħafna deher diffiċli. Fl-aħħar ġurnata Inglewood sofrew gowl fl-aħħar minuti tal-partita biex tilfu 1-0 kontra ECU filwaqt li Perth SC ħarġu rebbieħa kontra Sorrento bl-iskor ta' 1-0 biex hekk iċċelebraw ir-rebħ tal- kampjonat wara nuqqas ta' ħames snin. Ramon Falzon s'issa huwa l-uniku Malti li rebaħ in- National Premier League (NPL), ta' West Australia, kif ukoll fl-età ta' 36 sena huwa l-iżgħar kowċ li qatt rebaħ dan il-league. B'dan is-suċċess, Perth ħadu sehem fil-Grand Final Cup fejn rebħu lil Inglewood SC darbtejn biex għamlu d-double, li kien ilu nieqes ħmistax-il sena! Barra minn hekk, Perth SC bħala rebbieħa tal- NPL (National Premier League) jikkompetu issa fuq bażi ta' knock-out kontra r-rebbieħa tal-NPL ta' kull stat fl-Awstralja. Perth SC bil-polza telgħu biex jilagħbu home kontra t-tim ta' Davenport rebbieħa tal- istat ta' Tazmania, logħba li se tintlagħab nhar il-Ħadd 18 ta' Settembru. Ir-rebbieħ jgħaddi għas-semifinali. Nawguraw kull suċċess lill- kowċ Malti Ramon Falzon. Ramon Falzon u l-attakkant Brażiljan Gustavo Catarcione, l-aqwa skorer tal- Kampjonat It-tim ta' Perth SC immexxi minn Ramon Falzon, rebbieħ tan-National Premier League u tal-Grand Final -Awstralja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016