Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Sports 32 Hannah Pace tikseb riżultat storiku l-Kampjonati tad-dinja tal-Ironman 70.3 -Awstralja ITTRIATLETA Maltija Hannah Pace għelbet kompetizzjoni qawwija l-Ħadd 4 ta' Settembru li għadda, meta bħala l-ewwel atleta femminili Maltija li kkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja tal- Ironman 70.3 li din is-sena saru fl-Awstralja, ikklassifikat fit-tielet post fuq il-podju fil-Kategorija tal-età bejn 18 u 24 sena. Pace ikkwalifikat biex tirrappreżenta lil Malta f 'dawn il-Kampjonati tad-Dinja s-sena li għaddiet meta ħadet sehem f 'dik li kienet l-ewwel tellieqa ta' din id- distanza fil-karriera atletika tagħha ġewwa Budapest, fl-Ungerija. Fis-sena li segwiet din il-kwalifika, Pace uriet konsistenza tant li din is-sena hija reġgħet irritornat Budapest u tat prestazzjoni aqwa mis-sena l-oħra sabiex reggħet rebħet il-Grupp tagħha u saħansitra kkwalifikat għall-Kampjonati tad- Dinja tal-2017. Din is-sena, il-Kampjonati tad- Dinja seħħew ġewwa s-Sunshine Coast, fl-Awstralja fejn aktar mill-aqwa 3,000 triatleti tad-dinja nġabru biex jieħdu sehem. It- tellieqa kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 1.9km fl-oċean, rotta ta' 90km fuq ir-rota li bdiet kemxejn ċatta fit-toroq prinċipali, iżda wara xi 20 kilometru, l-atleti kellhom jiffaċċjaw xi tlajja' b'waħda minnhom tkun qasira iżda wieqfa ħafna. L-aħħar parti tar-rotta kienet ġirja ta' 21km li kienet miżmuma f 'żewġ dawrien madwar il-kosta. "Il-bidu tat-tellieqa ma kinitx kif xtaqt, speċjalment fil-parti tal-għawm. Żgur li din ma kinitx waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tiegħi, u din fissret li kelli naħdem iktar fuq ir-rota sabiex inkun nista' nilħaq lill-atleti ta' quddiem," qalet lil din il-gazzetta, Hannah Pace. Hija spiċċat fl-14-il post fil- kategorija tagħha wara l-għawma. "Fit-taqsima tar-rota, l-ewwel kilometri kienu b'pass mgħaġġel ħafna, iżda hekk kif qbiżna l-20 kilometru, ir-rotta bdiet tiħrax, meta sibna quddiemna tlajja' li qatt ma kont esperjenzajt bħalhom qabel. Kelli naħdem ħafna biex inġib post aħjar f 'din it-taqsima u kont ftit inkwetata għan-nofs maratona li kelli wara dik it- taqtigħa iebsa fuq ir-rota," kompliet Hannah Pace. Il-ħidma tagħha fuq ir-rota ratha timxi għaxar postijiet biex tispiċċa fir-raba' post. Għalkemm Pace kienet kemxejn inkwetata fuq il- ġirja, il-prestazzjoni tagħha kienet tajba tant li spiccat it-tellieqa fit- tielet post fil-kategorija tagħha. Kif wieħed jista' jaħseb, dawn il-kampjonati jaraw atleti ta' esperjenza kbira u livell għoli u għaldaqstant Pace ma kellha l-ebda aspettattivi. Kien biss meta hija lestiet it-tellieqa li kienet konxja tas- suċċess tagħha. "Din it-tellieqa hija riżultat tal- isforz, dedikazzjoni u sagrifiċċju. Il-livell huwa għoli u għal ħafna atleti fil-grupp ta' età tiegħi, dawn il-kampjonati huma pass qabel ma jaqilbu għall-kategorija tal- professjonali. Għalkemm il-korsa kienet diffiċli ħafna qatt ma stennejt dan ir-riżultat u għalija kien ta' sodisfazzjon kbir li nikseb dan il-post fuq il-podju, speċjalment meta rnexxieli negħleb xi atleti professjonali li huma kkunsidrati li huma l-aqwa fid-dinja," temmet tgħid Hannah Pace. Hannah Pace -azzjoni waqt il-Kampjonati tad-dinja tal-Ironman 70.3 -Awstralja Kurt Cassar jattendi l-'NBA/FIBA Basketball Without Borders fil-Finlandja KURT Cassar, il-plejer tal-Basketball Malti eks Hibernians Basketball u issa f 'Ruma ma' Stella Azzurra Roma kien magħżul sabiex jieħu sehem f 'Kamp Internazzjonali tal-Basketball imtella' mill-NBA u l-FIBA bl-isem ta' Basketball Without Borders li sar f 'Helsinki fil-Finandja. Il-Basketball Camp sar bejn l-Erbgħa 7 ta' Settembru 2016 u s-Sibt 10 ta' Settembru 2016. Fil-kamp kien hemm 41 plejer Ewropew li twieldu fis-sena 1999. It-taħriġ kien maqsum skont il-pożizzjoni li jilagħbu dawn iż- żgħażagħ. It-taħriġ kompla tul il- ħamest ijiem tal-kamp immexxi minn kowċis tal-NBA fosthom Lionel Hollins eks Brooklyn Nets u l-eks kowċ tal-Olympiacos il-Grieg Panagiottis Giannakis, l-eks plejer NBA Ronny Turiaf u plejers attwali li jilagħbu fl-NBA Andre Miller ta' San Antonio Spurs u Cole Aldrich ta' Minnesota Timberwolves. Diversi aġenti kienu preżenti sabiex jaraw dawn it-talenti taż-żgħażagħ Ewropej ġewwa l-Finandja. Il-kamp ingħalaq b'logħba All Stars magħmula mill-aqwa 16-il plajer tal-kamp. Fil-fatt, Kurt Cassar kien magħżul għal din il-logħba All Star. F'kumment li ta Cassar lil din il- gazzetta, huwa qal hekk: "Kienet esperjenza kbira li tiltaqa' ma' plejers tamparek ġejjin minn madwar l-Ewropa kollha u mal-kowċis u plejers stabbiliti fl-NBA u Ewropej. Issa nħares lejn staġun ieħor iebes imma interessanti fl-Italja għax se nilgħab ukoll fil-Kampjonat tas-Serie B, u fil-Kampjonati ta' taħt it-18-il sena u taħt l-20 sena. Grazzi tmur lejn il-Federazzjoni tal-Basketball Maltija MBA, il-familja tieghi u dawk kollha li ngħix magħhom fit-tim ta' Stella Azzurra Roma," temm jgħid Kurt Cassar. Kurt Cassar imkien ma' kowċ tal-NBA waqt it-training camp l-Finandja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016